|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1956 |
17.7.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1956
tas-16 ta’ Lulju 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati, ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) ippubblikata skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Il-Lista Ewropea hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2). |
|
(3) |
L-awtorizzazzjoni ta’ Arise Recycling AS, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fin-Norveġja, se tiskadi fl-1 ta’ Ottubru 2024. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand in-Norveġja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet verifikata, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata skont dan. |
|
(4) |
L-awtorizzazzjoni ta’ Sagro Aannemingsmaatschappij Zeeland B.V., li tinsab fin-Netherlands, skadiet fit-28 ta’ Marzu 2024 u l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni li l-faċilità ma talbitx li l-permess tagħha jiġġedded. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(5) |
L-awtorizzazzjoni ta’ UAB Demeksa, li tinsab fil-Litwanja, skadiet fil-25 ta’ Mejju 2024 u l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni li l-faċilità ma talbitx li l-permess tagħha jiġġedded. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(6) |
L-awtorizzazzjoni ta’ Ship and Industrial Service Ltd, li tinsab fil-Bulgarija, skadiet fil-25 ta’ Jannar 2024 u l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni li l-faċilità qed twaqqaf l-attività tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-faċilità titneħħa mil-Lista Ewropea. |
|
(7) |
Id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni li l-faċilità JATOB ApS biddlet l-isem għal Jatob Frederikshavn ApS u n-Netherlands infurmaw lill-Kummissjoni dwar bidla fil-metodu ta’ riċiklaġġ għal Damen Verolme Rotterdam B.V. Barra minn hekk, Kiliçlar talbu li tiżdied xi informazzjoni fid-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dawn il-bidliet. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet żewġ applikazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, biex Dortel Gemi Söküm Demir Celik San. Ve Tic. Ltd. Şti. u Ege Gemi Söküm San Ve Metal San.Tic. A.Ş., faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fit-Turkija, jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ngħataw u li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament biex iwettqu riċiklaġġ tal-bastimenti u biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet. |
|
(9) |
Anadolu Gemi Sokum, li tinsab fit-Turkija, uriet li hija konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament fir-rigward taż-żarmar sikur u ambjentalment korrett tal-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma, u inkludiet proċedura speċifika fil-pjan tagħha għall-faċilità tar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, il-limitazzjoni relatata maż-żarmar tal-pjattaformi jenħtieġ li titneħħa mil-Lista Ewropea. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi mfakkar li t-tarzni jibqgħu marbuta bil-limitu tal-wisa’ tal-bastimenti li jistgħu jirċievu. Il-limitu stabbilit mill-wisa’ tal-bastiment jista’ jitqies li tneħħa biss wara r-rieżami ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti fil-viċinat imniżżla fil-lista tal-UE li tkopri b’mod sodisfaċenti n-natura u l-kundizzjonijiet ta’ tali kooperazzjoni. Sabiex ikun hemm konsistenza mat-terminoloġija użata skont id-definizzjoni fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, u filwaqt li titqies il-ħtieġa għal proċeduri speċifiċi ta’ żarmar, il-limitazzjonijiet għal “pjattaformi” jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’limitazzjoni għal “pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma”. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dawn il-bidliet. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1257/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2323/oj).
