European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1603

31.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1603

tal-31 ta’ Mejju 2024

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni kienet ser tqis rispons xieraq ulterjuri għall-azzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ir-“RDPK”) li jdgħajfu r-reġim globali tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri restrittivi awtonomi addizzjonali.

(3)

Fit-22 ta’ Diċembru 2017, fir-Riżoluzzjoni 2397 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) afferma mill-ġdid li r-RDPK ma għandhiex twettaq aktar illanċjar bl-użu tat-teknoloġija tal-missili ballistiċi, testijiet nukleari, jew kwalunkwe provokazzjoni oħra; għandha immedjatament tissospendi l-attivitajiet kollha marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi tagħha u f’dan il-kuntest tistabbilixxi mill-ġdid l-impenji eżistenti minn qabel għal moratorju fuq l-illanċjar kollu tal-missili; għandha immedjatament tabbanduna l-armi nukleari kollha u l-programmi nukleari eżistenti kollha b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u immedjatament twaqqaf l-attivitajiet kollha relatati; u għandha tabbanduna kwalunkwe arma eżistenti oħra ta’ qerda massiva u programmi ta’ missili ballistiċi b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli.

(4)

Fid-19 ta’ Diċembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bil-qawwa l-illanċjar , fit-18 ta’ Diċembru 2023, mir-RDPK ta’ missila ballistika interkontinentali għall-ħames darba fl-2023, wara l-illanċjar ta’ missila ballistika ta’ medda qasira fil-jum ta’ qabel, li kiser b’mod sfaċċat l-UNSCRs. Dik id-dikjarazzjoni ssottolinjat li r-RDPK trid tikkonforma minnufih mal-obbligi tagħha skont il-UNSCRs billi tabbanduna l-armi nukleari kollha tagħha, armi oħra ta’ qerda massiva, programmi ta’ missili ballistiċi u programmi nukleari eżistenti, b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli, u twaqqaf l-attivitajiet kollha marbuta. Tenniet li r-RDPK ma jista’ u qatt mhu ser ikollha l-istatus ta’ stat li għandu armi nukleari skont it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP). Ir-Rappreżentant Għoli ħeġġeġ lir-RDPK u lir-Russja jżommu lura minn kwalunkwe skambju ta’ tagħmir militari, teknoloġija tal-missili jew munizzjon u jirrispettaw l-UNSCRs suċċessivi li jipprojbixxu b’mod ċar kwalunkwe esportazzjoni jew importazzjoni tal-armi li jinvolvu r-RDPK u kkundanna kwalunkwe appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna pprovdut mir-RDPK, filwaqt li tenna tħassib serju dwar rapporti ta’ trasferimenti tal-armi tar-RDPK lejn ir-Russja.

(5)

Mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-15 ta’ Mejju 2024, ir-RDPK nediet mill-inqas 12-il missila ballistika, u kull wieħed minn dawk l-illanċjar jerġa’ jikkostitwixxi ksur ċar tal-UNSCRs.

(6)

Id-dikjarazzjonijiet mill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli fil-15 ta’ Jannar 2024 u fit-2 ta’ April 2024 ikkundannaw l-illanċjar ta’ missili ballistiċi tar-RDPK u tennew l-appelli lir-RDPK biex twaqqaf l-azzjonijiet illegali kollha li jheddu l-paċi u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali, filwaqt li ħeġġew lir-RDPK tinvolvi ruħha fi djalogu mal-partijiet rilevanti u tikkonforma mal-obbligi tagħha, skont l-UNSCR, li tabbanduna l-armi nukleari u l-missili ballistiċi tagħha b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli.

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-appoġġ militari li qed jibqa’ jingħata mir-RDPK, il-Belarussja u l-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.

(8)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Marzu 2024, il-Kunsill Ewropew appella biex jitħejjew aktar sanzjonijiet kontra r-RDPK, il-Belarussja u l-Iran..

(9)

Fid-dawl tal-attivitajiet kontinwi relatati mal-missili ballistiċi mwettqa mir-RDPK, bi ksur tal-UNSCRs rilevanti u b’nuqqas ta’ rispett sfaċċat għalihom, kif ukoll l-appoġġ militari mogħti mir-RDPK lill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li sitt individwi u tliet entitajiet jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Annessi II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


ANNESS

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, taħt is-subintestatura “A. Persuni”, jinżdiedu l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“37.

SONG Rim

송림

Naya Liu

Data tat-twelid: 25.2.1991

Ċttadinanza: DPRK

Sess: raġl

31.5.2024

Il-Bord ta’ Esperti tan-NU jirrapporta li Song Rim huwa ħddiem għl ‘Biryugang Overseas Technology Cooperation Company’ (‘Kap tad-Dipartiment tal-Iżvilupp tal-IT’) li hija marbuta direttament ma’ ‘Hapjanggang Trading Corporation’, li hija subordinata għll-Ministeru għll-Industrija tar-Rokits tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Song Rim, ħddiem tal-IT tar-RDPK, ġe identifikat f’vidjo apparentement promozzjonali għl applikazzjoni tal-hacking bil-vishing bil-vuċ, kif enfasizzat mill-Bord ta’ Esperti fir-rapport ta’ nofs it-terminu tiegħ tal-2022. L-individwu huwa għlhekk involut direttament fl-għti ta’ appoġg għll-programmi illeċti tar-RDPK.

