European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1851

4.7.2024

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/1851

tal-25 ta’ Ġunju 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Biex tkun żgurata provvista suffiċjenti ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex prodotti fl-Unjoni u b’hekk ikun evitat kull disturb fis-suq ta’ dawk il-prodotti, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“dazji tat-TDK”) fuq dawk il-prodotti ġew sospiżi bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 (2). Minħabba f’hekk, il-prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati tad-dazju mnaqqsa jew dazju żero mingħajr kwalunkwe limitu fir-rigward tal-kwantità tagħhom.

(2)

Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 mhijiex adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji utenti fl-Unjoni. Billi huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti, u filwaqt li jitqies il-fatt li dawk il-prodotti identiċi, ekwivalenti jew ta’ sostituzzjoni ma jiġux prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, jeħtieġ tingħata sospensjoni sħiħa tad-dazji tat-TDK fuq dawk il-prodotti wkoll.

(3)

Biex tiġi promossa l-produzzjoni integrata tal-batteriji fl-Unjoni, jenħtieġ li tingħata sospensjoni parzjali tad-dazji tat-TDK fir-rigward ta’ ċerti prodotti relatati mal-produzzjoni tal-batteriji li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278, u li l-produzzjoni rispettiva tal-Unjoni tagħhom mhix adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji tal-utenti fl-Unjoni. Id-data għar-rieżami obbligatorju ta’ dawk is-sospensjonijiet jenħtieġ li tkun il-31 ta’ Diċembru 2024 biex dak ir-rieżami jqis l-evalwazzjoni għall-immedjat tas-settur tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni.

(4)

Jeħtieġ li jiġu emendati d-deskrizzjoni tal-prodott, il-klassifikazzjoni, l-unità supplimentari, jew ir-rekwiżit tal-użu finali ta’ ċertu sospensjonijiet tad-dazju tat-TDK elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u tax-xejriet ekonomiċi fis-suq.

(5)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu s-sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278. Għalhekk, is-sospensjonijiet għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jitħassru b’effett mill-1 ta’ Lulju 2024.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2021/2278 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Biex tkun evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tas-sospensjonijiet tariffarji awtonomi u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament dwar is-sospensjonijiet tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1387/2013 (ĠU L 466, 29.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2278/oj).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li għandhom in-numri tas-serje li ġejjin jitħassru: 0.2543, 0.2930, 0.2932, 0.2990, 0.3534, 0.3559, 0.3564, 0.3577, 0.3580, 0.3611, 0.3618, 0.4644, 0.4645, 0.4757, 0.5263, 0.5818, 0.5920, 0.6109, 0.6241, 0.6242, 0.6244, 0.6259, 0.6263, 0.6347, 0.6370, 0.6476, 0.6563, 0.6564, 0.6634, 0.6769, 0.6774, 0.6857, 0.6874, 0.6893, 0.6934, 0.7121, 0.7259, 0.7456, 0.7598, 0.7649, 0.7704, 0.7788, 0.7975, 0.7994, 0.8176, 0.8178, u 0.8462;

(2)

l-entrati li ġejjin jissostitwixxu dawk l-entrati li għandhom l-istess numri tas-serje:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta' dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

“0.4080

ex 1517 90 99

10

Żejt veġetali u/jew mikrobjali, raffinat, li fih skont il-piż;

25 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 % aċidu arakidoniku, jew

12 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 65 % aċidu dokosaeżaenojku, u

Kemm jekk:

standardizzat b’żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol b’kontenut olejku għoli (HOSO),

fih skont il-piż 0,005  % jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,1  % antiossidanti kemm jekk le

0 %

31.12.2026

0.5110

ex 2818 10 91

20

Kurindun sinterizzat bi struttura mikrokristallina, li jikkonsisti f’ossidu tal-aluminju (CAS RN 1344-28-1), aluminat tal-manjeżju (CAS RN 12068-51-8) u l-aluminati tal-art rari tal-ittriju, tal-lantanju, u tan-neodimju, b’kontenut skont il-piż (ikkalkolati f’ossidi) ta’:

92 % jew aktar, iżda inqas minn 98,5  % ossidu tal-aluminju,

2 % (±1,5  %) ossidu tal-manjeżju,

1 % (±0,6  %) ossidu tal-ittriju, u

jew 3 % (±2,2  %) ossidu tal-lantanju jew

2 % (±1,2  %) ossidu tal-lantanju u ossidu tan-neodimju,

b’inqas minn 50 % tal-piż totali li jkollu daqs tal-partikoli ta’ aktar minn 10 mm

0 %

31.12.2025

0.8073

ex 2912 19 00

20

Akrilaldeid (CAS RN 107-02-8) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar għall-produzzjoni ta’ fwieħa jew intermedjarji farmaċewtiċi (1)

0 %

31.12.2025

0.8527

ex 2933 39 99

63

1-Metil-4-piperidon (CAS RN 1445-73-4) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.5131

ex 2933 69 80

55

Terbutryn (ISO) (CAS RN 886-50-0) għall-użu bħala materja prima għall-produzzjoni ta’ preservattivi tekniċi, f’setturi oħra għajr għall-pestiċidi (1)

0 %

31.12.2025

0.8354

ex 2933 79 00

23

Kloridat tal-(S)-2-Ammino-3-[(S)-2-ossopirrolidin-3-il]propanammid (CAS RN 2628280-48-6) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2027

0.8359

ex 2933 99 80

64

Aċidu (1R,2S,5S)-3-[(S)- 3,3-dimetil-2-(2,2,2-trifluworoaċetammido)butanoil]- 6,6-dimetil-3-ażabiċiklo[3.1.0]eżan-2-karbossiliku (CAS RN 2755812-45-2) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2027

0.7318

ex 3603 50 00

10

Apparat tat-tqabbid għall-ġeneraturi tal-gass:

b’tul massimu globali ta’ 15,5  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 29,4  mm, u

b’tul tal-pinn ta’ 6,4  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 12,6  mm

0 %

31.12.2028

0.5727

ex 3811 21 00

29

Addittiv li fih skont il-piż:

25 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 40 % alkilbenżensulfonati tal-kalċju C16-24 (CAS RN 70024-69-0),

30 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 65 % żjut minerali,

għall-użu fil-manifattura ta’ amalgami ta’ addittivi għaż-żjut lubrifikanti (1)

