European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1727

21.6.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1727

tal-20 ta’ Ġunju 2024

li jirtira mis-suq ċerti addittivi tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. B’mod partikolari l-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi r-regoli għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tadotta Regolament li jirtira mis-suq l-addittivi tal-għalf li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza prevista f’dik id-dispożizzjoni. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi adottat Regolament dwar l-addittivi tal-għalf li għalihom tressqet applikazzjoni iżda li sussegwentement ġiet irtirata.

(3)

Għalhekk, l-addittivi tal-għalf kif elenkati fl-Anness jenħtieġ li jiġu rtirati mis-suq.

(4)

Fil-każ ta’ addittivi tal-għalf li għalihom tressqu applikazzjonijiet biss għal ċerti speċijiet jew kategoriji ta’ annimali, jew l-applikazzjonijiet ġew irtirati biss għal ċerti speċijiet jew kategoriji ta’ annimali, l-irtirar mis-suq jenħtieġ li jikkonċerna biss l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali li għalihom ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni jew li għalihom l-applikazzjoni ġiet irtirata.

(5)

Jixraq li jiġi permess perjodu ta’ tranżizzjoni li fih il-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, tal-premixxeli, tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li ġew prodotti b’dawk l-addittivi jistgħu jintużaw fir-rigward tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali li għalihom huwa meħtieġ l-irtirar mis-suq, biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-obbligu li jirtiraw dawk il-prodotti mis-suq.

(6)

L-irtirar mis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness ma jżommhomx milli jiġu awtorizzati jew milli jkunu soġġetti għal miżura li tikkonċerna l-istatus tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar mis-suq

L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness, kif awtorizzati skont id-Direttiva 70/524/KEE, għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali msemmija f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sal-11 ta’ Lulju 2025.

2.   Il-premixxeli prodotti bl-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sal-11 ta’ Ottubru 2025.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti bl-addittivi tal-għalf imsemmija fil-paragrafu 1 jew bil-premixxeli msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sal-11 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/2021-03-27.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/2003-03-31.


ANNESS

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1

PARTI 1

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha tal-annimali

Numru ta’ identifikazzjoni

Addittiv

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali — iddefiniti b’mod botaniku

 

Citrus sinensis (L.) Osbeck = Citrus sinensis (L.) Pers. = Citrus aurantium L. var. dulcis: Żejt tal-larinġ ikkonċentrat CAS 8028-48-6 FEMA 2822, minbarra l-forom li ġejjin (1):

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 10,5 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 89-96 % fil-frazzjoni volatili u kontenut ta’ perillaldeid ta’ < 0,3 % fil-frazzjoni volatili [2b143-f];

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 20,9 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 79-89 % fil-frazzjoni volatili u kontenut ta’ perillaldeid ta’ < 0,6 % fil-frazzjoni volatili [2b143-f-i];

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 18 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 85-95 % fil-frazzjoni volatili u n-nuqqas ta’ perillaldeid fil-frazzjoni volatili [2b143-f-ii].

L-ispeċijiet kollha

 

Echinacea angustifolia DC.: Tintura tal-ekinaċja tal-weraq dojoq

L-ispeċijiet kollha

 

Hypericum perforatum L.: tintura tal-fexfiex CoE 234

L-ispeċijiet kollha

 

Linum usitatissimum L.: tintura taż-żerriegħa tal-kittien CoE 263

L-ispeċijiet kollha

 

Thymus mastichina L.: Żejt tal-merqtux Spanjol CAS 8016-33-9 EINECS 284-294-8

L-ispeċijiet kollha

PARTI 2

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għal ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali

Numru ta’ identifikazzjoni

Addittiv

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Preżervattivi

E 270

Aċidu lattiku

Ruminanti b’kirxa mhux funzjonali

E 295

Formjat tal-ammonju

Tiġieġ tal-bajd, majjali, ruminanti tal-ħalib, annimali tad-dar u annimali li ma jipproduċux ikel

