|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1676 |
12.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1676
tal-24 ta’ Mejju 2024
li tagħti lis-Sa Thérèse BLANCHET awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-informazzjoni kklassifikata sa u inkluż il-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (1), u b’mod partikolari l-paragrafu 18, il-punt (a), tal-Anness I tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/262 tas-6 ta’ Frar 2017 li tiddetermina, għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-awtorità tal-ħatra u l-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/811/UE (2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1951 tat-13 ta’ Ottubru 2022 li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2027 (3),
Billi:
|
(1) |
L-awtorità kompetenti Franċiża għas-sigurtà nazzjonali tat assigurazzjoni pożittiva fis-27 ta’ Marzu 2024 fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni kklassifikata sa u inkluż il-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET mis-Sa Thérèse BLANCHET. |
|
(2) |
Huwa neċessarju, minħabba l-inkarigu tagħha u l-ħtiġijiet tas-servizz, li s-Sa Thérèse BLANCHET tiġi awtorizzata li jkollha aċċess għall-informazzjoni kklassifikata sa u inkluż il-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET miżmuma mill-Kunsill u l-Kunsill Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sa Thérèse BLANCHET b’dan qed tingħata awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-informazzjoni kklassifikata sa u inkluż il-livell TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET miżmuma mill-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għall-finijiet tal-inkarigu tagħha.
2. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida għall-perjodu tal-inkarigu li għalih qed tingħata dik l-awtorizzazzjoni u għandha tintemm fi tmiem dak l-inkarigu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lis-Sa Thérèse BLANCHET.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BROUNS
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1676/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)