|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1720 |
21.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1720
tal-20 ta’ Ġunju 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1148 fir-rigward tal-kompilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/792 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP), tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b’rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT), tal-indiċi tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien, u tal-indiċi tal-prezzijiet tad-djar. |
|
(2) |
It-tibdil sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni tal-HICP u tal-HICP-CT jista’ jirriżulta f’bidla permanenti u sinifikanti, ’il fuq jew ’l isfel, fil-livell tal-indiċi. Dan imbagħad jirriżulta f’rati ta’ bidla annwali distorti għal sena wara li ssir il-bidla. Sabiex jiġu żgurati rati ta’ bidla imparzjali, jista’ jkun meħtieġ li jiġi aġġustat il-livell tal-indiċi. Aġġustament bħal dan jenħtieġ li jiġi derivat mill-prezzijiet osservati. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-indiċijiet armonizzati jkunu komparabbli, huma meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-użu tal-aġġustamenti fil-kompilazzjoni tal-HICP u tal-HICP-CT fil-każ ta’ bidliet sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni. |
|
(4) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1148 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (34) u (35) li ġejjin:
|
|
(2) |
Fil-Kapitolu 2, jiddaħħal l-Artikolu 22 li ġej: “Artikolu 22 Applikazzjoni tal-aġġustamenti għal ċaqliq fil-livell 1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw aġġustament għal ċaqliq fil-livell jekk biss l-introduzzjoni ta’ bidla sinifikanti fil-metodu tal-produzzjoni, kif definita fl-Artikolu 2(21) tar-Regolament (UE) 2016/792, tirriżulta f’bidla permanenti u sinifikanti, ’il fuq jew ’l isfel, fil-livell tal-indiċi marbut katina. 2. L-aġġustament għal ċaqliq fil-livell għandu jiġi applikat fl-aktar livell dettaljat li fih jistgħu jintrabtu l-indiċijiet ikkalkulati bil-metodi tal-produzzjoni attwali u l-ġodda. 3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-subindiċijiet li għalihom jiġu applikati l-aġġustamenti għal ċaqliq fil-livell u dwar il-valur tal-aġġustamenti fil-mument tal-ewwel trażmissjoni tad-data li għaliha jsiru l-aġġustamenti.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 135, 24.5.2016, p. 11, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2016/792/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1720/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)