0 %

31.12.2027

0.6435

ex 3811 21 00

48

Addittivi li fihom:

alkilbenżensulfonati tal-manjeżju (C20-C24) superbażiku (CAS RN 231297-75-9) u

skont il-piż aktar minn 25 % iżda mhux aktar minn 50 % żjut minerali,

li għandhom numru ta’ bażi totali ta’ aktar minn 350, iżda mhux aktar minn 450,

għall-użu fil-manifattura ta’ żjut lubrifikanti jew għall-użu fil-manifattura ta’ amalgami ta’ addittivi għaż-żjut lubrifikanti (1)

0 %

31.12.2024

0.8366

ex 3812 39 90

85

Stabbilizzatur tad-dawl, prodott tar-reazzjoni tal-ester metiliku tal-aċidu steariku bil-1-(2-idrossi-2-metilpropossi)- 2,2,6,6-tetrametil-4-piperidinol (CAS RN 300711-92-6) b’purità skont il-piż ta’ inqas minn 90 %

0 %

31.12.2027

0.4520

ex 3920 62 19

32

Rita trasparenti tal-polietilentereftalat:

bi ħxuna taż-żewġ naħat ta’ 7 nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 nm, jew bi ħxuna taż-żewġ naħat ta’ 7 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 μm, kemm jekk ikun miksi b’materjal organiku b’bażi ta’ akriliku jew le,

b’tensjoni tas-superfiċe ta’ 36 Dyne/cm jew aktar, iżda mhux aktar minn 39 Dyne/cm, jew 3 jew 4 saffi trasparenti, it-tieni saff tal-PET, u saffi oħra jkun fihom ir-reżina tal-fluworu,

bi trażmittanza tad-dawl ta’ aktar minn 70 %,

b’valur ta’ tiċpir ta’ mhux aktar minn 1,3  %,

bi ħxuna totali ta’ 10 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 350 μm,

b’wisa’ ta’ 800 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 600  mm

0 %

31.12.2028

0.8291

ex 3921 90 55

70

Membrana magħmula minn saff ta’ poliammid u saff ta’ polisulfon fuq saff ta’ appoġġ tal-polietilentereftalat:

bi ħxuna totali ta’ 0,25  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,40  mm,

b’piż totali ta’ 109 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 114 g/m2

0 %

m2

31.12.2026

0.8372

ex 4411 12 92

10

Fajberbord:

bi ħxuna ta’ 2,20  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 2,80  mm,

b’densità ta’ 0,95  g/cm3 jew aktar,

ivverniċjat jew miksi b’fojl tal-melamina fuq iż-żewġ naħat, u

b’dimensjonijiet ta’ 1 300  mm x 1 100  mm jew inqas

0 %

31.12.2027

0.8123

ex 8479 89 97

28

Unità tal-brejkijiet tal-elettriku integrata għall-ġenerazzjoni immedjata tal-pressjoni idrawlika waqt l-ibbrejkjar, għall-kontroll elettroniku sħiħ tal-brejkijiet u li tippermetti l-ibbrejkjar riġenerattiv tal-vetturi bil-mutur:

b’assistenti elettroniċi tal-brejkijiet,

b’unità idrawlika mħaddma minn mutur elettriku mingħajr brushes,

b’reservoir tal-fluwidu tal-brejkijiet,

għall-użu fil-manifattura ta’ karozzi ibridi tal-passiġġieri (1)

0 %

31.12.2025

0.5577

ex 8501 31 00

50

Muturi DC, mingħajr brushes:

b’dijametru estern ta’ 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 200 mm,

b’vultaġġ tal-provvista ta’ 4 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 16 V,

b’output f’20 oC ta’ 200 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 750 W,

b’torque f’20 oC ta’ 2,00 Nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 7,00 Nm,

b’veloċità nominali f’20 oC ta’ 600 rpm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 100 rpm,

b’poleġġa jew mingħajrha,

b’sensur/kontrollur tal-power steering elettroniku jew mingħajru

0 %

31.12.2027

0.5978

ex 8501 31 00

ex 8501 32 00

55

40

Mutur DC b’kommutatur jew mingħajru, għat-tħaddim tal-għodod li jaħdmu bl-elettriku li jinżammu fl-idejn, tal-magni għall-qtugħ tal-lawn jew għall-apparati tad-dar:

b’dijametru estern ta’ 24,2  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 140 mm,

b’veloċità nominali ta’ 3 300  rpm jew aktar, iżda mhux aktar minn 26 200  rpm,

b’vultaġġ ta’ provvista nominali ta’ 3,6  V jew aktar, iżda mhux aktar minn 230 V,

b’potenza tal-output ta’ aktar minn 37,5  W iżda mhux aktar minn 2 400  W,

b’kurrent ta’ tagħbija bil-mutur liberu ta’ mhux aktar minn 20,1  A,

b’effiċjenza massima ta’ 50 % jew aktar

0 %

31.12.2024

0.4731

ex 8501 31 00

58

Mutur DC b’eċċitazzjoni permanenti:

b’dijametru estern ta’ 27 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 mm, inkluż il-flanġ tal-immuntar

b’veloċità nominali ta’ mhux aktar minn 25 000 rpm,

b’output ta’ 45 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 400 W, u

b’vultaġġ tal-provvista ta’ 9 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 50 V,

kemm jekk koljatura b’fażijiet multipli u kemm jekk le,

kemm jekk bi drive disc u kemm jekk le,

kemm jekk b’kaxxa tal-krank u kemm jekk le,

kemm jekk b’fann u kemm jekk le,

0 % (1)

31.12.2024

 

 

 

kemm jekk b’assemblaġġ ta’ tap u kemm jekk le,

kemm jekk b’sun gear kemm jekk le,

kemm jekk b’kodifikatur tal-veloċità u tad-direzzjoni rotazzjonali u kemm jekk le,

kemm jekk b’sensur tal-veloċità jew tad-direzzjoni rotazzjonali tat-tip resolver jew tat-tip Hall u kemm jekk le,

kemm jekk bi flanġ tal-immuntar u kemm jekk le

għall-użu fil-manifattura ta’ sedili b’sospensjoni tal-arja fit-tratturi, magni li jċaqilqu t-terrapien u forklifts jew għall-użu fil-manifattura ta’ attwaturi għal għamara b’għoli aġġustabbli (1)

 

 

 

