European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1904

8.8.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 88/2024

tas-26 ta’ April 2024

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1904]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2194 tad-19 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza ketoprofen fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2203 tal-20 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza rafossanid fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32023 R 2194: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2194 tad-19 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L, 2023/2194, 20.10.2023),

32023 R 2203: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2203 tal-20 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L, 2023/2203, 23.10.2023).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2194 u (UE) 2023/2203 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ April 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ZEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2023/2194, 20.10.2023.

(2)   ĠU L, 2023/2203, 23.10.2023.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1904/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)