|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1671 |
6.6.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1671
tas-6 ta’ Ġunju 2024
li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-volumi ta’ importazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2024/1392
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1392 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-miżuri temporanji ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(7),
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar is-Salvagwardji u r-Regoli Komuni għall-esportazzjonijiet f’konformità mal-proċedura konsultattiva fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
Billi:
|
(1) |
Wara l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-24 ta’ Frar 2022, sabiex tappoġġa l-ekonomija tal-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea, bir-Regolament (UE) 2022/870 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) introduċiet miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni” (4)). Dawn il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ġew imġedda bir-Regolament (UE) 2023/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament 2024/1392. B’mod partikolari, l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2024/1392 (ir-“Regolament”) jipprevedi, fost l-oħrajn, is-sospensjoni tal-kwoti tariffarji kollha stabbiliti skont l-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Jipprevedi wkoll li l-prodotti koperti minn dawk il-kwoti għandhom jiġu ammessi għall-importazzjoni fl-Unjoni mill-Ukrajna mingħajr ebda dazju doganali. |
|
(2) |
L-appoġġ tal-UE lill-Ukrajna ġie kkonfermat permezz tal-estensjoni tal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ għal sena oħra. Fl-istess ħin, hemm sitwazzjoni partikolarment prekarja fis-swieq tal-Unjoni tal-pollam, tal-bajd, taz-zokkor, tal-ħafur, tal-qamħirrum, tal-groats u tal-għasel (“il-prodotti”) li tista’ tagħmel ħsara lill-produtturi agrikoli tal-Unjoni, li kieku l-importazzjonijiet mill-Ukrajna kellhom jiżdiedu. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Artikolu 4(7) tar-Regolament introduċa salvagwardja awtomatika li tikkonċerna dawn il-prodotti, li tipprevedi l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kwota tariffarja sospiża bl-Artikolu 1(1), il-punt (b), tar-Regolament jekk jinqabżu ċerti volumi ta’ importazzjonijiet. |
|
(4) |
Sabiex jiġu mmonitorjati dawk il-volumi ta’ importazzjonijiet, l-Artikolu 4(7) tar-Regolament ta s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa. |
|
(5) |
Sabiex ikun hemm monitoraġġ xieraq u f’waqtu, faċilment aċċessibbli u trasparenti tal-volumi ta’ importazzjonijiet għall-operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel l-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti soġġetti għall-formalità doganali stabbilita fl-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (6). B’mod partikolari, id-dikjarazzjoni tan-numru tal-ordni tkun obbligatorja. |
|
(6) |
Għall-finijiet ta’ trasparenza, l-Anness ta’ dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi l-medji aritmetiċi rilevanti tal-volumi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ġie adottat f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-formalità doganali stabbilita fl-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 2
Il-medja aritmetika rilevanti tal-volumi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament huma elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-5 ta’ Ġunju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1392, 29.5.2024.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(3) Ir-Regolament (UE) 2022/870 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li tissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 103).
(4) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(5) Ir-Regolament (UE) 2023/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 144, 5.6.2023, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
|
Deskrizzjoni |
Numru tal-Ordni |
Il-kodiċi tal-oġġetti |
Kwoti tariffarji stabbiliti skont l-Anness I-A tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni f’tunnellati |
Il-medja aritmetika tal-volumi tal-importazzjonijiet irreġistrati fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2021, fl-2022 u fl-2023 f’tunnellati |
5/12 tal-medja aritmetika tal-volumi tal-importazzjonijiet irreġistrati fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2021, fl-2022 u fl-2023 f’tunnellati |
|
Pollam |
09.6740 |
0207 11 30 0207 11 90 0207 12 0207 13 10 0207 13 20 0207 13 30 0207 13 50 0207 13 60 0207 13 70 0207 13 99 0207 14 10 0207 14 20 0207 14 30 0207 14 50 0207 14 60 0207 14 70 0207 14 99 0207 24 0207 25 0207 26 10 0207 26 20 0207 26 30 0207 26 50 0207 26 60 0207 26 70 0207 26 80 0207 26 99 0207 27 10 0207 27 20 0207 27 30 0207 27 50 0207 27 60 0207 27 70 0207 27 80 0207 27 99 0207 41 30 0207 41 80 0207 42 0207 44 10 0207 44 21 0207 44 31 0207 44 41 0207 44 51 0207 44 61 0207 44 71 0207 44 81 0207 44 99 0207 45 10 0207 45 21 0207 45 31 0207 45 41 0207 45 51 0207 45 61 0207 45 81 0207 45 99 0207 51 10 0207 51 90 0207 52 90 0207 54 10 0207 54 21 0207 54 31 0207 54 41 0207 54 51 0207 54 61 0207 54 71 0207 54 81 0207 54 99 0207 55 10 0207 55 21 0207 55 31 0207 55 41 0207 55 51 0207 55 61 0207 55 81 0207 55 99 0207 60 05 0207 60 10 ex 0207 60 21 0207602110 0207 60 31 0207 60 41 0207 60 51 0207 60 61 0207 60 81 0207 60 99 0210 99 39 1602 31 1602 32 1602 39 21 |
2 TRQs: 70 000 +20 000 |
137 042,80 |
57 101,17 |
|
Bajd u albumini |
09.6741 |
0407 21 00 0407 29 10 0407 90 10 0408 11 80 0408 19 81 0408 19 89 0408 91 80 0408 99 80 3502 11 90 3502 19 90 3502 20 91 3502 20 99 |
2 TRQs: 3 000 tunnellata f’ekwivalenti ta’ bajd fil-qoxra u 3 000 tunnellata f’piż nett |
23 188,96 |
9 662,07 |
|
Zokkor |
09.6742 |
1701 12 1701 91 1701 99 1702 20 10 1702 90 30 1702 90 50 1702 90 71 1702 90 75 1702 90 79 1702 90 80 1702 90 95 |
20 070 |
262 652,68 |
109 438,62 |
|
Għasel |
096743 |
0409 |
6 000 |
44 417,56 |
18 507,32 |
|
Qamħirrum |
09.6744 |
1005 90 1102 20 10 1102 20 90 1103 13 10 1103 13 90 1103 20 40 1104 23 40 1104 23 98 |
650 000 |
11 155 449,04 |
4 648 103,77 |
|
Ħafur |
09.6745 |
1004 |
4 000 |
2 440,56 |
1 016,90 |
|
Ħbub imfesqdin, pellets, ħbub eċċ. |
09.6746 |
ex 1103 19 20 1103192010 1103 19 90 1103 20 90 1104 19 10 1104 19 50 1104 19 61 1104 19 69 1104 29 04 1104 29 05 1104 29 08 ex 1104 29 17 1104291790 ex 1104 29 30 1104293090 1104 29 51 1104 29 59 1104 29 81 1104 29 89 1104 30 |
7 800 |
20 648,24 |
8 603,43 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1671/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)