E 327

Lattat tal-kalċju

Ruminanti b’kirxa mhux funzjonali

Sustanzi kuluranti, inkluż il-pigmenti

Sustanzi kuluranti oħra

E 127

Eritrożina

[grupp funzjonali 2 a (i)]

Ħut u rettili ornamentali

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali – iddefiniti b’mod botaniku

 

Anethum graveolens L.: Żejt essenzjali tal-ħxejjex aromatiċi tax-xibt CAS 8006-75-5 FEMA 2383 CoE 42 EINECS 289-790-8

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-klieb u l-qtates

 

Angelica sinensis (Oliv.) Diels: Tintura tad-dong quai

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel, il-klieb u l-qtates

 

Boswellia serrata Roxb. ex Colebr.: estratt tal-libien

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel u l-klieb

 

Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle: żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus aurantium L.: Żejt essenzjali tal-larinġ tal-bakkaljaw CAS 8014-17-3 EINECS 283-881-6 FEMA 2855 CoE 136

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra t-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnienes, il-majjali li qed ireddgħu, l-għoġġiela, il-baqar tal-ħalib, l-ifrat tas-simna, in-nagħaġ/il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, is-salmonidi, il-klieb, il-qtates u l-ħut ornamentali

 

Citrus x aurantium L.: Estratt tal-larinġ tal-bakkaljaw

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus limon (L.) Osbeck: żejt essenzjali espress tal-lumi

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus limon (L.) Osbeck: Frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi espress iddistillat

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus reticulata Blanco.: żejt essenzjali espress tal-mandolin

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus sinensis (L.) Osbeck = Citrus sinensis (L.) Pers. = Citrus aurantium L. var. dulcis: żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus sinensis (L.) Osbeck = Citrus sinensis (L.) Pers. = Citrus aurantium L. var. dulcis: żejt essenzjali espress tal-larinġ

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Citrus sinensis (L.) Osbeck = Citrus sinensis (L.) Pers. = Citrus aurantium L. var. dulcis: żejt tal-larinġ ikkonċentrat CAS 8028-48-6 FEMA 2822, fil-forom li ġejjin li ġew awtorizzati għal ċerti speċijiet ta’ annimali (2):

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 10,5 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 89-96 % fil-frazzjoni volatili u kontenut ta’ perillaldeid ta’ < 0,3 % fil-frazzjoni volatili;

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 20,9 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 79-89 % fil-frazzjoni volatili u kontenut ta’ perillaldeid ta’ < 0,6 % fil-frazzjoni volatili;

ikkaratterizzat minn frazzjoni mhux volatili ta’ 18 %, kontenut ta’ d-Limonen ta’ 85-95 % fil-frazzjoni volatili u n-nuqqas ta’ perillaldeid fil-frazzjoni volatili.

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

Klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

Żwiemel, fniek, klieb, qtates, ħut ornamentali u għasafar ornamentali

 

Curcuma longa L.: Tintura taż-żagħfran tal-Indja

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel u l-klieb

 

Eleutherococcus senticosus (Rupr. et Maxim.) Maxim.: Tintura tal-għeruq tat-taiga

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel, il-klieb u l-qtates

 

Ferula assa-foetida L.: Żejt tal-asafoetida CAS 9000-04-8 FEMA 2108 CoE 196

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-klieb u l-qtates

 

Litsea cubeba (Lour.) Pers.: żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea CAS 68855-99-2 EINECS 290-018-7 FEMA 3846 CoE 491

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra t-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnienes, il-majjali li qed ireddgħu, l-għoġġiela, il-baqar tal-ħalib, l-ifrat tas-simna, in-nagħaġ/il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, is-salmonidi, il-klieb, il-qtates u l-ħut ornamentali

 

Panax ginseng C. A. Mey.: tintura tal-ġinseng CoE 318

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel, il-klieb u l-qtates

 

Piper nigrum L.: estratt superkritiku tal-bżar iswed

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra l-klieb u l-qtates

 