0.7029

ex 8505 11 10

20

Oġġetti, ta’ liga tan-neodimju, fil-forma ta’ rettangolu, triangolu, kwadru jew trapeżojd,

kemm jekk imqawsa u kemm jekk le,

kemm jekk ikollhom il-kantunieri ttundjati jew il-ġnub oblikwi u kemm jekk le,

kemm jekk ikunu mmarkati bil-kulur u kemm jekk le

kemm jekk ikunu miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le,

kemm jekk jikkonsistu f’segmenti magħqudin flimkien u iżolati elettrikament minn xulxin u kemm jekk le

li jkollhom:

tul ta’ 9 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 105 mm,

wisa’ ta’ 5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 105 mm,

ħxuna ta’ 2 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 55 mm

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

31.12.2026

0.5584

ex 8505 11 10

23

Żbarri fil-forma ta’ rettangoli mqawsa, li fihom liga li fiha n-neodimju:

b’tul ta’ 15 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 52 mm,

b’wisa’ ta’ 5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 42 mm,

kemm jekk ikunu miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le,

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

p/st

31.12.2027

0.7567

ex 8505 11 10

25

Kalamiti permanenti, ta’ liga tan-neodimju, f’forma ċilindrika:

b’talja,

b’toqba interna bil-kamin fuq naħa waħda,

b’tul ta’ 97,5  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 225 mm,

b’dijametru ta’ 19 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 25 mm,

kemm jekk ikunu miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le

0 %

31.12.2024

0.5585

ex 8505 11 10

28

Oġġetti li fihom liga li fiha n-neodimju, fil-forma ta’ ċrieki, tubi, blokok iżolanti jew kullari:

b’dijametru estern ta’ mhux aktar minn 45 mm,

b’għoli ta’ mhux aktar minn 45 mm,

kemm jekk ikunu miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le,

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

p/st

31.12.2027

0.3740

ex 8505 11 10

30

Kalamiti permanenti ta’ liga tan-neodimju, jew fil-forma ta’ rettangolu, kemm jekk ittundjati u kemm jekk le, kemm jekk miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le:

b’sezzjoni trasversali rettangolari jew trapeżojdali,

b’tul ta’ mhux aktar minn 140 mm,

b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 90 mm, u

bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 55 mm,

jew fil-forma ta’ rettangolu mqawwas:

b’tul ta’ mhux aktar minn 75 mm,

b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 40 mm,

bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 7 mm, u

raġġ tal-kurvatura ta’ aktar minn 86 mm, iżda mhux aktar minn 241 mm,

b’saffi tan-nikil jew tar-ram

jew fil-forma ta’ disk:

b’dijametru ta’ mhux aktar minn 90 mm,

kemm jekk ikollhom toqba fiċ-ċentru u kemm jekk le

0 %

p/st

31.12.2024

0.5948

ex 8505 11 10

35

Oġġetti ta’ liga tan-neodimju, fil-forma ta’ disk:

b’dijametru ta’ mhux aktar minn 90 mm,

kemm jekk ikollhom toqba fiċ-ċentru u kemm jekk le,

b’saffi tar-ram, tan-nikil u/jew taż-żingu,

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

31.12.2024

0.7789

ex 8505 19 10

20

Kalamiti permanenti tal-ferrit agglomerat, fil-forma ta’ rettangoli mqawsa, kemm jekk miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe, u kemm jekk le:

tul ta’ 16,8  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 110,2  mm,

wisa’ ta’ 14,8  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 75,2  mm,

bi ħxuna ta’ 4,8  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 13,2  mm,

għall-użu fil-manifattura tar-rotors bil-mutur elettriku (1)

0 %

31.12.2024

0.5937

ex 8505 19 90

30

Oġġetti tal-ferrit agglomerat, fil-forma ta’ disk, kemm jekk miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe, u kemm jekk le:

b’dijametru ta’ mhux aktar minn 120 mm,

b’toqba fiċ-ċentru,

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni b’rimanenza ta’ bejn 245 mT u 470 mT

0 %

31.12.2024

0.7299

ex 8505 19 90

45

Oġġett tal-ferrit agglomerat, fil-forma ta’ rettangolu, kemm jekk bil-ġnub oblikwi, u kemm jekk le:

b’tul ta’ 26,85  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 32,15  mm,

b’wisa’ ta’ 7,6  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 9,55  mm,

bi ħxuna ta’ 5,3  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 5,8  mm, u

b’piż ta’ 6,1  g jew aktar, iżda mhux aktar minn 8,3  g,

maħsub biex isir kalamita permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

p/st

31.12.2027

0.7511

ex 8505 19 90

60

Oġġetti tal-ferrit agglomerat fil-forma ta’ rettangoli mqawsa,

kemm jekk ikunu miksija jew passivati bi trattament tas-superfiċe u kemm jekk le,

Kemm jekk ikollhom il-kantunieri ttundjati u kemm jekk le,

li jkollhom:

tul ta’ 9 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 101 mm

wisa’ ta’ 9 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 101 mm,

ħxuna ta’ 1,85  mm jew aktar iżda, mhux aktar minn 15,15  mm,

maħsuba biex isiru kalamiti permanenti wara l-manjetizzazzjoni

0 %

31.12.2024

0.7663

ex 8507 60 00

18

Akkumulatur tal-polimeru tal-joni tal-litju mgħammar b’sistema ta’ ġestjoni tal-batterija u b’interfaċċa can-bus:

b’sitt moduli b’90 ċellola jew aktar, iżda mhux aktar minn 192 ċellola,

b’vultaġġ nominali ta’ 280 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 400 V,

b’kapaċità nominali ta’ 9,7 Ah jew aktar, iżda mhux aktar minn 120 Ah,

b’vultaġġ tal-iċċarġjar ta’ 110 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 495 V, u

f’casing tal-metall:

b’tul ta’ mhux aktar minn 1 723  mm,

b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 1 162,23  mm,

b’għoli ta’ mhux aktar minn 395 mm,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi li jistgħu jiġu ċċarġjati billi jitqabbdu ma’ sors estern tal-elettriku tal-intestatura 8703 (1)

