European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1629

4.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 76/2024

tal-15 ta’ Marzu 2024

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1629]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2904 tal-25 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21anb (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

‘—

32023 R 2904: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2904 tal-25 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L, 2023/2904, 29.12.2023).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2904 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2023/2904, 29.12.2023.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1629/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)