|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1706 |
18.6.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1706
tal-11 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 272/2012 fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji l jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 (2) jispeċifika t-tip ta’ tariffi, il-kalkolu, u l-modalitajiet tal-ħlas fir-rigward tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(2) |
Fl-2018, kemm ir-rieżami tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni kif ukoll l-awditu tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (3) kkonkludew li s-sistema ta’ finanzjament tat-tariffi tal-ESMA hija kumplessa bla bżonn. Biex jiġi simplifikat il-ġbir tat-tariffi u jitnaqqsu r-riskji b’rabta mal-kalkolu skorrett jew l-allokazzjoni ineffiċjenti tat-tariffi, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ aspetti tekniċi fl-atti delegati differenti kollha dwar it-tariffi imposti mill-ESMA lil entitajiet sorveljati direttament. |
|
(3) |
Biex tiġi koperta bis-sħiħ in-nefqa tal-ESMA relatata mas-superviżjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jenħtieġ li t-tariffi għas-superviżjoni annwali jiġu determinati fuq il-bażi tal-istima annwali tal-kostijiet diretti kollha meħtieġa għall-kompiti superviżorji mwettqa mill-ESMA u ta’ tqassim raġonevoli tal-kostijiet ġenerali fissi u varjabbli tal-ESMA. |
|
(4) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza fost l-atti delegati dwar it-tariffi li jitħallsu lill-ESMA, u biex l-ESMA tkun tista’ tarmi fi żmien debitu d-data tal-fatturat awditjat għall-istima tat-tariffi dovuti mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lill-ESMA, jenħtieġ li s-sena ta’ referenza tal-kontijiet awditjati għad-determinazzjoni tal-fatturat applikabbli tkun ta’ sentejn qabel is-sena li għaliha l-ESMA timponi tariffi fuq l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(5) |
L-ESMA jenħtieġ li tkun tista’ tistabbilixxi l-baġit annwali tagħha fil-ħin, abbażi ta’ data ċċertifikata dwar il-fatturat. Biex jiffaċilitaw il-kalkolu tat-tariffi mill-ESMA, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jenħtieġ li jissottomettu kontijiet awditjati bi tqassim tas-servizzi ewlenin u anċillari. Jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza sa meta l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu lill-ESMA l-kontijiet awditjati tagħhom. |
|
(6) |
Il-fatturat applikabbli tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġi kkalkulat f’euro. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi speċifikat mekkaniżmu għall-konverżjoni f’euro ta’ dħul iġġenerat f’muniti oħra. |
|
(7) |
Biex tiżgura l-konsistenza fost l-atti delegati dwar it-tariffi li għandhom jitħallsu lill-ESMA, jenħtieġ li l-ESMA tikkalkula l-penali f’każ ta’ ħlas tard f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-imgħax ta’ inadempjenza stabbiliti fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(8) |
F’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (5), jenħtieġ li t-tariffi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġu stabbiliti f’livell li jiżgura li tkun koperta l-ispiża sħiħa tas-servizzi pprovduti mill-ESMA u li jiġi evitat defiċit, iżda fl-istess ħin jevita l-akkumulazzjoni ta’ surplus sinifikanti. Meta riżultat baġitarju pożittiv jew negattiv sinifikanti jsir rikorrenti, il-livell tat-tariffi jenħtieġ li jiġi rivedut. |
|
(9) |
Biex tiġi simplifikata aktar il-ġestjoni tat-tariffi, u jiġi żgurat li l-ESMA jkollha l-fondi meħtieġa biex twettaq l-attivitajiet superviżorji ppjanati tagħha, jenħtieġ li t-tariffi għas-superviżjoni annwali jitħallsu fi ħlas parzjali wieħed matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kalendarja li għaliha jkunu dovuti tali tariffi. Jenħtieġ li t-tariffi annwali għas-superviżjoni ma jiġux rimborżati. |
|
(10) |
It-tariffa għar-reġistrazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kostijiet imġarrba mill-ESMA biex teżamina jekk l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu applikanti tirtira l-applikazzjoni tagħha, l-ESMA tkun diġà ġarrbet kostijiet u għalhekk jenħtieġ li ma tkun taħt l-ebda obbligu li tirrifondi tariffi relatati ma’ dawn. |
|
(11) |
Biex tevita tariffa eċċessiva għas-superviżjoni fis-sena tar-reġistrazzjoni tagħha, jenħtieġ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata tħallas tariffa għas-superviżjoni inizjali li l-ammont tagħha jenħtieġ li jkun proporzjonali għall-perjodu ta’ żmien f’dik l-ewwel sena li matulha tkun ġiet irreġistrata l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(12) |
Il-kost amministrattiv marbut mat-tariffa superviżorja tal-ewwel sena għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata f’Diċembru, mhuwiex proporzjonat ma’ dik it-tariffa. Għalhekk, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun irreġistrata f’Diċembru jenħtieġ li jiġi eżentat mir-rekwiżit li jħallas tariffa superviżorja annwali għas-sena li fiha tkun ġiet irreġistrata dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. |
|
(13) |
Sabiex jiġi ssimplifikat il-ħlas tat-tariffi taċ-ċertifikazzjoni, 50 % tat-tariffa jenħtieġ li tiġi rimborżata f’każ li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirtira l-applikazzjoni tagħha qabel ma l-ESMA tkun innotifikat il-kompletezza tal-applikazzjoni. Jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirtira l-applikazzjoni tagħha wara li l-ESMA tkun innotifikat lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-applikazzjoni hija kompluta, it-tariffa taċ-ċertifikazzjoni ma jenħtieġx li tiġi rimborżata. L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikati jenħtieġ li ma jħallsux tariffa superviżorja annwali skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 272/2012 fis-sena fejn tidħol fis-seħħ iċ-ċertifikazzjoni. |
