European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1798

26.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1798

tal-25 ta’ Ġunju 2024

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-kontribuzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI.

(4)

Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew taħt FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 (4) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2024 għal EUR 1 200 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI

(6)

Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ”) bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 500 000 000. Dan għandu jitħallas kif ġej:

(a)

għall-Kummissjoni, EUR 400 000 000; u

(b)

għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), EUR 100 000 000.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tieni pagament parzjali għall-2024, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1

(2)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)   ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027 (ĠU L, 2023/2586, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2586/oj).


ANNESS

It-tieni pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2024 (f’EUR)

STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ f’%

It-tieni pagament parzjali tal-2024 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

12 997 080

3 249 270

16 246 350

IL-BULGARIJA

0,21853

874 120

218 530

1 092 650

IĊ-ĊEKJA

0,79745

3 189 800

797 450

3 987 250

ID-DANIMARKA

1,98045

7 921 800

1 980 450

9 902 250

IL-ĠERMANJA

20,57980

82 319 200

20 579 800

102 899 000

L-ESTONJA

0,08635

345 400

86 350

431 750

L-IRLANDA

0,94006

3 760 240

940 060

4 700 300

IL-GREĊJA

1,50735

6 029 400

1 507 350

7 536 750

SPANJA

7,93248

31 729 920

7 932 480

39 662 400

FRANZA

17,81269

71 250 760

17 812 690

89 063 450

IL-KROAZJA

0,22518

900 720

225 180

1 125 900

L-ITALJA

12,53009

50 120 360

12 530 090

62 650 450

ĊIPRU

0,11162

446 480

111 620

558 100

IL-LATVJA

0,11612

464 480

116 120

580 600

IL-LITWANJA

0,18077

723 080

180 770

903 850

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

1 020 360

255 090

1 275 450

L-UNGERIJA

0,61456

2 458 240

614 560

3 072 800

MALTA

0,03801

152 040

38 010

190 050

IN-NETHERLANDS

4,77678

19 107 120

4 776 780

23 883 900

L-AWSTRIJA

2,39757

9 590 280

2 397 570

11 987 850

IL-POLONJA

2,00734

8 029 360

2 007 340

10 036 700

IL-PORTUGALL

1,19679

4 787 160

1 196 790

5 983 950

IR-RUMANIJA

0,71815

2 872 600

718 150

3 590 750

IS-SLOVENJA

0,22452

898 080

224 520

1 122 600

IS-SLOVAKKJA

0,37616

1 504 640

376 160

1 880 800

IL-FINLANDJA

1,50909

6 036 360

1 509 090

7 545 450

L-IŻVEZJA

2,93911

11 756 440

2 939 110

14 695 550

IR-RENJU UNIT (*1)

14,67862

58 714 480

14 678 620

73 393 100

TOTAL EU-27 U R-RENJU UNIT

100,00

400 000 000

100 000 000

500 000 000


(*1)  Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit talab formalment f’Marzu 2023 li l-Kummissjoni tirrimborża s-sehem pendenti tiegħu tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ, billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tiegħu għall-FEŻ. Din it-tpaċija se tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1798/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)