1,3  %

31.12.2024

0.8368

ex 8507 60 00

29

Pakkett ta’ batteriji rikarikabbli tal-joni tal-litju f’housing speċifiku adattat għall-użu fil-kameras tar-ritratti diġitali, li għandu:

tul ta’ 50 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 120 mm,

wisa’ ta’ 35 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 mm,

għoli ta’ 15 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 45 mm,

piż ta’ 0,040  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 0,085  kg; u

kapaċità ta’ mhux aktar minn 2 200  mAh

1,3  %

31.12.2024

0.5548

ex 8507 60 00

38

Moduli għall-assemblaġġ ta’ pakketti tal-batteriji tal-joni tal-litju:

b’tul ta’ 298 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 500 mm,

b’wisa’ ta’ 33,5  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 209 mm,

b’għoli ta’ 75 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 228 mm,

b’piż ta’ 3,6  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 17 kg,

b’potenza ta’ 458 Wh jew aktar, iżda mhux aktar minn 3 510 Wh, u

b’vultaġġ ta’ inqas minn 45 V jew aktar minn 70 V

1,3  %

31.12.2024

0.8275

ex 8507 60 00

83

Moduli għall-assemblaġġ ta’ akkumulaturi elettriċi tal-joni tal-litju:

b’tul ta’ 570 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 610 mm,

b’wisa’ ta’ 210 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 240 mm,

b’għoli ta’ 100 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 120 mm,

b’piż ta’ 28 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 35 kg, u

b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 2 500  Ah u enerġija nominali ta’ inqas minn 8,4  kW,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi tas-subintestaturi 8703 60 , 8703 70 , 8703 80 u 8704 60  (1)

1,3  %

31.12.2024

0.8419

ex 8507 90 80

55

Għatu ta’ fuq jew housing magħmul mill-aluminju jew liga ferruża jew mill-azzar inossidabbli:

kemm jekk jinkludi partijiet magħmulin mill-aluminju u minn liga tal-aluminju u kemm jekk le,

b’elementi ta’ siġillar jew elementi oħra magħmulin mill-materjal polimeru jew mingħajrhom,

b’‘apparat li jinterrompi l-kurrent’ u ‘valv tal-evakwazzjoni’ jew mingħajrhom

b’sokits tal-plastik jew mingħajrhom

b’dijametru ta’ barra ta’ 17 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 18 mm,

jew rettangolari:

b’tul ta’ mhux aktar minn 450 mm,

b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 200 mm, u

b’għoli ta’ mhux aktar minn 150 mm,

għall-użu fil-manifattura ta’ batteriji tal-joni tal-litju (1)

1,3  %

31.12.2024

0.8507

ex 8714 99 90

50

Smorzatur tal-arja fuq wara fil-forma ta’ element pnewmatiku tal-molla bi smorzatur taż-żejt għall-użu fil-manifattura tar-roti, inkluż ir-roti elettriċi (1)

0 %

p/st

31.12.2027

(3)

l-entrati li ġejjin jiżdiedu jew jiddaħħlu skont l-ordni numeriku tal-kodiċijiet NM u TARIC fit-tieni u fit-tielet kolonna:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta' dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għal reviżjoni mandatorja

“0.8619

ex 2905 39 95

25

Pinakol (CAS RN 76-09-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8604

ex 2912 29 00

65

Tereftalaldeid (CAS RN 623-27-8) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8623

ex 2918 99 90

58

2,4-D (ISO) (CAS RN 94-75-7) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8641

ex 2920 90 10

23

2,2-diossidu tal-1,3,2-diossatijolan (CAS RN 1072-53-3) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

3,2  %

31.12.2028

0.8621

ex 2924 29 70

34

Aċidu aċetiku—[(1-amminoċikloeżil)metil]karbamat tat-tert-butil (1/1) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8611

ex 2929 90 00

60

(2S)-2-[[2-[2-[2-[2-[2-[2-[2-[2-[2-[2-(2-Ażidoetossi)etossi]etossi]etossi]etossi]etossi]etossi]etossi]etilammino]-2-ossoetossi]aċetil]ammino]-N-[4-(idrossimetil)fenil]-6-[[(4-metossifenil)-difenilmetil]ammino]eżanammid (CAS RN 1224601-12-0) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8640

ex 2931 90 00

43

Trimetilindju (CAS RN 3385-78-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8649

ex 2931 90 00

48

Aċidu 4-fenossibenżenboroniku (CAS RN 51067-38-0) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8652

ex 2931 90 00

58

Trimetilgallju (CAS RN 1445-79-0) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8615

ex 2932 19 00

15

2-Metilfuran (CAS RN 534-22-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8636

ex 2932 19 00

25

Tetraidro-2-furankarbossilat tal-metil (CAS RN 37443-42-8) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8605

ex 2932 19 00

35

(2S,3S,4S,5R)-3-(3,4-Difluworo-2-metossifenil)- 4,5-dimetil-5-(trifluworometil)tetraidrofuran-2-il-4-nitrobenżoat (CAS RN 2875066-49-0) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8603

ex 2933 19 90

58

1H-Pirażol (CAS RN 288-13-1) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8613

ex 2933 19 90

68

Kloridat tal-1-Metil-1H-pirażol-4-ammina (CAS RN 127107-23-7) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8639

ex 2933 29 90

43

2-Ottil- 4,5-diidro-1H-imidażol (CAS RN 10443-60-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8637

ex 2933 39 99

53

5-Metil-2-piridilammina (CAS RN 1603-41-4) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8618

ex 2933 39 99

56

2-[[[3-Metil-4-(2,2,2-trifluworoetossi)piridin-2-il]metil]sulfanil]1H-benżimidażol (CAS RN 103577-40-8) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8624

ex 2933 39 99

58

N-[5-(trifluworometil)piridin-3-il]karbamat tat-Tert-butil (CAS RN 1187055-61-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8656

ex 2933 39 99

66

(2S,4S)-4-Etossi-2-[4-(metossikarbonil)fenil]piperidin-1-ju(2Z)-3-karbossiprop-2-enoat (CAS RN 2408761-21-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8612

ex 2933 59 95

51

(1R,5S)-8-Benżil- 3,8-diażabiċiklo[3.2.1]ottan; 4-(4-idrossifenil)fenol (2:1) (CAS RN 2642049-87-2) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8602

ex 2933 59 95

54

2-Kloro-4-metilpirimidina (CAS RN 13036-57-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8643

ex 2933 99 80

35

Aċidu 2-[6-metil-2-(4-metilfenil)imidażo[1,2-a]piridin-3-il]aċetiku (CAS RN 189005-44-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8642

ex 2934 99 90

38

2-Kloro-9H-tijossanten-9-on (CAS RN 86-39-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8601

ex 2934 99 90

50

Vutrisiran (INN) (CAS RN 1867157-35-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8606

ex 2935 90 90

41

Lenacapavir sodium (INNM) (CAS RN 2283356-12-5) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8635

ex 2940 00 00

70

Alfa-D-Mannopiranożju, 6-aċetat 2,3,4-tribenżoat 1-(2,2,2-trikloroetanimidat) (CAS RN 346441-49-4) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8614

ex 2942 00 00

20

Dimetilammina—boran (1:1) (CAS RN 74-94-2) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0 %

