Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1922 |
15.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1922
tat-12 ta’ Lulju 2024
li jistabbilixxi l-mudell għall-ġbir mill-Istati Membri tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar il-makkinarju u li jħassar id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 73/361/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(10) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) 2023/1230, il-Kummissjoni trid tipprevedi mudell standardizzat għall-ġbir mill-Istati Membri tad-data u tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti minn (a) sa (d), ta’ dak ir-Regolament, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9). Tali mudell standardizzat jiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-ġbir ta’ data u informazzjoni għall-fini taż-żieda ta’ kategorija ta’ makkinarju jew prodotti relatati mal-Anness I ta’ dak ir-Regolament jew tal-irtirar ta’ kategorija ta’ makkinarju jew prodotti relatati minn dak l-Anness. |
(2) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit mudell li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-ġbir ta’ dik id-data u dik l-informazzjoni. Sabiex jiġu razzjonalizzati r-rekwiżiti ta’ rapportar, il-mudell standardizzat jillimita d-data u l-informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għal dak li huwa strettament meħtieġ, b’mod partikolari billi jirrikjedi biss data u informazzjoni speċifiċi fir-rigward ta’ makkinarju speċifiku jew prodotti relatati u għall-finijiet speċifiċi tal-Artikolu 6(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/1230, peress li tali informazzjoni u data speċifiċi għal dawk il-finijiet speċifiċi mhumiex meħtieġa minn xi leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tal-mudell stabbilit f’dan ir-Regolament u kkonsultat ukoll lill-grupp ta’ esperti rilevanti. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) 2023/1230, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jintuża mill-Istati Membri għall-ġbir tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2023/1230.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 165, 29.6.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1230/oj.
ANNESS
Mudell għall-ġbir mill-Istati Membri tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(5), il-punti minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2023/1230 (“ir-Regolament”)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1922/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)