|
(14) |
Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali għall-proċess ta’ ġbir ta’ tariffi li għaddej jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Jannar 2025. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 272/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament Delegat (UE) Nru 272/2012
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 272/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 2 Irkupru tal-kostijiet kollha ta’ superviżjoni It-tariffi mitluba lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikopru:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “L-Artikolu 3 Fatturat applikabbli 1. Għall-finijiet ta’ kalkolu tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 5, l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 11(1) u (2), il-fatturat applikabbli għal sena finanzjarja partikolari (n) għandu jkun id-dħul ta’ aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kif ippubblikat fil-kontijiet awditjati tagħha tas-sena n-2 iġġenerat mill-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u servizzi anċillari. 2. Meta l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx operat matul is-sena sħiħa (n-2), id-dħul applikabbli għandu jiġi stmat bl-estrapolazzjoni ta’ dak l-ammont għas-sena finanzjarja sħiħa. 3. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipprovdu lill-ESMA fuq bażi annwali b’kontijiet awditjati kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk il-kontijiet għandhom jiddistingwu bejn dħul iġġenerat minn attivitajiet ta’ klassifikazzjoni u servizzi anċillari u għandhom jiġu sottomessi lill-ESMA b’mezzi elettroniċi sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena (n–1). 4. Meta d-dħul imsemmi fil-paragrafu 1 ikun irrappurtat f’munita oħra li ma tkunx l-euro, l-ESMA għandha tikkonverti dak id-dħul f’euro billi tuża r-rata tal-kambju medja tal-euro applikabbli għall-perjodu li matulu ġie rreġistrat dak id-dħul. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tuża r-rata ta’ referenza tal-kambju tal-euro ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.” |
|
(3) |
fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kwalunkwe pagament tard għandu jġarrab l-imgħax ta’ inadempjenza stabbilit fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).”;" |
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej: “7. L-ESMA ma għandhiex tirrimborża tariffa għar-reġistrazzjoni mħallsa meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirtira l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni qabel ma l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni motivata li tirreġistra jew tirrifjuta r-reġistrazzjoni. 8. B’deroga mill-Artikolu 5, aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata li hija meħtieġa tħallas tariffa superviżorja annwali skont l-Artikolu 5(1) għandha tħallas fis-sena tar-reġistrazzjoni tagħha tariffa superviżorja inizjali li tiġi kkalkulata kif ġej: tariffa tal-ewwel sena tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata = tariffa tar-reġistrazzjoni * koeffiċjent Koeffiċjent =
L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom iħallsu t-tariffa superviżorja tal-ewwel sena wara li jkunu ġew notifikati mill-ESMA li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet ta’ suċċess u fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tan-nota ta’ debitu tal-ESMA. Madankollu, meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irreġistrat matul ix-xahar ta’ Diċembru, dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tkun meħtieġa tħallas tariffa annwali għas-superviżjoni għas-sena li fiha tkun ġiet irreġistrata.” |
|
(6) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. It-tariffa superviżorja annwali għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikata għandha tkun dovuta sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena relatata magħha. L-ESMA għandha tibgħat fattura li tispeċifika l-ammont tat-tariffa annwali għas-superviżjoni lil aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-inqas 30 jum kalendarju qabel id-data tal-ħlas.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “3. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirtira l-applikazzjoni tagħha għaċ-ċertifikazzjoni qabel ma l-ESMA tkun innotifikat lil dik l-aġenzija, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, li l-applikazzjoni hija kompluta, l-ESMA għandha tirrimborża nofs it-tariffa taċ-ċertifikazzjoni. Fejn l-applikazzjoni tiġi rtirata wara dik id-data, iżda qabel ma l-ESMA tkun adottat id-deċiżjoni raġunata ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ ċaħda taċ-ċertifikazzjoni, l-ESMA ma għandhiex tirrimborża t-tariffa ta’ ċertifikazzjoni. 4. B’deroga mill-Artikolu 7, aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikata li hija meħtieġa tħallas tariffa superviżorja annwali skont l-Artikolu 7(1) għandha tkun eżentata mill-ħlas tat-tariffa superviżorja fis-sena li matulha tidħol fis-seħħ iċ-ċertifikazzjoni tagħha. It-tariffa superviżorja annwali għandha ssir pagabbli mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikata fis-sena ta’ wara ċ-ċertifikazzjoni tagħha mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 7.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1060/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas-7 ta’ Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/272/oj).
(3) Il-Qorti tal-Awdituri, Rapport annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2018 (ĠU C 417, 11.12.2019, p. 29 u p. 85 ff1).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/715/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1706/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)