European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1601

31.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1601

tat-30 ta’ Mejju 2024

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Eġittu, tal-Każakistan, tal-Kenja, tal-Pakistan, ta’ São Tomé u Príncipe, u ta’ Sierra Leone. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Armenja, fil-Kongo (Brazzaville), fl-Iraq, fil-Kirgistan, fil-Libja, fil-Mali, fin-Nepal, u fis-Suriname.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, partikolarment permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti. L-Eurocontrol ipprovda wkoll informazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni sħiħa ppjanata fuq il-pjattaforma l-ġdida tal-Eurocontrol “iNM” u l-implimentazzjoni ta’ Elenki ġodda tas-Sikurezza tal-Ajru tal-KE.

Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ma’ standards tas-sikurezza rilevanti.

Trasportaturi tal-ajru mill-Eġittu

(12)

Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(13)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fis-17 ta’ April 2024 il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Eġizzjana (“ECAA”) kellhom laqgħa teknika.

(14)

Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti tal-ECAA ġew infurmati dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tad-dokumenti li kienu ġew ipprovduti preċedentement lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. Intbagħtu dettalji dwar it-tħassib imqajjem mir-rieżami tal-informazzjoni sottomessa, partikolarment fir-rigward tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ Programm tas-Sikurezza tal-Istat/Pjan Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, in-nuqqas ta’ numri verifikabbli f’termini ta’ spetturi tal-Operazzjonijiet ta’ Titjir attivi biex jissorveljaw is-16-il detentur taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru Eġizzjan (“AOC”), u l-kwistjonijiet li l-ECAA qed tiffaċċja biex tippromwovi kultura robusta tas-sikurezza fost it-trasportaturi tal-ajru taħt is-sorveljanza tas-sikurezza tagħha. F’dan il-kuntest, ġie nnutat ukoll li ma kien hemm l-ebda rekord ta’ taħriġ disponibbli biex tiġi vverifikata l-valuta tat-taħriġ tal-ispetturi.

(15)

In-nuqqasijiet addizzjonali identifikati fir-rieżami jikkonċernaw in-nuqqas ta’ gwida, kemm fil-livell tat-trasportaturi tal-ajru kif ukoll fl-ECAA, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ Programm ta’ Analiżi tad-Data tat-Titjiriet.

(16)

L-ECAA infurmat lill-parteċipanti fil-laqgħa dwar l-istat attwali tal-industrija tal-avjazzjoni Eġizzjana, u l-miżuri għat-titjib tas-sikurezza ppromulgati u ppjanati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fis-sorveljanza tas-sikurezza u fl-organizzazzjoni. Ġie nnutat li l-ECAA għandha l-appoġġ sħiħ tal-gvern Eġizzjan biex issegwi dawn l-inizjattivi għat-titjib tas-sikurezza.

(17)

Fir-rigward speċifiku tal-kapaċità tal-persunal u l-kapaċitajiet tal-ECAA biex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-sikurezza tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Eġittu, l-ECAA enfasizzat l-isforzi li qed isiru biex jiġu reklutati u miżmuma esperti u persunal kwalifikati permezz ta’ sistema ġdida ta’ ppremjar finanzjarju.

(18)

Minn perspettiva organizzattiva u regolatorja, l-ECAA indikat li qed isir rieżami komprensiv tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju tagħha, filwaqt li nħolqu Direttorati ġodda għas-Sikurezza, il-Konformità, il-Valutazzjoni tar-Riskju, il-Ġestjoni tal-Bidla, u l-Ġbir u l-Ipproċessar tad-Data dwar is-Sikurezza. B’mod komplementari għal dan, l-ECAA enfasizzat l-inizjattiva tagħha li tintroduċi sorveljanza bbażata fuq ir-riskju.

(19)

Filwaqt li ġie rikonoxxut li l-ECAA bħalissa hija involuta fi proċess komprensiv ta’ ristrutturar, madankollu jidher li l-enfasi attwali tal-ECAA hija prinċipalment fuq l-indirizzar ta’ nuqqasijiet viżibbli u ovvji mingħajr analiżi robusta biżżejjed tal-kawżi ewlenin. Huma meħtieġa aktar sforzi fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru Eġizzjani u kultura mtejba tas-sikurezza, kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa ta’ azzjonijiet korrettivi u preventivi.

(20)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-ECAA biex ittejjeb il-livell ta’ sorveljanza tas-sikurezza fl-Eġittu. Madankollu, il-Kummissjoni indikat li biħsiebha żżomm il-proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ. Il-kuntatti regolari u r-rapporti ta’ progress huma antiċipati bħala parti minn din l-attività ta’ monitoraġġ kontinwu, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tekniċi futuri. Il-Kummissjoni se tikkoordina mill-qrib mal-Aġenzija filwaqt li tqis l-għadd sinifikanti ta’ trasportaturi tal-ajru Eġizzjani li għandhom awtorizzazzjoni ta’ TCO.