31.12.2028

0.8678

ex 3204 17 00

28

Kolorant C.I. Pigment Yellow 12 (CAS RN 6358–85-6) u preparati bbażati fuqu b’kontenut ta’ kolorant C.I. Pigment Yellow 12 ta’ 21 % jew aktar skont il-piż

0 %

31.12.2028

0.8676

ex 3207 30 00

30

Paste tal-fidda, li fih skont il-piż:

45 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 %, fidda (CAS RN 7440-22-4), u

59 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 92 % tas-solidi totali (inkluż il-fidda)

għall-użu bħala konduttur fil-produzzjoni ta’ ċelloli solari (2)

0 % (2)

31.12.2028

0.8630

ex 3207 30 00

40

Paste tal-aluminju, li fih skont il-piż:

72 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 82 % aluminju (CAS RN 7429-90-5)

b’viskożità ta’ 10 jew aktar, iżda mhux aktar minn 100 Pa.s (Brookfield RVT, 14 Spindle, 20 rpm, 25 oC±0,5  oC)

b’daqs tal-partikoli tal-aluminju ta’ mhux aktar minn 25 μm

għall-użu fil-produzzjoni ta’ ċelloli solari (2)

0 %

31.12.2028

0.8655

ex 3811 29 00

23

Addittiv għaż-żjut lubrifikanti li jikkonsisti minn molibdenu, bis(dibutilkarbamoditijoato)di-μ-ossodiossodi-, sulfurizzat (CAS RN 68412-26-0)

0 %

31.12.2028

0.8644

ex 3824 99 92

71

Taħlita li skont il-piż fiha:

49 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 51 % karbonat tal-etilen (CAS RN 96-49-1), u

49 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 51 % 1,3-propansulton (CAS RN 1120-71-4)

3,2  %

31.12.2028

0.8670

ex 3910 00 00

85

Silikonu b’żewġ komponenti, b’viskożità tat-taħlita ta’ 3 000 cps jew aktar, iżda mhux aktar minn 6 000 cps (skont l-istandard GB/T 2794) għall-użu bħala materjal ta’ iżolament elettriku fil-kaxxa ta’ ġunzjoni tal-pannelli solari fil-produzzjoni tal-pannelli solari (2)

0 %

31.12.2028

0.8667

ex 3919 10 80

ex 3919 90 80

78

48

Rita tal-politetrafluworoetilen,

bi ħxuna ta’ 50 μm jew aktar,

b’wisa’ ta’ 6,30  mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 740 mm,

b’elongazzjoni fil-punt tal-ksur ta’ mhux aktar minn 200 %, u

miksija fuq naħa waħda b’adeżiv tas-silikonu sensittiv għall-pressjoni bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 50 μm

0 %

31.12.2028

0.8629

ex 3919 90 80

55

Rita sewda tal-klorur tal-polivinil:

bi gloss ta’ aktar minn 25 grad skont l-ASTM D2457,

kemm jekk miksija fuq naħa waħda b’rita protettiva ta’ polietilentereftalat u fuq in-naħa l-oħra b’adeżiv tal-akriliku mikrostrutturat sensittiv għall-pressjoni u release liner u kemm jekk le

għall-użu fil-manifattura ta’ riti maqtugħin b’forma għas-superfiċi ta’ ġewwa jew ta’ barra tal-karozzi (2)

0 %

31.12.2028

0.8664

ex 3926 90 97

22

Gaskets għall-mirja tal-vetturi tat-triq u għall-komponenti tagħhom, magħmula mill-fowm tal-polietilen, prodotti bi proċess ta’ termoformazzjoni u:

b’densità ta’ 20 kg/m3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 40 kg/m3,

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ mhux inqas minn 170 kPa,

b’koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ilma ta’ mhux aktar minn 1 %,

b’tul ta’ 5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 300 mm,

b’għoli ta’ 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 400 mm,

bi profondità ta’ 5 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 250 mm

0 %

31.12.2028

0.8646

ex 4016 99 52

10

Hanger tas-silenzjatur tal-egżost li jikkonsisti fi:

bracket tal-azzar b’mill-inqas toqba waħda tal-immuntar u

blokka tal-lasktu kontra l-ħoss,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti tal-Kapitolu 87 (2)

0 %

31.12.2028

0.8666

ex 6804 21 00

30

Wajer tal-azzar użat għall-qtugħ u għall-kwadrar tas-semikondutturi:

mgħotti bi ħbub tad-djamanti ta’ 5 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 55 μm,

b’dijametru tal-wajer ta’ 45 μm jew aktar, iżda mhux aktar minn 350 μm

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 11 N jew aktar, iżda mhux aktar minn 170 N

0 %

31.12.2028

0.8663

ex 7009 91 00

10

Mera tal-ħġieġ maħsula bil-krom:

tul ta’ 155 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 158 mm,

b’għoli ta’ 115 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 120 mm,

sensur għall-punt mhux viżibbli b’modulu tad-dawl għad-detezzjoni tal-moviment fil-punt mhux viżibbli, b’luminexxenza tat-truf ta’ 5 000 cd/m2 jew aktar u luminexxenza ċentrali ta’ 7 000 cd/m2 jew aktar,

fojl tal-heater, b’reżistenza ta’ 1,1  kΩ jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,35 kΩ,

iddisinjati biex jiġi mmuntat f’housing bħala mera esterna tal-vetturi, għall-użu fil-manifattura tal-mirja tal-karozzi (2)