38.

KIM Chol Sok

Sok Kha; Lee Un-Kang; Chang Sok-kha; Kang Hyok; Li Yun-chiang; Steven Lee

Data tat-twelid: 1.1.1970

Ċttadinanza: DPRK

Sess: raġl

Passaport: D0004492 (passaport diplomatiku tal-Kambodja, attwalment invalidu)

31.5.2024

Il-Bord ta’ Esperti tan-NU jirrapporta li uffiċal tal-intelligence tar-Reconnaissance General Bureau tar-RDPK, bl-isem ta’ Kim Chol Sok, opera lukandi, każinojiet, ristoranti u bars fil-Kambodja minn nofs l-2020 u ħdem biex jespandi l-attivitajiet kummerċali tiegħu fit-turiżmu kif ukoll f’setturi kummerċali oħa, bħll-estrazzjoni ta’ metalli prezzjużi. Permezz tal-attività illeċta tiegħ fil-Kambodja, qed jiġgenera munita barranija filwaqt li jaħem għr-Reconnaissance General Bureau. Ir-Reconnaissance General Bureau ilu taħ sanzjonijiet tan-NU minn UNSCR 2270 (2016) tat-2 ta’ Marzu 2016. Kim Chol Sok huwa involut direttament fil-ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU u fl-għti ta’ fondi għll-programmi illeċti tar-RDPK.

39.

RIM Yong Hyok

Abu Rim

Data tat-twelid: 4.3.1972

Post tat-twelid: DPRK

Ċttadinanza: DPRK

Sess: raġl

Viċ Rappreżentant għl Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja

31.5.2024

Rim Yong Hyok huwa l-Viċ Rappreżentant fis-Sirja għl Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) sanzjonata min-NU, li hija n-negozjant primarju tal-armi u l-esportatur ewlieni ta’ oġgetti u tagħir relatati ma’ missili ballistiċ u armi konvenzjonali mir-RDPK. Skont ir-Rapport tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Korea Mining and Development Trading Company (KOMID) u ċċlloli delegati sussidjarji tagħha, l-intrapriżi tal-istat tar-RDPK kienu magħufa li jaqdu rwol ewlieni fil-bejgħtal-armi tar-RDPK f’konflitti globali. Rim Yong Hyok ilu jippromwovi u jforni armi u munizzjon magħmulin mir-RDPK fis-Sirja, inkluż lil ċttadini Russi, li wassal għad-deżinjazzjoni tiegħ taħ sanzjonijiet tal-Istati Uniti. Huwa involut direttament fil-programmi illeċti tar-RDPK.”

(b)

taħ l-intestatura “I. Persuni u entitajiet responsabbli għll-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċ, jew ma’ armi oħajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġxxu f’isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom”, taħ is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġjja:

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Raġnijiet

“7.

Hapjanggang Trading Corporation

합장강무역회사

 

 

31.5.2024

Il-Bord ta’ Esperti tan-NU jirrapporta li ‘Hapjanggang Trading Corporation’ hija subordinata għll-Ministeru għll-Industrija tar-Rokits tar-RDPK. Il-Ministeru għll-Industrija tar-Rokits huwa aġnzija tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet, li huwa responsabbli għall-iżvilupp tat-teknoloġja nukleari u tal-missili. Bħla tali, l-entità hija direttament involuta fil-programmi illeċti tar-RDPK.”

(c)

taħ l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment ta’ assi jew riżorsi li jistgħ jikkontribwixxu għll-armi nukleari tar-RDPK relatati, mal-missili ballistiċ, relatati jew armi oħa tal-qerda tal-massa programmi relatati”, taħ is-subintestatura “A. Persuni”, tiżdied l-entrata li ġjja:

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġnijiet

“7.

KIM Kyong Nam

김경남

 

Data tat-twelid: 11.7.1976

Ċttadinanza: DPRK

Sess: raġl

Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank of the Democratic People’s Republic of Korea f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa

31.5.2024

Il-Bord ta’ Esperti tan-NU rċieva informazzjoni minn diversi Stati Membri tan-NU dwar li Kim Kyong Nam huwa rappreżentant tal-Foreign Trade Bank (FTB), il-bank primarju tal-kambju tar-RDPK. L-FTB ġe sanzjonat mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont UNSCR 1718 (2006) fis-26 ta’ Lulju 2022. Fil-pożizzjoni tiegħ, Kim Kyong Nam huwa direttament involut fl-għti ta’ appoġg għll-programmi illeċti tar-RDPK.”

(d)

taħ l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment ta’ assi jew riżorsi li jistgħ jikkontribwixxu għll-armi nukleari tar-RDPK relatati, mal-missili ballistiċ jew armi oħa tal-qerda tal-massa programmi relatati”, taħ is-subintestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġjja:

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Raġnijiet

“1.