ANNESS
“ANNESS
Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013
Parti A
Il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (2) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3) |
|||||||||
|
IL-BELĠJU |
|||||||||||||||
Telefown: +32(0)9/251 25 21 Email: peter.wyntin@galloo.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 265 metru Wisa’: 37 metru Pixka: 12,5 metri |
|
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum. |
34 000 (4) |
31 ta’ Marzu 2025 |
|||||||||
|
ID-DANIMARKA |
|||||||||||||||
Telefown: +45 7592 0000 Email: fayard@fayard.dk |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 415 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 7,8 metri |
Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin tal-iskart u jinkludi wkoll kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
916,34 (5) |
22 ta’ Mejju 2028 |
|||||||||
Telefown: +45 86326393 Email: recycling@fornaes.dk |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 25 metru Pixka: 7 metri GT: 10 000 |
Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
30 000 (6) |
12 ta’ Mejju 2026 |
|||||||||
|
Jatob Frederikshavn ApS Langerak 12 9900 Frederikshavn Id-Danimarka Telefown: +45 8668 1689 Email: post@jatob.dk mathias@jatob.dk |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 30 metru Pixka: 6 metri |
Il-maniġġ u l-ħżin ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma diskrezzjoni tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħżin intermedju tal-iskart perikoluż jista’ jseħħ għal massimu ta’ sena fuq is-sit. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
13 000 (7) |
9 ta’ Marzu 2025 |
|||||||||
www.modernamericanrecyclingservices.com/ Telefown: +45 30307763 Email: kim@mars-eu.dk |
Skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 14-il metru |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 u fl-Addendum għall-Permess Ambjentali tat-12 ta’ Lulju 2022 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn. Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. Il-faċilità ma tridx taħżen l-iskart perikoluż għal aktar minn sena. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
60 000 (8) |
27 ta’ Jannar 2028 |
|||||||||
Telefown: +45 75128888 E-mail: |
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 200 metru* Wisa’: 48 metru Pixka: 7,5 metri (*Jekk it-tul > 170 metru, aċċettazzjoni mill- Muniċipalità ta’ Esbjerg hija meħtieġa) |
Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-4 ta’ Ġunju 2015 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Esbjerg. Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum. |
20 000 (9) |
11 ta’ Marzu 2026 |
|||||||||
|
L-ESTONJA |
|||||||||||||||
Telefown: +372 610 2933 Faks: +372 610 2444 Email: refonda@blrt.ee |
F’wiċċ l-ilma mal-moll u fil-baċir f’wiċċ l-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 197 metru Wisa’: 32 metru Pixka: 9,6 metri |
Permess għall-iskart Nru. KL-511809. Liċenzja tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż Nru 0546. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13 Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30-il jum. |
24 364 (10) |
15 ta’ Frar 2026 |
|||||||||
|
SPANJA |
|||||||||||||||
Telefown: +34944971552 Email: dina@dinascrapping.com |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 120 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 6 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
2 086 (11) |
3 ta’ Marzu 2026 |
|||||||||
Telefown: +34 630 14 44 16 Email: abarredo@ddr-vessels.com |
Laterali, rampa għaż-żarmar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 169,9 metri (Bastimenti b’daqs ikbar minn dan li waqt l-operat tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx jistgħu jiġu aċċettati skont ir-riżultat ta’ studju dettaljat tal-vijabbiltà) Wisa’: 25 metru |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità. |
3 600 (12) |
28 ta’ Lulju 2025 |
|||||||||
|
FRANZA |
|||||||||||||||
Telefown: (+33) (0)7 69 79 12 80 Email: |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 140 metru Wisa’: 25 metru Fond: 5 metri |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita — L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent |
1 500 (13) |
21 ta’ Settembru 2027 |
|||||||||
Telefown: +33(0)2 35 95 16 34 Email: normandie@baudelet.fr |
F’wiċċ l-ilma u fl-iskal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 18-il metru Fond: 7 metri LDT: 7 000 |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
7 730 (14) |
29 ta’ Diċembru 2026 |
|||||||||
Telefown: +33(0)5 56 90 58 00 Email: maintenance@bordeaux-port.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 37 metru Fond: 17-il metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
9 000 (15) |
27 ta’ Settembru 2026 |
|||||||||
Telefown: +33(0)2 98 01 11 06 Email: navaleo@navaleo.fr |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 225 metru Wisa’: 34 metru Fond: 27 metru |
Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali. |
Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent. |
15 000 (16) |
19 ta’ Ġunju 2025 |
|||||||||
|
L-ITALJA |
|||||||||||||||
Telefown: +39 (0)10 251561 Email: |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 350 metru Wisa’: 75 metru Fond: 16-il metru GT: 130 000 |
Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata. |
Approvazzjoni espliċita |
38 564 (17) |
6 ta’ Ġunju 2028 |
|||||||||
|
IL-LATVJA |
|||||||||||||||
Telefown: +371 29410506 Email: galaksisn@inbox.lv |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 22 metru Fond: 7 metri GT: 12 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru LI12IB0053 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
2 490 (18) |
17 ta’ Lulju 2024 |
|||||||||
|
IL-LITWANJA |
|||||||||||||||
Telefown: +370 (46) 365776 Faks: +370 (46) 365776 Email: uab.apk@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 130 metru Wisa’: 35 metru Fond: 10 metri GT: 3 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
1 500 (19) |
12 ta’ Marzu 2025 |
|||||||||
Telefown: +370 685 32607 Email: armar.uab@gmail.com |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 80 metru Wisa’: 16-il metru Fond: 5 metri GT: 1 500 |
Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
3 910 (20) |
12 ta’ April 2027 |
|||||||||