0 %

31.12.2028

0.8682

ex 7009 91 00

20

Ħġieġ asferiku, konvess jew ċatt maħsul bil-krom, lest biex jitqiegħed ġo gwarniċ:

b’tul ta’ 140 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 215 mm,

b’għoli ta’ 104 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 138 mm,

b’raġġ tal-kurvatura ta’ 0 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 330  mm,

b’riflettanza ta’ aktar minn 40 %,

għall-manifattura ta’ mirja tal-karozzi (2)

0 %

31.12.2028

0.8616

ex 7019 90 00

50

Pannelli riġidi iżolanti magħmulin permezz tal-kompressjoni f’vakwu ta’ fibri tal-ħġieġ imgeżwra f’rita protettiva li ma jgħaddix gass minnha, għall-użu fil-manifattura ta’ friġġijiet u friżi u l-kombinamenti tagħhom (2)

0 %

31.12.2028

0.8668

ex 8402 90 00

10

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

sistema ta’ ġeneratur tal-fwar bid-dilwizzjoni li tipproduċi fwar minn ilma tat-tberrid trattat minn qabel għall-użu bħala fwar bid-dilwizzjoni fi fran tal-ikkrekkjar bil-fwar,

sistema ta’ kondensat li tiġbor, tiffiltra u tneħħi l-arja mill-kondensati tal-fwar, li sussegwentement jiġu rriċiklati bħala ilma li jalimenta l-bojler u jkomplu jiġu distribwiti fl-unità tal-ikkrekkjar, u

sistema tal-ivvampjar li tiġbor, tissepara u tivvaporizza l-idrokarburi mhux riċiklabbli li jkun fihom rilaxxi minn tagħmir differenti fi krekkjatur bil-fwar, u tittrasferihom lejn apparati tal-ivvampjar

0 %

30.06.2025

0.8610

ex 8409 91 00

28

Karburatur:

b’2 toqob tal-immuntar b’dijametru ta’ 31 mm,

b’dijametru tat-toqba taċ-ċowk ta’ 18 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 19,05  mm

għall-użu fil-manifattura ta’ trimmer tal-ħaxix b’magna two-stroke (2)

0 %

31.12.2028

0.8651

ex 8414 59 25

50

Fannijiet assjali b’mutur inkorporat, għall-ġenerazzjoni ta’ fluss ta’ arja għat-tkessiħ tal-kompressuri u d-distribuzzjoni tal-arja

b’vultaġġ operattiv tal-kurrent dirett ta’ aktar minn 10 V, iżda mhux aktar minn 14 V, jew

b’vultaġġ operattiv tal-kurrent alternat ta’ aktar minn 185 V, iżda mhux aktar minn 254 V,

b’temperatura operattiva ta’ - 40 oC jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 oC,

għall-użu fil-manifattura ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’pompa tas-sħana u friġġijiet jew friżi (2)

0 %

31.12.2028

0.8648

ex 8414 59 35

40

Blower tal-elettriku għat-tkessiħ tal-modulu tal-batterija:

b’voltaġġ operattiv ta’ 9 VDC jew aktar, iżda mhux aktar minn 16 VDC,

b’fann ċentrifugali tal-elettriku,

b’konnettur,

b’case tal-plastik,

b’unità ta’ kontroll għall-mutur elettriku tal-fann jew mingħajrha,

għall-użu fil-produzzjoni ta’ batteriji rikarikabbli għall-vetturi ibridi u elettriċi (2)

0 %

31.12.2028

0.8679

ex 8417 80 50

10

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, itwal minn 29 metru, b’wisa’ ta’ 35 metri u għoli ta’ 66 metru u b’piż ta’ 5 500 tunnellata metrika, li fiha żewġ fran mhux elettriċi għall-ikkrekkjar bil-fwar għad-deidroġenazzjoni bħala parti minn impjant għall-ikkrekkjar tal-etan li jikkonsisti f’sezzjoni ta’ radjazzjoni u sezzjoni ta’ konvezzjoni biex tipproduċi l-etilen u l-propilen mill-etan

0 %

30.06.2025

0.8669

ex 8419 40 00

10

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

ċirkwiti taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma tat-tberrid, li jkun fihom skambjatur tas-sħana u pompi taċ-ċirkolazzjoni biex ikessħu u jiċċirkolaw mill-ġdid l-ilma tat-tberrid,

sistema ta’ purifikazzjoni tal-ilma, li tneħħi l-kontaminanti tal-idrokarburi mill-ilma tat-tberrid li mbagħad jerġa’ jintuża għall-produzzjoni tal-fwar tad-dilwizzjoni (barra mill-modulu),

sistema ta’ purifikazzjoni taż-żejt tal-piroliżi, li tissepara l-gażolina tal-piroliżi, iż-żejt kombustibbli u l-frazzjonijiet tal-kokk mill-kontaminanti tal-idrokarburi li jkunu tneħħew mill-ilma tat-tberrid,

vaporizzatur u superheater tal-istartjar tal-materja prima tal-etan, li jivvaporizza u jsaħħan il-materja prima tal-etan qabel ma jibgħat l-etan lill-fran tal-ikkrekkjar (barra mill-modulu),

0 %

30.06.2025

 

 

 

sistema ta’ preparazzjoni tal-materja prima tal-propan, li tiffiltra, tivvaporizza u ssaħħan ħafna l-materja prima tal-propan, qabel ma tibgħat il-propan lill-fran għall-ikkrekkjar (barra mill-modulu), u

sistema ta’ preparazzjoni tal-propilen ta’ grad kimiku, li tiffiltra u tnixxef il-propilen ta’ grad kimiku qabel ma tibagħtu lid-deetanizzatur (barra mill-modulu)

 

 

 

0.8680

ex 8419 50 80

20

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

sistema ta’ refriġerazzjoni tal-etilen b’ċirkwit miftuħ, li għandha tiġi integrata ma’ kompressur estern tar-refriġerant tal-etilen,

pompi u skambjatur tas-sħana biex iwasslu l-etilen f’pipeline estern, u

sistema ta’ refriġerazzjoni tal-propilen b’ċirkwit magħluq, li għandha tiġi integrata ma’ kompressur estern tar-refriġerant tal-propilen

0 %

30.06.2025

0.8675

ex 8419 89 98

10

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

tagħmir assoċjat ma’ kompressur estern tal-gass maqsum f’diversi stadji, ċentrifugali li jikkompressa gassijiet idrokarboniċi biex jippermetti pproċessar ulterjuri downstream f’tagħmir interkonness li jkun fih:

tagħmir li jkessaħ,

ċilindri għas-separazzjoni ta’ fwar likwidu, u

pompi meħtieġa biex jikkondensaw u jneħħu l-ilma u idrokarburi itqal u biex jevitaw formazzjoni mhux mixtieqa ta’ prodotti sekondarji tal-polimeri,

