|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1721 |
20.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1721
tad-19 ta’ Ġunju 2024
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għall-approvazzjoni tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità, tas-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, tar-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment, tal-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol u tas-sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/2144, il-vetturi bil-mutur għandhom ikunu mgħammra bis-sistemi intelliġenti ta’ assistenza tal-veloċità, sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol u sistemi avvanzati ta’ twissija tad-distrazzjoni tas-sewwieq. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi identifikata l-informazzjoni rilevanti għall-approvazzjoni ta’ kull waħda minn dawk is-sistemi. |
|
(2) |
Huwa neċessarju li jiġi żgurat approċċ konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni speċifika rilevanti għall-approvazzjoni ta’ kull waħda mis-sistemi li għandha tiġi inkluża fid-dokument ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, imsemmi fl-Artikolu 28(1) tiegħu. |
|
(3) |
Barra minn hekk, huma meħtieġa mudelli armonizzati tad-dokumenti tal-approvazzjoni biex jiġu żgurati ċ-ċarezza, il-prevedibbiltà u l-konsistenza tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-manifatturi kif ukoll għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni. |
|
(4) |
Għalhekk, il-mudelli għad-dokumenti tal-approvazzjoni għas-sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, ir-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment, il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol u s-sistemi avvanzati ta’ twissija tad-distrazzjoni tas-sewwieq jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità
1. Il-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness I għandu jintuża għad-dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati.
2. Il-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness I għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità. Il-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness I għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità bħala unitajiet tekniċi separati.
Artikolu 2
Mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq
1. Il-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness II għandu jintuża għad-dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq.
2. Il-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness II għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq.
Artikolu 3
Mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tar-reġistraturi tad- data f’każ ta’ avveniment
1. Il-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness III għandu jintuża għad-dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistraturi tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment bħala unitajiet tekniċi separati.
2. Il-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness III għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistraturi tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment. Il-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness III għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tar-reġistraturi tad-data f’każ ta’ avveniment bħala unitajiet tekniċi separati.
Artikolu 4
Mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol
1. Il-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness IV għandu jintuża għad-dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-faċilitazzjoni tagħhom għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol.
2. Il-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-faċilitazzjoni tagħhom għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol.
Artikolu 5
Mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq
1. Il-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness V għandu jintuża għad-dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq.
2. Il-mudell stabbilit fil-Parti II tal-Anness V għandu jintuża għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2144/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).
ANNESS I
PARTI I
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ VETTURI BIL-MUTUR FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAGĦHOM TA’ ASSISTENZA INTELLIĠENTI TAL-VELOĊITÀ
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA).
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull dijagramma jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (1): |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI
|
1.1. |
Ritratti u/jew dijagrammi ta’ vettura/komponent/unità teknika separata rappreżentattiv(a) (1): |
|
4.8. |
Speedometer u odometru
Speedometer |
|
4.8.1. |
Metodu tat-tħaddim u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tat-trażmissjoni: |
|
4.8.2. |
Kostanti tal-istrument: |
|
4.8.3. |
Tolleranza tal-mekkaniżmu tal-kejl skont il-paragrafu 2.2.3 tar-Regolament tan-NU Nru 39 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (2): |
|
4.8.4. |
Proporzjon ta’ trażmissjoni globali skont il-paragrafu 2.2.2 tar-Regolament tan-NU Nru 39 jew data ekwivalenti: |
|
4.8.5. |
Dijagramma tal-iskala tal-ispeedometer jew forom oħra ta’ display:
Odometru |
|
4.8.6. |
Il-kostanti tekniku tal-odometru skont il-paragrafu 2.2.4 tar-Regolament tan-NU Nru 39: |
|
4.8.7. |
L-għadd ta’ numerali: |
|
4.9. |
Takografu: iva/le(1) |
|
4.9.1. |
Marka tal-approvazzjoni: |
|
4.10. |
Lokk tad-differenxjal: iva/le/fakultattiv(1) |
|
6.6. |
Tajers u roti |
|
6.6.2. |
Limiti ta’ fuq u ta’ isfel tar-raġġi tad-dawrien |
|
6.6.2.1. |
Fus 1: … mm |
|
6.6.2.2. |
Fus 2: … mm |
|
6.6.2.3. |
Fus 3: …mm |
|
6.6.2.4. |
Fus 4: …mm |
|
6.6.3. |
Pressjoni(jiet) tat-tajer(s) kif irrakkomandata/irrakkomandati mill-manifattur tal-vettura: … kPa |
|
9.5. |
Windskrin u twieqi oħra |
|
9.5.1. |
Windskrin |
|
9.5.1.1. |
Materjali użati: |
|
9.5.1.2. |
Metodu tal-immuntar: |
|
9.5.1.3. |
