|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1749 |
25.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1749
tal-24 ta’ Ġunju 2024
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metkonażol bħala kandidat għas-sostituzzjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) flimkien mal-Artikolu 24(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2) inkludiet il-metkonażol bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metkonażol tiskadi fil-15 ta’ Marzu 2025. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu, ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metkonażol lill-Belġju, l-Istat Membru relatur, u lir-Renju Unit, l-Istat Membru korelatur. |
|
(5) |
L-applikant issottometta l-fajls supplimentari lill-Istat Membru relatur, lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ressqu lill-Awtorità u lill-Kummissjoni fis-26 ta’ Frar 2018. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tiegħu, l-Istat Membru relatur ippropona li l-approvazzjoni tal-metkonażol tiġġedded. |
|
(7) |
L-Awtorità għamlet id-dossier tas-sommarju supplimentari disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, l-Awtorità ċċirkolat ukoll l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri biex jagħtu l-kummenti tagħhom u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. |
|
(8) |
Fit-12 ta’ Lulju 2019, l-Awtorità talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant dwar il-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali tal-metkonażol skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(3a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-applikant ressaq informazzjoni biex l-Awtorità tkun tista’ tikkonkludi l-valutazzjoni dwar jekk il-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali stabbiliti fil-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (6), humiex issodisfati. |
|
(9) |
F’April 2022, l-Istat Membru relatur qiegħed abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid għad-dispożizzjoni tal-Awtorità, tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Fl-abbozz aġġornat tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tiegħu, l-Istat Membru relatur ikkunsidra l-informazzjoni addizzjonali dwar il-kriterji biex jiġu identifikati l-proprjetajiet ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali u ppropona t-tiġdid tal-approvazzjoni tal-metkonażol. |
|
(10) |
Fil-11 ta’ Lulju 2023, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (7) li indikat li jista’ jkun mistenni li l-metkonażol tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2023 u fit-30 u l-31 ta’ Jannar 2024 rispettivament. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jibgħat il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport tat-tiġdid. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa u tqiesu. |
|
(13) |
Fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva metkonażol, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. |
|
(14) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva metkonażol hija bbażata fuq għadd limitat ta’ użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metkonażol. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni fuq l-użu bħala fungiċida u regolatur tat-tkabbir tal-pjanti ma tibqax fis-seħħ. |
|
(15) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-metkonażol huwa kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-metkonażol titqies bħala sustanza persistenti u tossika f’konformità mal-punti 3.7.2.1 u 3.7.2.3 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, minħabba li n-nofs ħajja tal-metkonażol hija ogħla minn 40 jum fl-ilma ħelu u ogħla minn 120 jum fis-sediment tal-ilma ħelu, li s-sustanza hija kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (il-kategorija 2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u li l-konċentrazzjoni bla effett osservat fit-tul għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija ta’ inqas minn 0,01 mg/L. Għalhekk il-metkonażol tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(16) |
Għalhekk huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-metkonażol bħala kandidat għas-sostituzzjoni tiġġedded skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(17) |
Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u tal-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju, jeħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. |
|
(18) |
Fid-dawl tat-tħassib potenzjali għal prevalenza dejjem akbar ta’ razez reżistenti għas-sustanzi ażoliċi f’A. fumigatus u filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ prekawzjoni, huwa partikolarment xieraq li l-użu ta’ prodotti li fihom il-metkonażol jiġi ristrett għall-utenti professjonali biss. |
|
(19) |
Barra minn hekk, jixraq li tintalab informazzjoni konfermatorja ulterjuri dwar il-valutazzjoni tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq ir-residwi tas-sustanzi attivi jew il-metaboliti tagħhom fl-ilma estratt għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb. Barra minn hekk, biex tiżdied il-fiduċja f’din id-deċiżjoni, jenħtieġ li tintalab informazzjoni biex jiġu kkonfermati l-valuri ta’ referenza tossikoloġiċi xierqa applikabbli għal ċerti metaboliti u d-definizzjoni tar-residwi għall-valutazzjoni tar-riskju. |
|
(20) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(21) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (9) elenka l-metkonażol bħala kandidat għas-sostituzzjoni. Fid-dawl tat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-metkonażol bħala kandidat għas-sostituzzjoni u ċ-ċaqliq korrispondenti ta’ dik is-sustanza lejn il-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata għall-metkonażol jenħtieġ li titħassar mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408. |
|
(22) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 (10) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tal-metkonażol sal-15 ta’ Marzu 2025 sabiex il-proċess ta’ tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel dik id-data tal-iskadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika qabel dik id-data. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metkonażol, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, hija mġedda, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408
L-entrata għall-metkonażol titħassar mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/408.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta’ Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/74/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/844/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/2018-04-20).
(7) EFSA Journal 2023, doi: 10.2903/j.efsa.2023.8141. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/2023-12-01).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni. (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/408/oj.
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, klodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, fenpirossimat, fosetil, malatijon, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, piridaben, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (qabel T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trineksapak, tritikonażol u żiram (ĠU L 91, 29.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/689/oj).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||
|
metkonażol Nru CAS: 125116-23-6 (sterjokimika mhux iddikjarata) Nru CIPAC: 706 |
(1RS,5RS;1RS,5SR)-5-(4-klorobenżil)–2,2-dimetil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-ilmetil)ċiklopentanol |
≥ 940 g/kg (it-total taċ-ċisisomeri u t-transisomeri), b’livell ta’ ċismetkonażol (CL 354801) ta’ mhux inqas minn 800 g/kg u ta’ mhux aktar minn 950 g/kg L-impuritajiet li ġejjin ma għandhomx jaqbżu l-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:
|
L-1 ta’ Settembru 2024 |
Il-31 ta’ Awwissu 2031 |
L-użu għandu jkun limitat għall-utenti professjonali. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-metkonażol, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni kumplessiva l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil dan li ġej:
Meta jkun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni ta’ konferma dwar:
L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni ta’ konferma msemmija fil-punt 1 sal-15 ta’ Lulju 2026 u fil-punt 2 sal-15 ta’ Lulju 2026 lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità. |
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 134 dwar il-metkonażol; |
|
(2) |
fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(1) Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1749/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)