0 %

30.06.2025

 

 

 

tagħmir assoċjat ma’ torri tal-ħasil kawstiku estern li jkun fih:

pompi taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma kawstiċi biex isostnu torri tal-ħasil kawstiku estern fit-tneħħija tal-gassijiet aċidużi (diossidu tal-karbonju u sulfur tal-idroġenu) mill-gass ikkrekkjat,

sistema kawstika ta’ trattament minn qabel eżawrita, li fiha ċilindri tas-separazzjoni, pompi u mixers,

skambjatur tas-sħana għat-tkessiħ minn qabel tal-gass ikkrekkjat, u

ċilindru tas-separazzjoni għat-tneħħija tal-ilma mill-gass tal-ikkrekkjar

 

 

 

0.8632

ex 8467 99 00

10

Elementi tal-qtugħ tat-trimmers tal-ħaxix bil-lasta:

fil-forma ta’ apparat anċillari għal mat-trimmer tal-ħaxix,

b’tul tas-sikkina ta’ 60 cm u b’fetħa tas-snien ta’ 30 mm,

b’aġġustament tal-angolu tax-xafra,

b’gearbox bi stadju wieħed integrat,

b’qafas fondut tal-manjeżju,

għall-użu fil-manifattura tal-makkinarju tal-ġonna u tal-għodod li jaħdmu bl-elettriku (2)

0 %

31.12.2028

0.8673

ex 8479 89 97

33

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

diversi kolonni tad-distillazzjoni (depropanizzatur, debutanizzatur u degreenoiler) u l-iskambjaturi tas-sħana, pompi u ċilindri assoċjati magħhom,

chilling train li fiha skambjaturi tas-sħana u ċilindru li jikkondensa s-C2 fi fluss tal-gass,

sistema li tissepara l-idroġenu u l-metan minn gass ikkrekkjat li fiha skambjaturi tas-sħana, ċilindri, turbini, kompressuri u unità ta’ purifikazzjoni tal-idroġenu (unità ta’ adsorbiment bl-inverżjoni tal-pressjoni),

tagħmir assoċjat ta’ kolonna tad-distillazzjoni li tifred is-C3, li fiha skambjatur tas-sħana, pompi u ċilindri, u

sistema ta’ idroġenizzazzjoni tal-aċetilen tal-vinil, li fiha reatturi ta’ idroġenizzazzjoni, filtri, mixer, ċilindru, kondensatur, skambjaturi tas-sħana

0 %

30.06.2025

0.8681

ex 8479 89 97

43

Unità tal-modulu tal-proċess immuntata minn qabel ta’ unità ta’ krekkjar tal-etan, li fiha:

sistema għall-iffiltrar u t-tkessiħ ta’ gass imnixxef ikkrekkjat,

kolonna tad-distillazzjoni deetanizzatur u tagħmir assoċjat għal separazzjoni ta’ C2-/C3+,

sistema ta’ idroġenizzazzjoni tal-aċetilen biex tneħħi l-aċetilen fi ħdan fluss tas-C2,

ċilindru tal-fjuwil gassuż li jaħżen il-fjuwil gassuż għall-fran tal-ikkrekkjar, u

sistema għar-riġenerazzjoni tal-magni tat-tnixxif f’installazzjoni tal-ikkrekkjar

0 %

30.06.2025

0.8626

ex 8483 40 23

20

Ger koniku:

magħmul minn ligi u azzar ħfief,

mibni fuq gerijiet koniċi dritti jew elikali,

b’angolu bejn ix-xaftijiet ta’ 30 grad jew aktar, iżda mhux aktar minn 90 grad

bi proporzjon tal-gerijiet ta’ 1:1,3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 1:1,46 ,

għall-użu fil-manifattura ta’ trimmers tal-ħaxix, brushcutters u tipi oħra ta’ makkinarju tal-ġnien (2)

0 %

31.12.2028

0.8625

ex 8483 40 23

30

Ger koniku:

magħmul minn ligi u azzar ħfief,

mibni fuq gerijiet koniċi dritti,

b’angolu bejn ix-xaftijiet ta’ 24 grad jew aktar, iżda mhux aktar minn 35 grad,

għall-użu fil-manifattura ta’ trimmers tal-ħaxix, brushcutters u tipi oħra ta’ makkinarju tal-ġnien (2)

0 %

31.12.2028

0.8609

ex 8501 31 00

48

Muturi elettriċi DC mingħajr brushes:

b’potenza nominali ta’ 240 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 260 W,

b’vultaġġ ta’ 36 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 52 V

b’torque ta’ 20 Nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 140 Nm,

b’housing magħmul mill-aluminju, minn liga tal-aluminju jew mill-plastik,

b’kontrollur inkorporat jew mingħajru,

b’funzjoni tal-komunikazzjoni fl-interfaċċa LIN jew UART,

li jiżnu 1,5  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 5,0  kg,

adattati għall-immuntar f’qafas ta’ rota

għall-użu fil-manifattura tar-roti elettriċi (2)

0 %

31.12.2028

0.8608

ex 8501 31 00

49

Muturi elettriċi DC mingħajr brushes:

b’potenza nominali ta’ 240 W jew aktar, iżda mhux aktar minn 260 W,

b’vultaġġ ta’ 36 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 52 V,

b’torque ta’ 30 Nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 50 Nm,

b’funzjoni tal-komunikazzjoni fl-interfaċċa UART u CAN,

b’gearbox planetarju intern b’proporzjon fiss jew varjabbli,

magħmula mill-iffondar imħaddem bis-CNC,

b’housing magħmul mill-aluminju,

li jiżnu 2,3  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 4,4  kg,

adattati għall-immuntar fir-rota ta’ quddiem jew ta’ wara tar-roti (2)