Angolu tal-inklinazzjoni: |
|
9.5.1.4. |
Numru/i ta’ ċertifikat(i) tal-approvazzjoni tat-tip: |
|
9.5.1.5. |
Aċċessorji tal-windskrin u l-pożizzjoni li fiha jitwaħħlu flimkien b’deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe komponent elettriku/elettroniku involut: |
12. MIXXELLANJI
|
12.6. |
Regolatur(i) tal-veloċità |
|
12.6.1. |
Manifattur(i): |
|
12.6.2. |
Tip(i): |
|
12.6.3. |
Numru/i ta’ ċertifikat(i) tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: |
|
12.6.4. |
Veloċità jew firxa ta’ veloċitajiet li fiha/fihom tista’ tiġi stabbilita r-regolazzjoni tal-veloċità: …… km/h |
|
12.6.5. |
Sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA) |
|
12.6.5.2. |
Funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF): |
|
12.6.5.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-interfaċċa SLIF: |
|
12.6.5.2.2. |
Metodoloġija u teknoloġija tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit: |
|
12.6.5.3. |
Funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità (SLWF): |
|
12.6.5.3.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ feedback tal-SLWF: |
|
12.6.5.3.2. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tal-SLWF, jekk applikabbli: |
|
12.6.5.4. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità (SCF): |
|
12.6.5.5. |
Numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tal-ISA bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: |
|
12.6.6. |
Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika fir-rigward tas-sistema tal-ISA: |
PARTI II
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (3) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA) f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (3):
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Tagħrif addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni tas-sistema 1.2. Funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF): 1.2.1. Deskrizzjoni dettaljata tal-interfaċċa SLIF: 1.2.2. Metodoloġija u teknoloġija tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit: 1.3. Funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità (SLWF): 1.3.1 Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ feedback tal-SLWF: 1.3.2. Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tal-SLWF, jekk applikabbli: 1.4. Deskrizzjoni dettaljata tal-funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità (SCF): 1.5. Numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema tal-ISA bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: |
PARTI III
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (UNITÀ TEKNIKA SEPARATA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (5) tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA) f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 (6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (5) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ unità teknika separata: 1.1. Funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF): 1.1.1. Deskrizzjoni dettaljata tal-interfaċċa SLIF: 1.1.2. Metodoloġija u teknoloġija tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit: 2. Unità teknika separata: semiuniversali/speċifika għall-vettura (1) 3. Lista ta’ tipi speċifiċi ta’ vetturi li għalihom ġiet approvata l-unità teknika separata (jekk applikabbli): 4. Rekwiżiti ta’ installazzjoni: 5. Rimarki: 6. Marka tal-approvazzjoni tat-tip u fejn tinsab: |
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Ir-Regolament tan-NU Nru 39 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tat-tagħmir tal-ispeedometer u l-odometru inkluża l-installazzjoni tiegħu (ĠU L 302, 28.11.2018, p. 106, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1857/oj).
(3) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 409, 17.11.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1958/oj).
(5) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 409, 17.11.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1958/oj).
ANNESS II
PARTI I
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ VETTURI BIL-MUTUR FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAGĦHOM TA’ TWISSIJA TAL-ĦEDLA U TAL-ATTENZJONI TAS-SEWWIEQ
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW).
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull dijagramma jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, imsemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (1): |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
|
12.11. |
Sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW) |
|
12.11.2. |
Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tad-DDAW: |
|
12.11.2.1. |
Metodoloġija tas-sistema tad-DDAW għall-valutazzjoni tal-ħedla tas-sewwieq: |
|
12.11.3. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tas-sistema tad-DDAW: |
|
12.11.3.1. |
Ir-referenza tal-kodiċi tal-protokoll tat-test ittestjat mis-Servizz Tekniku, li għalih is-sistema tad-DDAW għandha tagħti twissija meta titwettaq: |
|
12.11.4. |
Deskrizzjoni dettaljata tas-similaritajiet tekniċi jew tal-adattament meħtieġ biex jippermetti s-sistema tad-DDAW: |
|
12.11.5. |
Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika fir-rigward tas-sistema tal-DDAW: |
PARTI II
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (2) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tagħha ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW) f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 (3) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar(1) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma: |
Addendum
taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru …
1.
Tagħrif addizzjonali
1.1.
Deskrizzjoni tas-sistema:
3.
Rimarki:
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 tat-23 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1341/oj).
ANNESS III
PARTI I
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tad-data tagħhom f’każ ta’ avveniment
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-reġistratur tad-data tagħha f’każ ta’ avveniment (EDR).
