|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1628 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 79/2024
tal-15 ta' Marzu 2024
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2024/1628]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/2010 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward il-lista ta’ sustanzi attivi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2014 tal-1 ta’ Ġunju 2015, ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 ma japplikax għal-Liechtenstein. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 24d (ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
|
“”- |
32021 R 2010: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2010 tas-17 ta’ Novembru 2021 (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 4). |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2021/2010 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 410, 18.11.2021, p. 4.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1628/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)