European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1839

4.7.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1839

tat-3 ta’ Lulju 2024

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846 billi jħassar s-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. bħala sors tal-addittiv tal-għalf tal-estratt tal-quebracho aħmar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. ġew awtorizzati bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2846 (2) għal 10 snin.

(2)

Madankollu, l-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. ġie inkluż bi żball fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846 minkejja li ma kienx inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846 jiġi kkoreġut kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness kollu ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit.

(4)

Sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq tal-addittiv tal-għalf tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl., li tista’ tirriżulta mill-iżball fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(5)

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ta’ negozju tal-għalf maħluqa bl-awtorizzazzjoni żbaljata tal-addittiv tal-għalf tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl., jenħtieġ li jiġi pprovdut perjodu tranżizzjonali biex ikun possibbli għal dawk l-operaturi jadattaw għall-korrezzjoni introdotta b’dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2846 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2846 tal-20 ta’ Diċembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. Engl. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali”;

(2)

l-Anness huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

L-addittiv tal-għalf tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. u l-premixxeli, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom minnhu, li ġew prodotti u ttikkettati qabel il-5 ta’ Awwissu 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-5 ta’ Lulju 2024 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sal-5 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2846 tal-20 ta’ Diċembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-quebracho aħmar mis-Schinopsis balansae Engl. jew mis-Schinopsis lorentzii (Griseb.) Engl. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L, 2023/2846, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2846/oj).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal- additiv tal-għalf

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b2972-ex

Estratt tal-quebracho aħmar

Kompożizzjoni tal-addittiv

Estratt tal-injam tas-Schinopsis balansae Engl.

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Estratt ta’ tannini kondensati mill-quebracho aħmar

Estratt miksub mill-injam tas-Schinopsis balansae Engl. permezz tal-fwar taħt pressjoni, filtrazzjoni ulterjuri, konċentrazzjoni u tnixxif bl-atomizzazzjoni tas-soluzzjoni kkonċentrata kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1) .

Speċifikazzjonijiet

Tannini kondensati: 70 - 87 %

Numru FEMA: 2972

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tat-tannini kondensati (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf: analiżi gravimetrika indiretta tal-aġenti tal-konzar bl-iffissar tal-komposti assorbenti fi trab tal-ġlud b’konenut baxx ta’ krom — ISO 14088

Dundjani għas-simna

-

-

540

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

It-taħlit tal-estratt tal-quebracho aħmar ma’ addittivi botaniċi oħra huwa permess diment li l-ammonti ta’ tannini kondensati fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost ikunu inqas mill-ammont li jirriżulta mill-użu ta’ addittiv wieħed fil-livell massimu jew rakkomandat għall-ispeċi jew għall-kategorija ta’ annimali.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzazzjonali sabiex jiġu indirizzati r-riskji riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-

fl-10 ta’ Jannar 2034.

Tiġieġ għas-simna u speċijiet minuri ta’ pollam għas-simna

-

-

400

L-ispeċijiet kollha tal-pollam imrobbija għall-bajd u għat-tnissil.

-

-

600

Ħnienes, ħnienes ta’ Suidae minuri u ħnieżer għas-simna ta’ Suidae minuri

-

-

720

Ħnieżer għas-simna

-

-

860

Ħnieżer nisa

-

-

1 050

Għoġġiela tal-vitella (sostitut tal-ħalib)

-

-

1 680

Ruminanti għas-simna ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż

Żwiemel

-

-

1 580

Nagħaġ, mogħoż

-

-

1 580

Baqar tal-ħalib u ruminanti minuri tal-ħalib ħlief in-nagħaġ u l-mogħoż tal-ħalib

-

-

1 030

Fniek

-

-

630

Salmonidi u ħut bil-pinen minuri

-

-

1 810

Ħut ornamentali

-

-

3 000

Klieb

-

-

1 900

Għasafar ornamentali

 

 

317

Qtates

-

-

317

Speċijiet u kategoriji oħrajn ta’ annimali

-

-

317


(1)  Natural sources of flavourings - Rapport Nru 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1839/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)