|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1741 |
20.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1741
tat-13 ta’ Ġunju 2024
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1016 (2) li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/1206 (3) li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Jevgeni OSSINOVSKI sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(5) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Tiit TERIK sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(6) |
Il-Gvern Estonjana ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, lis-Sur Jevgeni OSSINOVSKI, rappreżentant ta’ korp lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Tallinna linnapea (Sindku tal-Belt ta’ Tallinn), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025. |
|
(7) |
Il-Gvern Estonjan ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, lis-Sur Tiit TERIK, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Tallinna Linnavolikogu liige (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Tallinn), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
|
(a) |
bħala membru:
|
u
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DE MOOR
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1016 tal-21 ta’ Ġunju 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 73).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1206 tal-20 ta’ Ġunju 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 159, 22.6.2023, p. 74).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1741/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)