|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1812 |
27.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1812
tal-21 ta’ Ġunju 2024
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awditur estern ta’ Národná banka Slovenska
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ April 2024 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2024/14) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jridu jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awditur estern attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2023. Għalhekk jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem. |
|
(3) |
Národná banka Slovenska għażlet lil Grant Thornton Audit, s.r.o. bħala l-awditur estern tagħha għas-snin finanzjarji 2024 sa 2027. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Grant Thornton Audit, s.r.o. tinħatar bħala l-awditur estern ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2024 sa 2027, bl-għażla li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 sa 2030. |
|
(5) |
B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“16. Grant Thornton Audit s.r.o. hija b’dan approvata bħala l-awditur estern ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2024 sa 2027.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
V. VAN PETEGHEM
(1) ĠU C, C/2024/3031, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3031/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1812/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)