|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1778 |
24.6.2024 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1778
tal-24 ta' Ġunju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Mejju 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/796. |
|
(2) |
Il-miżuri restrittivi mmirati kontra l-attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha huma waħda mill-miżuri inklużi fil-qafas tal-Unjoni għal rispons diplomatiku konġunt għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi (is-Sett ta' Għodod taċ-Ċiberdiplomazija), u huma strument vitali biex attivitajiet bħal dawn jiġu evitati, ikunu ta' deterrent, skoraġġuti u jingħata rispons għalihom. |
|
(3) |
L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi kontra infrastruttura kritika jew servizzi essenzjali, inkluż permezz tal-użu ta' ransomware u wipers, l-immirar tal-ktajjen tal-provvista u l-ispjunaġġ ċibernetiku, inkluż attivitajiet ta' serq tal-proprjetà intellettwali, qed jiżdiedu fl-għadd, fil-frekwenza u fis-sofistikazzjoni. Bl-effetti fixkiela u distruttivi tagħhom, dawn l-attivitajiet huma ta' theddida sistemika għas-sigurtà, l-ekonomija, id-demokrazija, u s-soċjetà tal-Unjoni b'mod ġenerali. |
|
(4) |
L-użu ta' operazzjonijiet ċibernetiċi li ppermettew u akkumpanjaw il-gwerra ta' aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna jaffettwa l-istabbiltà u s-sigurtà dinjija, jirrappreżenta riskju importanti ta' eskalazzjoni, u jżid maż-żieda diġà sinifikanti ta' attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi barra l-kuntest ta' konflitt armat matul dawn l-aħħar snin. Ir-riskji dejjem jikbru taċ-ċibersigurtà u xenarju kumpless ġenerali ta' theddid ċibernetiku, b'riskju ċar ta' tixrid rapidu ta' inċidenti ċibernetiċi minn Stat Membru wieħed għal oħrajn u minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, jappella wkoll għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (UE) 2019/796. |
|
(5) |
Bħala parti mill-azzjoni sostnuta, imfassla u koordinata tal-Unjoni kontra atturi persistenti ta' theddid ċibernetiku, jenħtieġ li sitt persuni fiżiċi jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796. Dawk il-persuni huma responsabbli għal attakki ċibernetiċi jew kienu involuti fihom, b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mat-taqsima “A. Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796:
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“9. |
Ruslan Aleksandrovich PERETYATKO |
Руслан Александрович ПЕРЕТЯТЬКО Data tat-twelid: 3.8.1985 Nazzjonalità: Russa Sess: Raġel |
Ruslan PERETYATKO ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. Ruslan PERETYATKO huwa parti mill-‘grupp Callisto’ tal-uffiċjali tal-intelligence militari Russi li jwettqu operazzjonijiet ċibernetiċi kontra l-Istati Membri tal-UE u stati terzi. Callisto Group (magħruf ukoll bħala ‘Seaborgium’, ‘Star Blizzard’, ‘ColdRiver’, ‘TA446’) nieda kampanji ta' phishing pluriennali użati biex jisirqu l-kredenzjali u d-data tal-kontijiet. Barra minn hekk, il-grupp Callisto huwa responsabbli għal kampanji mmirati lejn individwi u funzjonijiet statali kritiċi inkluż fl-oqsma tad-difiża u r-relazzjonijiet esterni. Għalhekk, Ruslan PERETYATKO huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
24.6.2024 |
|
10. |
Andrey Stanislavovich KORINETS |
Андрей Станиславович КОРИНЕЦ Data tat-twelid: 18.5.1987 Post tat-twelid: City of Syktyvkar, Russia Nazzjonalità: Russa Sess: Raġel |
Andrey Stanislavovich KORINETS ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. Andrey Stanislavovich KORINETS huwa uffiċjal ta' ‘Center 18’ tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB) tal-Federazzjoni Russa. Andrey Stanislavovich KORINETS huwa parti mill-‘grupp Callisto’ tal-uffiċjali tal-intelligence militari Russi li jwettqu operazzjonijiet ċibernetiċi kontra l-Istati Membri tal-UE u stati terzi. Callisto Group (magħruf ukoll bħala ‘Seaborgium’, ‘Star Blizzard’, ‘ColdRiver’, ‘TA446’) nieda kampanji ta' phishing pluriennali użati biex jisirqu l-kredenzjali u d-data tal-kontijiet. Barra minn hekk, il-grupp Callisto huwa responsabbli għal kampanji mmirati lejn individwi u funzjonijiet statali kritiċi inkluż fl-oqsma tad-difiża u r-relazzjonijiet esterni. Għalhekk, Andrey Stanislavovich KORINETS huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
24.6.2024 |
|
11. |
Oleksandr SKLIANKO |
Александр СКЛЯНКО (ortografija Russa) Олександр СКЛЯНКО (ortografija Ukrena) Data tat-twelid: 5.8.1973 Passaport: EC 867868, maħruġ fis-27.11.1998 (Ukraine) Sess: raġel |