Korea Namgang Trading Corporation (NTC)

조선남강무역회사

Korea Namgang Trading Company

Pyongyang, RDPK

31.5.2024

‘Korea Namgang Trading Corporation’ hija responsabbli għll-espatrijazzjoni ta’ ħaddiema mir-RDPK inkluż l-espatrijazzjoni biex jiġ ġgenerat dħl għll-gvern tar-RDPK jew għll-Partit tal-Ħddiema tal-Korea.. Namgang Trading Corporation hija involuta fiċċklu loġstiku tal-espatrijazzjoni tal-ħaddiema u tittratta l-viżi, il-passaporti u t-tluq tal-persunal tar-RDPK għal impjieg barra mill-pajjiż. Il-persunal tiegħ mbagħd jibgħt il-fondi lura lejn ir-RDPK, li xi wħd minnhom jintbagħu direttament lura lejn il-gvern tar-RDPK. L-espatrijazzjoni kontinwa mir-RDPK ta’ ċttadini tar-RDPK bħla ħddiema illeċti hija parti minn sforz li għddej biex jiddgħjfu u jiġ evitati UNSCR 2375 (2017) u UNSCR 2397(2017).”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġj:

(a)

taħ l-intestatura “A. Persuni fiżiċ”, jiżdiedu l-entrati li ġjjin:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġnijiet

“32.

AN Se-Ho

안세호

Data tat-twelid: 15.6.1976

Passaport: 572110043

Ċttadinanza: DPRK

Sess: raġl

Intermedjarju għll-proġtt ta’ kostruzzjoni ta’ fabbrika tal-munizzjon fil-Mali

31.5.2024

An Se-Ho huwa diplomatiku tar-RDPK li qabel kien l-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK f’Conakry (il-Guinea). L-ambaxxata għlqet f’Diċmbru 2023. Huwa kien il-koordinatur ewlieni għll-kostruzzjoni ta’ fabbrika tal-munizzjon fil-Mali. Fl-2022, iltaqa’ mal-Ministru tal-Mali għll-Amministrazzjoni Territorjali u d-Deċntralizzazzjoni Abdoulaye Maïga. F’Novembru 2022, iltaqa’ wkoll ma’ uffiċali għlja tal-ġnta Maljana biex jiddiskutu l-kostruzzjoni tal-fabbrika f’Dialakorobougou, qrib Bamako.

33.

Oleg Nikolaevich KOZHEMYAKO

Олег Николаевич КОЖЕМЯКО

Data tat-twelid: 17.3.1962

Post tat-twelid:

Chernigovka, (bir-Russu: Черниговка), Russian Federation Passaport: 572110043

Ċttadinanza: Russa

Sess: raġl

Gvernatur, Primorsky Krai, Russian Federation

31.5.2024

Fil-kapaċtà tiegħ bħla gvernatur tar-reġun ta’ Primorsky Krai tal-Federazzjoni Russa, Oleg Nikolaevich Kozhemyako qeda rwol strumentali fiż-żjara uffiċali ta’ Kim Jong Un ta’ Settembru 2023 fil--Federazzjoni Russa. Matul dik iż-żjara, is-Sur Kozhemyako ppreżenta armi u uniformijiet lil Kim Jong Un bħla rigali biex jeħodhom lura lir-RDPK, bi ksur tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Tali materjal imbagħad jintuża mill-forzi armati tar-RDPK u jitfassal mill-ġid u jikkostitwixxi trasferiment indirett ta’ teknoloġja lejn ir-RDPK. Għalhekk, huwa qed jassisti fl-evażjoni tas-sanzjonijiet tan-NU.”

(b)

taħ l-intestatura “B. Entitajiet”, tiżdied l-entrata li ġjja:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Raġnijiet

“10.

Eastern Stevedoring Company (magħufa wkoll bħla Vostochnaya Stevedoring Company LLC)

OOO ‘Восточная Стивидорная Компания’

Indirizz: 14a, UL. Vnutriportovaya. Vrangel-1 692941 Nakhodka, Russian Federation

31.5.2024

Eastern Stevedoring Company, magħufa wkoll bħla Vostochnaya Stevedoring Company, topera t-terminals fil-port ewlieni tal-kontejners tal-Lvant Imbiegħd Russu fil-Port ta’ Vostochny. Huwa permezz ta’ dan il-port fil-FederazzjoniRussa li eluf ta’ kontejners ta’ armi u munizzjon tar-RDPK ġw trasferiti lill-forzi armati Russi qabel ma ġw ittrasportati qrib l-ewwel linja fl-Ukrajna. Bħla operatur tal-Port ta’ Vostochny, Eastern Stevedoring Company kienet involuta fi trasferimenti ta’ armi mir-RDPK lejn il-Federazzjoni-Russa, bi ksur ta’ UNSCR 1718 (2006) u UNSCR 1874 (2009).”


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1603/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)