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull dijagramma jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, imsemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (1): |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI
|
1.1. |
Ritratti u/jew dijagrammi ta’ vettura/komponent/unità teknika separata rappreżentattiv(a) (1): |
|
12.16. |
Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR) |
|
12.16.2. |
Dijagramma/dijagrammi jew ritratti li juru l-post u l-metodu tat-twaħħil tal-EDR fil-vettura: |
|
12.16.3. |
Deskrizzjoni tal-parametru tal-iskattar: |
|
12.16.4. |
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe parametru rilevanti ieħor (kapaċità tal-ħżin, reżistenza għal deċellerazzjoni għolja u stress mekkaniku ta’ impatt serju, eċċ.): |
|
12.16.5. |
L-elementi tad-data u l-format tad-data maħżuna fl-EDR:
|
|
12.16.6. |
Struzzjonijiet għall-irkupru tad-data mill-EDR: |
|
12.16.6.1. |
Deskrizzjoni tal-metodu għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(3), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (2): manwali/awtomatizzat(1) |
|
12.16.7. |
Konformità mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU Nru 160 (3)/tar-Regolament tan-NU Nru 169 (4):(1) |
|
12.16.7.1. |
Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 160/tar-Regolament tan-NU Nru 169(1) : |
|
12.16.8. |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-EDR approvat bħala unità teknika separata, jekk applikabbli (għandha timtela jekk ma tinkisibx l-approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 160/ir-Regolament tan-NU Nru 169(1) u jekk ma jissemmix fil-punt 12.16.7.1): |
|
12.16.9. |
Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika fir-rigward tal-EDR: |
PARTI II
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (5) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tar-reġistratur tad-data tagħha f’każ ta’ avveniment (EDR) f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (5) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Tagħrif addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni tas-sistema 1.2. Deskrizzjoni tal-metodu għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(3), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/545: 2. In-numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 160/tar-Regolament tan-NU Nru 169 (1): 3. Rimarki |
PARTI III
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (UNITÀ TEKNIKA SEPARATA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (7) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR) bħala unità teknika separata, f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (7) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Tagħrif addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni tas-sistema 1.2. Deskrizzjoni tal-metodu għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(3), il-punt (b), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545: 2. In-numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 160/tar-Regolament tan-NU Nru 169 (1): 3. Rimarki |
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-data f’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/545/oj).
(3) Ir-Regolament tan-NU Nru 160 – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw is-serje ta’ emendi 01 tal-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tar-Reġistratur tad-Data f’Każ ta’ Event [2021/1215] (ĠU L 265, 26.7.2021, p. 3, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1215/oj).
(4) Ir-Regolament tan-NU Nru 169 — Dispożizzjonijiet Uniformi li Jikkonċernaw l-Approvazzjoni tar-Reġistraturi tad-Data f’Każ ta’ Avveniment (EDR) għal Vetturi Heavy-Duty [2024/1218] (ĠU L, 2024/1218, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1218/oj).
(5) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(6) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-dataf’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/545/oj).
(7) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(8) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Jannar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi tal-ittestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tar-reġistratur tagħhom tad-dataf’każ ta’ avveniment u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati, u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/545/oj).
ANNESS IV
PARTI I
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ VETTURI BIL-MUTUR FIR-RIGWARD TAL-FAĊILITAZZJONI GĦALL-INSTALLAZZJONI TAT-TAGĦMIR LI JIDENTIFIKA L-UŻU TAL-ALKOĦOL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vettura fir-rigward tal-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull dijagramma jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (1): |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
|
12.2.4. |
Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol (AIF) |
|
12.2.4.1. |
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 (2): |
|
12.2.4.2. |
Dokument tal-installazzjoni fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol |
|
12.2.4.2.1. |
Id-dokument tal-installazzjoni jkopri l-għażla/għażliet 3a/3b/3c (1) fl-Anness C tal-Istandard Ewropew EN 50436-7:2016 |
PARTI II
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (3) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (3) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Tagħrif addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni tal-faċilitazzjoni tal-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol: 1.2. Dikjarazzjoni tal-manifattur: 1.3. Dokument tal-installazzjoni: 1.4. Id-dokument tal-installazzjoni jkopri l-għażla/għażliet 3a/3b/3c (1) fl-Anness C tal-Istandard Ewropew EN 50436-7:2016 3. Rimarki: |
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1243/oj).
(3) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1243/oj).
ANNESS V
PARTI I
Dokument ta’ informazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistema tagħhom ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW).
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull dijagramma jew stampa għandha tiġi pprovduta fi skala xierqa u f’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fuq folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (1): |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem tal-kumpanija u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
|
12.12. |
Sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW) |
|
12.12.2. |
Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tad-ADDW: |
|
12.12.3. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-mezz tekniku għall-evitar tad-distrazzjoni, jekk applikabbli: |
|
12.12.4. |
Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika fir-rigward tas-sistema tal-ADDW: |
PARTI II
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE (SISTEMA TAL-VETTURA)
Il-Komunikazzjoni dwar l-għoti/l-estensjoni/ir-rifjut/l-irtirar (2) tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW) f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2590 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/…
Numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:
Raġuni għall-estensjoni/għar-rifjut/għall-irtirar (2) :
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
|
0.2. |
Tip: |
|
0.2.1. |
Isem/Ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-markatura: |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura: |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: |
|
0.9. |
Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): |
TAQSIMA II
|
1. |
Tagħrif addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum. |
|
2. |
Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet: |
|
3. |
Data tar-rapport tat-test: |
|
4. |
Numru tar-rapport tat-test: |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum. |
|
6. |
Post: |
|
7. |
Data: |
|
8. |
Firma:
Addendum taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE numru … 1. Tagħrif addizzjonali 1.1. Deskrizzjoni tas-sistema: 3. Rimarki: |
(1) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(2) Ħassar jekk mhux applikabbli.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2590 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ ċerti vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq u li jemenda dak ir-Regolament (ĠU L 2023/2590, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2590/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1721/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)