Schisandra chinensis (Turcz.) Baill: Tintura tal-bakka tal-ħames togħmiet

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel, il-klieb, il-qtates, il-pollam u l-għasafar tal-kaċċa

 

Zingiber officinale Roscoe: oleoreżina tal-ġinġer CoE 489

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra t-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-ħnienes, il-ħnieżer tas-simna, il-majjali, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tal-vitella (sostituti tal-ħalib), l-ifrat tas-simna, in-nagħaġ u l-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar

 

Zingiber officinale Roscoe: Tintura tal-ġinġer

L-ispeċijiet kollha tal-annimali minbarra ż-żwiemel u l-klieb

Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru CAS 106-24-1 / Ġeranjol / Nru Flavis 02.012

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 104-54-1 / Alkoħol taċ-ċinnamil /Nru Flavis 02.017

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 4602-84-0 / 3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol/Nru Flavis 02.029

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 122-97-4 / 3-Fenilpropan-1-ol / Nru tal-Flavis 02.031

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 106-25-2 / (Z)-Nerol /Nru Flavis 02.058

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 5392-40-5 / Ċitral / Nru Flavis 05.020

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 93-53-8 / 2-Fenilpropanal / Nru Flavis 05.038

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-95-7 / 3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonaldeid / Nru Flavis 05.045

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 101-39-3 / Alfa-Metilċinnamaldeid / Nru Flavis 05.050

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 104-53-0 / 3-Fenilpropanal / Nru Flavis 05.080

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 621-82-9 / Aċidu ċinnamiku / Nru Flavis 08.022

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 105-87-3 / Aċetat tal-ġeranil / Nru Flavis 09.011

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-54-8 / Aċetat taċ-ċinnamil /Nru Flavis 09.018

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 106-29-6 / Butirat tal-ġeranil / Nru Flavis 09.048

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-61-7 / Butirat taċ-ċinnamil /Nru Flavis 09.053

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 105-86-2 / Format tal-ġeranil / Nru Flavis 09.076

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 105-90-8 / Propjonat tal-ġeranil / Nru Flavis 09.128

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 105-91-9 / Propjonat tan-neril / Nru Flavis 09.169

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 2142-94-1 / Format tan-neril /Nru Flavis 09.212

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 141-12-8 / Aċetat tan-neril /Nru Flavis 09.213

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 2345-24-6 / Isobutirat tan-neril / Nru Flavis 09.424

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-58-2 / Isobutirat ta’ 3-Fenilpropil / Nru Flavis 09.428

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 2345-26-8 / Isobutirat tal-ġeranil / Nru Flavis 09.431

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 140-27-2 / Isovalerat taċ-ċinnamil /Nru Flavis 09.459

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-59-3 / Isobutirat taċ-ċinnamil /Nru Flavis 09.470

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 1191-16-9 / Aċetat tal-prenil / Nru Flavis 09.692

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-36-6 / Ċinnamat tal-etil / Nru Flavis 09.730

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 103-26-4 / Ċinnamat tal-metil / Nru Flavis 09.740

Annimali tal-baħar

 

Nru CAS 7779-65-9 / Ċinnamat tal-isopentil /Nru Flavis 09.742

Annimali tal-baħar

Sustanzi artifiċjali

E 954(iii)

Sakkarina tas-sodju

Ħnienes


(1)  Ġew awtorizzati tliet forom ta’ żejt tal-larinġ ikkonċentrat [2b143-f, 2b143-f-i u 2b143-f-ii] bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1421 tat-22 ta’ Awwissu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali espress tal-larinġ, taż-żejt essenzjali ddistillat tal-larinġ, u taż-żjut tal-larinġ ikkonċentrati, mis-Citrus sinensis (L.) Osbeck bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (ĠU L 218, 23.8.2022, p. 27), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1421/oj.

(2)  Ġew awtorizzati tliet forom ta’ żejt tal-larinġ ikkonċentrat [2b143-f, 2b143-f-i u 2b143-f-ii] bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1421.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1727/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)