Telefown: +370 (46) 483940 / 483891 Faks: +370 (46) 483891 Email: refonda@wsy.lt |
Laterali (irmiġġ fl-ilma) |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 55 metru Fond: 14-il metru GT: 70 000 |
Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015 |
Approvazzjoni espliċita — notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol |
20 140 (21) |
30 ta’ April 2025 |
|||||||||
|
IN-NETHERLANDS |
|||||||||||||||
Telefown: +31 (0)181 23 4353 Email: hein.mangroe@damen.com |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imqiegħed f’baċir imbattal mill-ilma għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Fond: 12-il metru Għoli: 90 metru |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
0 (22) |
21 ta’ Mejju 2026 |
|||||||||
Telefown: +31 23 558 1937 Email: info@decomamsterdam.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 240 metru Wisa’: 50 metru Pixka: 9 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
17 500 (23) |
5 ta’ Ottubru 2026 |
|||||||||
Telefown: +31 113352510 Email: info@hsd.nl |
Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 175 metru Wisa’: 40 metru Fond: 10 metri |
Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (24) |
26 ta’ Jannar 2026 |
|||||||||
|
IN-NORVEĠJA |
|||||||||||||||
|
Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 360 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2019.0501.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (25) |
20 ta’ Lulju 2029 |
|||||||||
|
Laterali, mal-moll |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 500 metru Wisa’: bla limitu Fond: bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T |
Approvazzjoni espliċita |
31 000 (26) |
10 ta’ Diċembru 2028 (27) |
|||||||||
tlf: +4790098185 |
Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: 25 metru Fond: 20 metru |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa. L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew isiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess. |
Approvazzjoni espliċita |
30 000 (28) |
10 ta’ Diċembru 2028 (29) |
|||||||||
|
Laterali, skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 170 metru Wisa’: 35 metru Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2021.0011.T |
Approvazzjoni espliċita |
0 (30) |
9 ta’ April 2026 |
|||||||||
Telefown: +47 400 39 479 Posta Elettronika: knut@fosengjenvinning.no |
Laterali |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma jew bastimenti użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 20 metru Fond: 7 metri |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2006.0250.T |
Approvazzjoni espliċita |
8 000 (31) |
10 ta’ Diċembru 2028 (32) |
|||||||||
|
Laterali (irmiġġ fl-ilma), skal |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 230 metru Wisa’: Bla limitu Fond: Bla limitu |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T |
Approvazzjoni espliċita |
60 000 (33) |
10 ta’ Diċembru 2028 (34) |
|||||||||
|
Skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Barra minn hekk, huwa fakultattiv skont il-kumplessità: 1. Żarmar mal-moll u skrappjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b’sistema effettiva ta’ drenaġġ. 2. Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 150 metru Wisa’: 34 metru Pixka: 5 metri / tiżdied skont il-metodu ta’ riċiklaġġ. |
Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT iridu jiġu żarmati bl-użu ta’ metodu ieħor ta’ riċiklaġġ |
Approvazzjoni espliċita |
25 000 (35) |
10 ta’ Diċembru 2028 (36) |
|||||||||
|
IL-FINLANDJA |
|||||||||||||||
Telefown: +358 2 44 511 Email try@turkurepairyard.com |
Laterali, baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 250 metru Wisa’: 40 metru Pixka: 7,9 metri |
Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali nazzjonali. |
Approvazzjoni espliċita |
20 000 (37) |
14 ta’ Diċembru 2025 |
|||||||||
|
IR-RENJU UNIT – L-IRLANDA TA’ FUQ |
|||||||||||||||
Telefown +44(0)2890534189 Faks +44(0)2890458515 |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 556 metru Wisa’: 93 metru Pixka: 7,5 metri DWT: 550 000 |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/20/11 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
12 000 (38) |
16 ta’ Ġunju 2025 |
|||||||||
Parti B
Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz
|
Isem il-faċilità |
Metodu ta’ riċiklaġġ |
Tip u daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati |
Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż |
Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (39) |
Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (40) |
Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (41) |
||||||
|
IT-TURKIJA |
||||||||||||
Telefown: +90 232 618 21 02 Email: info@anadolugs.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 55 metru Pixka: 12-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
111 823 (42) |
17 ta’ Awwissu 2028 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 07 – 08 - 09 Email: info@avsargemiltd.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma. Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
54 224 (43) |
2 ta’ Diċembru 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 22 20 Email: bms@bmsgemi.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 10 metri |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
37 132 (44) |
17 ta’ Awwissu 2028 |
||||||
Telefown: +90 232 618 2118 Email: info@dortelgemi.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 25 metru |

41 268 (45) |
20 ta’ Lulju 2029 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 62 Email: pamirtaner@egecelik.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 50 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
55 503 (46) |
12 ta’ Frar 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 11 Email: info@egegemi.com.tr |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 25 metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
34 986 (47) |
20 ta’ Lulju 2029 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 30 Email: info@leyal.com.tr |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 100 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
64 815 (48) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
||||||
Telefown: +90 232 618 20 65 Email: demtas@leyal.com.tr |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 63 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
