European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1963

17.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1963

tal-10 ta’ Lulju 2024

li japprova emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Côtes du Roussillon Villages”

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar, fost l-oħrajn, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jibqgħu applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li waslu għand il-Kummissjoni u li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel it-13 ta’ Mejju 2024.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, flimkien mal-Artikolu 105 ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (4), il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Côtes du Roussillon Villages”, imressqa minn Franza.

(3)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5), kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif applikabbli skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/2117, il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tapplika għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni rċeviet qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem “Côtes du Roussillon Villages” (DOP) hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2117/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/607/oj).

(5)   ĠU C, C/2024/2246, 20.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2246/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1963/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)