(21)

Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll il-ħtieġa għall-appoġġ kontinwu tal-gvern, kif ukoll l-importanza li tiġi żgurata l-istabbiltà tat-tmexxija fi ħdan l-awtorità bħala pedament għal CAA li tiffunzjona tajjeb.

(22)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu.

(23)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Eġittu mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(24)

Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan

(25)

F’Diċembru 2016, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 (6), bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana, li kienet diġà tneħħiet mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fl-2015, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7).

(26)

Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Novembru 2023, l-esperti mill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Każakistan bejn il-5 u d-9 ta’ Frar 2024 għand il-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”) u għand l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni ta’ Kazakhstan Joint Stock Company (“AAK”), li kienet tinkludi l-kampjunar ta’ tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, jiġifieri Berkut, Fly Jet.KZ, u Prime Aviation.

(27)

Iż-żjara ta’ valutazzjoni ffukat l-attivitajiet tagħha fuq l-AAK, fid-dawl tar-rwol u r-responsabbiltà tagħha għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan. Miż-żjara ta’ valutazzjoni, jidher b’mod ċar li l-AAK għamlet titjib importanti fl-aġġornament tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar l-avjazzjoni, inkluża l-liġi primarja dwar l-avjazzjoni u l-emendi sussegwenti tagħha, u fl-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tagħha. Dawn il-bidliet leġiżlattivi ffukaw fuq it-titjib tal-użu tal-ispazju tal-ajru, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord, it-titjib fil-proċeduri kontra l-formazzjoni tas-silġ u ta’ tneħħija tas-silġ u l-introduzzjoni tal-obbligu ta’ rapportar mandatorju u volontarju tal-okkorrenzi. L-iżviluppi ewlenin li jirfdu dawn l-elementi tekniċi kienu l-għoti ta’ setgħat awtorevoli addizzjonali lid-Direttur Ġenerali tal-AAK u lill-ispetturi tagħha, kif ukoll il-modernizzazzjoni tal-istruttura finanzjarja tal-AAK.

(28)

L-azzjonijiet tal-AAK biex tindirizza l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Liċenzjar tal-Persunal li jirriżultaw miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ta’ Ottubru 2021 wasslu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi effettivi. Madankollu, ġew identifikati oqsma li jeħtieġu titjib addizzjonali, partikolarment fir-rigward tas-sistema ta’ eżami teoretiku għall-bdoti u s-superviżjoni tal-eżaminaturi tat-titjiriet.

(29)

Fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru (“OPS”), l-AAK ipprovdiet evidenza verifikabbli tal-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati. Madankollu, l-oqsma li jeħtieġu aktar enfasi jinkludu l-monitoraġġ tal-konformità matul il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u l-għoti ta’ approvazzjonijiet speċjali. Konsegwentement, jenħtieġ li l-AAK tintensifika l-isforzi tagħha u tħaffef it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-ispetturi tagħha. Barra minn hekk, huwa essenzjali li tingħata prijorità lit-titjib tas-sistemi interni tagħha ta’ kwalità u konformità biex l-attivitajiet tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tat-Titjir jiġu allinjati mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(30)

Ġie ddeterminat progress sostanzjali fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà, bid-determinazzjoni li attwalment qed tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-sikurezza. Aktar titjib fir-rigward tar-rekords ta’ sorveljanza se jikkontribwixxi għal rekord aktar dettaljat u trasparenti tal-ispezzjonijiet imwettqa.

(31)

Il-valutazzjoni mwettqa għand Fly Jet.kz iddeterminat li l-kumpanija tal-ajru żżomm Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza operazzjonali (“SMS”) u Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità (“QMS”), appoġġati minn dokumentazzjoni dettaljata, li tirrifletti impenn ċar lejn l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, huma meħtieġa sforzi biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar is-sejbiet tal-awditjar mhux solvuti fi ħdan il-QMS u dwar in-nuqqas ta’ skedi ta’ żmien ċari għar-riżoluzzjoni. Huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati minnufih biex jissaħħu aktar il-protokolli tas-sikurezza u l-effettività ġenerali tal-linja tal-ajru.

(32)

Il-livelli adegwati ta’ persunal u l-forniment ta’ riżorsi fid-dipartiment tal-manutenzjoni u tal-ajrunavigabbiltà ta’ Fly Jet.kz jippermettu l-manutenzjoni konsistenti tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru. Id-dokumentazzjoni f’lokha, inklużi r-rekords tal-persunal, l-inventarju komprensiv tal-ispare parts, u l-logs tal-manutenzjoni miżmuma b’mod diliġenti, ġie osservat li kienu aċċessibbli faċilment u ġestiti b’mod xieraq.

(33)

Minkejja l-aspetti msemmija hawn fuq, ġew identifikati ċerti inkonsistenzi fi ħdan id-dipartiment tal-operazzjonijiet tat-titjir ta’ Fly Jet.kz, li jeħtieġu eżami aktar mill-qrib tal-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ u tal-prattiki tal-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll diskrepanzi fil-kwalifiki tal-ekwipaġġ u fil-kalkoli tat-tagħbija tal-inġenji tal-ajru.