Oleksandr SKLIANKO ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra l-Istati Membri tal-UE kif ukoll f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra stati terzi. Oleksandr SKLIANKO huwa parti mill-grupp ta' hackers ‘Armageddon’ appoġġat mis-Servizz Federali tas-Sigurtà(FSB) tal-Federazzjoni Russa li wettaq diversi attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti fuq il-gvern tal-Ukrajna u fuq l-Istati Membri tal-UE u l-uffiċjali tal-gvern tagħhom, inkluż bl-użu ta' emails tal-phishing u kampanji ta' malware. Għalhekk, Oleksandr SKLIANKO huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra stati terzi kif ukoll f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
24.6.2024 |
|
12. |
Mykola CHERNYKH |
Николай ЧЕРНЫХ (ortografija Russa) Микола ЧЕРНИХ (ortografija Ukrena) Data tat-twelid: 12.10.1978 Passaport: EC 922162, maħruġ fl-20.01.1999 (Ukraine) Sess: raġel |
Mykola CHERNYKH ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra l-Istati Membri tal-UE kif ukoll f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti kontra stati terzi. Mykola CHERNYKH huwa parti mill-grupp ta' hackers ‘Armageddon’ appoġġat mis-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB) tal-Federazzjoni Russa li wettaq diversi attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti fuq il-gvern tal-Ukrajna u fuq l-Istati Membri tal-UE u l-uffiċjali tal-gvern tagħhom, inkluż bl-użu ta' emails tal-phishing u kampanji ta' malware. Bħala eks impjegat tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Ukrajna, huwa akkużat fl-Ukrajna bi tradiment u interferenza mhux awtorizzata fit-tħaddim ta' magni elettroniċi tal-kompjuter u sistemi awtomatizzati. Għalhekk, Mykola CHERNYKH huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
24.6.2024 |
|
13. |
Mikhail Mikhailovich TSAREV |
Михаил Михайлович ЦАРЕВ Data tat-twelid: 20.4.1989 Post tat-twelid: Serpukhov, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Indirizz: Serpukhov Sess: raġel |
Mikhail Mikhailovich TSAREV ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri tal-UE. Mikhail Mikhailovich TSAREV, magħruf ukoll mill-monikers online ‘Mango’, ‘Alexander Grachev’, ‘Super Misha’, ‘Ivanov Mixail’, ‘Misha Krutysha’, u ‘Nikita Andreevich Tsarev’ huwa attur ewlieni fit-tnedija tal-programmi tal-malware ‘Conti’ u ‘Trickbot’ u huwa involut fil-grupp ta’ theddida bbażat fir-Russja ‘Wizard Spider’. Il-programmi tal-malware Conti u Trickbot inħolqu u ġew żviluppati minn Wizard Spider. Wizard spider wettaq kampanji ta' ransomware f'varjetà ta' setturi, inkluż servizzi essenzjali bħas-saħħa u s-servizzi bankarji. Il-grupp infetta kompjuters madwar id-dinja u l-malware tiegħu ġie żviluppat f'sett ta' malware modulari ħafna. Il-kampanji minn Wizard Spider, bl-użu ta' malware bħal Conti, ‘Ryuk’ u TrickBot , huma responsabbli għal ħsara ekonomika sostanzjali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, Mikhail Mikhailovich TSAREV huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. |
24.6.2024 |
|
14. |
Maksim Sergeevich GALOCHKIN |
Максим Сергеевич ГАЛОЧКИН Data tat-twelid: 19.5.1982 Post tat-twelid: Abakan, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Maksim Galochkin ħa sehem f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri tal-UE. Maksim Galochkin huwa magħruf ukoll mill-monikers online bħala ‘Benalen’, ‘Bentley’, ‘Volhvb’, ‘volhvb’, ‘manuel’, ‘Max17’ u ‘Crypt’. Galochkin huwa attur ewlieni fit-tnedija tal-programmi tal-malware ‘Conti’ u ‘Trickbot’ u huwa involut fil-grupp ta’ theddida bbażat fir-Russja ‘Wizard Spider’. Huwa mexxa grupp ta' testers, b'responsabbiltajiet għall-iżvilupp, is-superviżjoni, u l-implimentazzjoni ta' testijiet għall-programm tal-malware TrickBot, maħluq u mniedi minn ‘Wizard Spider’. Wizard spider wettaq kampanji ta' ransomware f'varjetà ta' setturi, inkluż servizzi essenzjali bħas-saħħa u s-servizzi bankarji. Il-grupp infetta kompjuters madwar id-dinja u l-malware tagħhom ġie żviluppat f'sett ta' malware modulari ħafna. Il-kampanji minn Wizard Spider, bl-użu ta' malwares bħal Conti, ‘Ryuk’ u TrickBot, huma responsabbli għal ħsara sostanzjali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, Maksim Galochkin huwa involut f'attakki ċibernetiċi b'effett sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha.". |
24.6.2024.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1778/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)