|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1805 |
25.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1805
tal-24 ta’ Ġunju 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b'appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi, f'kooperazzjoni mal-OSKE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 tipprevedi perjodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Novembru 2022, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2276 (2) estendiet il-perjodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 bi tlettax-il xahar, sat-23 ta' Jannar 2024. |
|
(4) |
Fis-16 ta’ Jannar 2024, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/330 (3) estendiet il-perjodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b'sitt xhur oħra, sal-21 ta' Lulju 2024. |
|
(5) |
L-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) talbet estensjoni tal-perjodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b'sitt xhur addizzjonali, sal-21 ta' Jannar 2025, meta jitqies id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġett skont id-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 minħabba l-impatt tal-gwerra ta' aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
|
(6) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 sal-21 ta' Jannar 2025 tista' titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(7) |
Filwaqt li jitqies dan ta' hawn fuq, it-talba għal estensjoni jenħtieġ li tiġi aċċettata billi d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-21 ta' Jannar 2025.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta' Diċembru 2019 b'appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi, f'kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2276 tat-18 ta' Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b'appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi, f'kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L 300, 21.11.2022, p. 42).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/330 tas-16 ta' Jannar 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/2009 b'appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' armi, munizzjon u splussivi, f'kooperazzjoni mal-OSKE (ĠU L, 2024/330, 17.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/330/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1805/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)