|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1776 |
24.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1776
tal-24 ta’ Ġunju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1428 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1428 tas-17 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2). |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1428, li emenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014u introduċa miżuri restrittivi ulterjuri biex jissospendi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew li huma diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti mezzi tal-media msemmija fl-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1428. Skont l-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-mezzi tal-media hija soġġetta għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kunsill. |
|
(3) |
Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014jenħtieġ li japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2024, fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1428, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2f tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 għandhom japplikaw mill-25 ta’ Ġunju 2024 fir-rigward tal-entitajiet kollha msemmija fl-Anness tar-Regolament (UE) 2024/1428.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L, 2024/1428, 17.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1428/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1776/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)