57 275 (49) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
||||||
Telefown: +90 232 618 22 17 Email: gemisokum@kiliclar.com.tr |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 49 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum. Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
16 711 (50) |
17 ta’ Awwissu 2028 |
||||||
Telefown: +90 232 618 21 05 Email: oge@ogegemi.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 70 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
62 471 (51) |
12 ta’ Frar 2025 |
||||||
Telefown: +90 232 618 2092 Email: info@sokship.com |
Inkaljar |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: bla limitu Wisa’: 90 metru Pixka: 15-il metru |
Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta’ Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom. |
Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum Il-pjan ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu. |
66 167 (52) |
12 ta’ Frar 2025 |
||||||
|
IR-RENJU UNIT |
||||||||||||
Telefown: + 44 (0)131 454 3380; + 44 (0)7834 658 588 Email: Phil@dalesmarine.co.uk |
Baċir imbattal mill-ilma u rmiġġ fl-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li jżommu f’wiċċ l-ilma Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 165 metru Wisa’: 20 metru Pixka: 7,7 metri |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1157331 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
5 019 (53) |
22 ta’ Mejju 2027 |
||||||
Telefown: +44 (0)139 777 3840 Email: enquiries@kishornportltd.com |
Baċir imbattal mill-ilma |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 160 metru Wisa’: 160 metru Pixka: 13,8 metri LDT: 26 448 |
Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni “WML/L/1175043 Modifika 01” u “WML/L/1175043 Modifika 02”, li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità. |
Approvazzjoni espliċita |
38 148 (54) |
22 ta’ Mejju 2027 |
||||||
|
L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA |
||||||||||||
Telefown: +1 956-831-2299 |
Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa |
Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 Dimensjonijiet massimi tal-bastiment: Tul: 366 metru Wisa’: 48 metru Pixka: 9 metri |
Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma definiti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti. L-att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li jkollhom konċentrazzjonijiet ta’ PCB ta’ aktar minn 50 parti kull miljun. Il-faċilità għandha żewġ skalijiet bir-rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (Skal tal-Lvant u Skal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati b’mod esklużiv fuq ir-rampa tal-iSkal tal-Lvant. |
Attwalment ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti |
120 000 (55) |
10 ta’ Diċembru 2028 |
||||||
(1) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(2) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(3) Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.
(4) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(5) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(6) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(7) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(8) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.
(9) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.
(10) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 36 000 LDT fis-sena.
(11) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(12) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(13) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.
(14) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 000 LDT fis-sena.
(15) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.
(16) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(17) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(18) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(19) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(20) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena.
(21) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 45 000 LDT fis-sena.
(22) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(23) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 47 500 LDT fis-sena.
(24) Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(25) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(26) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(27) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(28) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(29) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(30) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(31) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.
(32) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(33) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(34) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(35) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.
(36) Din id-data ta’ skadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.
(37) Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 40 000 LDT fis-sena.
(38) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 300 000 LDT fis-sena.
(39) Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(40) Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
(41) L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(42) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.
(43) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(44) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(45) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 75 000 LDT fis-sena.
(46) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.
(47) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.
(48) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.
(49) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.
(50) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.
(51) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.
(52) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.
(53) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.
(54) Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 38 148 LDT fis-sena.
(55) Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1956/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)