0 %

31.12.2028

0.8662

ex 8503 00 99

53

Għatu tar-rotor iffundat bil-pressjoni tas-sistema tal-kanal tat-tkessiħ fil-mutur elettriku:

tal-aluminju EN AC-47100-F,

b’għatu li jissiġilla tal-azzar inossidabbli,

shot-blasted u mmaxinjat,

impermeabbli sa grad ta’ 1 ml kull minuta jew inqas bi pressjoni ta’ 2,75 bars,

b’ebusija ta’ 70 HBW jew aktar (2,5 /62,5 , skont l-ISO 6506),

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 240 N/mm2 jew aktar,

b’għoli ta’ 50 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 55 mm,

b’dijametru ta’ 109 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 112 mm,

b’piż ta’ 3,9  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 4,2  kg

0 %

31.12.2028

0.8658

ex 8503 00 99

58

Housing intern iffundat bil-pressjoni ta’ sistema tal-kanal tat-tkessiħ għal mutur elettriku:

tal-aluminju EN AC-47100,

shot-blasted u mmaxinjat,

ma jnixxix sa grad ta’ 3 ml kull minuta jew inqas bi pressjoni ta’ 2,75 bars,

b’ebusija ta’ 70 HBW jew aktar (2,5 /62,5 , skont l-ISO 6506)

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 240 N/mm2 jew aktar,

b’għoli ta’ 225 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 280 mm,

b’dijametru ta’ 300 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 310 mm,

b’piż ta’ 3,8  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 4,9  kg

0 %

31.12.2028

0.8659

ex 8503 00 99

63

Housing estern iffundat bil-pressjoni ta’ mutur elettriku:

tal-aluminju EN AC-47100,

bi sleeves tal-bearings overmolded tal-azzar inossidabbli martensitiku u għata li jissiġillaw assemblati tal-azzar inossidabbli,

shot-blasted u mmaxinjat,

kompartiment tar-rotor, impermeabbli sa grad ta’ 3 ml kull minuta jew inqas bi pressjoni ta’ 2,75 bars,

b’ebusija ta’ 70 HBW jew aktar (2,5 /62,5 , skont l-ISO 6506)

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 240 N/mm2 jew aktar,

b’għoli ta’ 245 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 360 mm,

b’wisa’ ta’ 360 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 525 mm,

b’tul ta’ 345 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 450 mm,

b’piż ta’ 6,4  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 8,3  kg

0 %

31.12.2028

0.8627

ex 8505 20 00

40

Klaċċ elettromanjetiku:

li jittrażmetti torque mix-xaft tal-mutur lejn il-poleġġa tal-apparat tal-qtugħ,

li fih kojl tal-kamp, rotor, hub u armatura,

b’vultaġġ operattiv ta’ 12 V

kurrent ta’ 3,93  A jew aktar, iżda mhux aktar minn 6,86  A,

reżistenza ta’ 1,84 Ohm jew aktar, iżda mhux aktar minn 3,05 Ohm (bi tħaddim f’20 oC),

torque statiku ta’ 108 Nm jew aktar, iżda mhux aktar minn 305 Nm

għall-użu fil-manifattura ta’ magni għall-qtugħ tal-lawn awtopropulsivi tat-tip Rider (2)

0 %

31.12.2028

0.8660

ex 8507 60 00

26

Moduli għall-assemblaġġ tal-akkumulaturi elettriċi li jużaw it-teknoloġija bil-ferrofosfat tal-litju (LFP):

b’tul ta’ 820 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 882 mm,

b’wisa’ ta’ 390 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 655 mm,

b’għoli ta’ 110 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 137 mm,

b’piż ta’ 60 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 165 kg, u

b’potenza ta’ 11 300 Wh jew aktar, iżda mhux aktar minn 29 360 Wh

1,3  %

31.12.2028

0.8645

ex 8507 60 00

28

Ċellola tal-batterija tal-joni tal-litju rikarikabbli:

b’tul ta’ 190 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 380 mm,

b’wisa’ ta’ 90 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 150 mm,

b’għoli ta’ 4 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 15 mm,

b’piż ta’ 0,1  kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 1,2  kg,

b’vultaġġ nominali ta’ 3,0 VDC jew aktar, iżda mhux aktar minn 4,0 VDC,

b’kapaċità nominali ta’ mhux aktar minn 90 Ah,

għall-użu fil-manifattura ta’ batteriji rikarikabbli tal-vetturi ibridi u elettriċi (2)

1,3  %

31.12.2028

0.8654

ex 8507 60 00

36

Akkumulatur tal-joni tal-litju

b’ċelloli akkumulaturi tal-joni tal-litju konnessi b’mod multiplu,

b’elettronika għall-iċċarġjar u l-monitoraġġ,

b’potenza ta’ 74 Wh jew aktar, iżda mhux aktar minn 75 Wh,

ġo housing tal-plastik b’kuntatti ta’ konnessjoni elettrika u displej LCD,

għall-użu fil-manifattura tal-vacuum cleaners mingħajr fili jew tas-sorsi ta’ enerġija rikarikabbli għalihom (2)

1,3  %

31.12.2028

0.8628

ex 8511 80 00

30

Modulu tal-ignixin:

magħmul bil-plastik u metalli mhux ferrużi,

bil-komponenti elettriċi ffundati fir-reżina tal-epossi,

biex jiġġenera l-enerġija għall-ignixin u biex jikkontrolla elettronikament it-twaqqit tal-ignixin,

għall-konnessjoni bejn l-ispark plug u l-interruttur taċ-ċirkwit,

għall-użu fil-manifattura ta’ magni two-stroke (2)

0 %

31.12.2028

0.8633

ex 8512 20 00

25

Komponent elettriku b’LED integrat, f’housing ASB:

b’vultaġġ ta’ 11 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 15 V,

b’forma ċirkolari,

b’żewġ terminals,

b’dijametru ta’ barra tal-housing ta’ 42,3  mm,

b’vultaġġ tad-dijodu ta’ 42 V jew aktar, iżda mhux aktar minn 48 V, u

b’kurrent ta’ 55 mA jew aktar, iżda mhux aktar minn 65 mA

0 %

31.12.2028

0.8647

ex 8544 30 00

75

Faxx ta’ wajers għall-konnessjoni tas-sistema integrata tal-batterija mas-sistemi ta’ kontroll tal-karozza, li fih:

konnettur tal-input li ma jgħaddix ilma minnu,

erba’ konnetturi tal-output jew aktar,

żewġ klipep tal-plastik jew aktar biex jitwaħħal

għall-użu fil-produzzjoni ta’ batteriji rikarikabbli għall-vetturi ibridi u elettriċi (2)

0 %

31.12.2028


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.”;

(2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1851/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)