(34)

L-implimentazzjoni effettiva tal-SMS ta’ Prime Aviation kienet evidenti partikolarment permezz tad-dokumentazzjoni dettaljata u ġestita tajjeb, kif ukoll il-politika tal-kumpanija li tinkoraġġixxi l-involviment tal-persunal fir-rappurtar tal-okkorrenzi. Għalkemm diġà funzjonali, hemm lok għal titjib fl-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri tal-ġestjoni tar-riskju. Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Konformità, filwaqt li hija effettiva, tista’ tkompli ttejjeb l-impatt tagħha billi tallinja l-iskedi ta’ żmien tal-implimentazzjoni mal-istandards regolatorji.

(35)

L-impenn ta’ Prime Aviation għall-kwalità huwa evidenti fil-qafas strutturat tiegħu ta’ taħriġ tal-persunal u fid-dipartiment tal-ajrunavigabbiltà mgħammar b’biżżejjed persunal, li jiżgura ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru. Minkejja l-vantaġġ ta’ għodod effiċjenti tas-software, ikun meħtieġ xi titjib fil-protokolli ta’ kwalifiki tal-bdoti, u fil-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-Ispazju tal-Ajru ta’ Livell Għoli tal-Atlantiku tat-Tramuntana.

(36)

L-SMS u l-QMS ta’ Berkut jissodisfaw l-istandards internazzjonali tas-sikurezza b’mod effettiv. Madankollu, ġew identifikati opportunitajiet għal titjib minuri fiż-żewġ oqsma. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru wriet organizzazzjoni tajba u professjonaliżmu fl-imġiba operattiva tagħha, iżda ġie identifikat potenzjal għal aktar titjib, partikolarment fit-titjib tal-kontroll fl-operazzjonijiet tad-dispaċċ, fid-definizzjoni tas-sillabi tat-taħriġ, u fil-validità għal approvazzjonijiet speċjali.

(37)

Id-dipartiment tal-manutenzjoni u tal-ajrunavigabbiltà ta’ Berkut għandu persunal xieraq, li jiżgura l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru b’dokumentazzjoni komprensiva. Il-faċilità ta’ manutenzjoni tipprovdi ambjent ottimali għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni.

(38)

Abbażi tal-eżitu taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, il-Kummissjoni stiednet lis-CAC KZ u lill-AAK għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fil-15 ta’ Mejju 2024.

(39)

Matul is-seduta ta’ smigħ, l-AAK ipprovdiet aġġornamenti lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE rigward ir-riformi u l-progress fis-settur tal-avjazzjoni ċivili mill-2021, li juru l-impenn tagħhom li jtejbu s-sikurezza, l-effiċjenza operazzjonali, u l-kollaborazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, huma ddeskrivew il-progress fit-tisħiħ tal-istruttura organizzazzjonali u l-mekkaniżmi finanzjarji tal-AAK, inkluża t-tranżizzjoni għal mudell ta’ awtofinanzjament effettiv minn Lulju 2023. L-AAK żiedet ukoll il-forza tax-xogħol tagħha, partikolarment fid-dipartimenti operazzjonali, u rfinat il-proċessi interni biex ittejjeb il-kwalità u l-effettività tas-servizzi tagħha.

(40)

L-AAK għamlet passi evidenti fl-indirizzar u r-riżoluzzjoni tal-maġġoranza tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ta’ Frar 2024. Huma indirizzaw b’suċċess tliet osservazzjonijiet u sitt rakkomandazzjonijiet, li jindikaw titjib fil-konformità regolatorja u fl-istandards operazzjonali. Inkiseb titjib fil-proċeduri tal-awtorizzazzjoni tal-ispetturi, l-approvazzjonijiet tal-Electronic Flight Bag, u l-Operazzjonijiet b’Ħin ta’ Devjazzjoni Estiż. L-isforzi li għaddejjin biex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet li jifdal huma strutturati bi skadenzi ċari stabbiliti għat-tlestija sa tmiem l-2024 u l-ewwel kwart tal-2025. Dawn l-attivitajiet jiffurmaw parti minn inizjattiva strateġika usa’ biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat l-allinjament mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(41)

Matul is-seduta, l-AAK iddeskriviet ukoll l-azzjonijiet korrettivi li jikkonċernaw it-trasportaturi tal-ajru Berkut, Prime Aviation, u Fly Jet.kz.

(42)

Barra minn hekk, l-AAK iddeskriviet pjanijiet ta’ żvilupp futuri għall-2024–2025, b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ kollaborazzjonijiet internazzjonali addizzjonali. Dawn il-pjanijiet jinkludu t-tħejjijiet għal titjiriet diretti lejn l-Istati Uniti, it-tisħiħ tal-infrastruttura diġitali, u t-tkomplija tal-investiment fir-riżorsi umani.

(43)

Filwaqt li rrikonoxxew il-progress li sar minn mindu tnedew il-konsultazzjonijiet formali fl-2020, kif muri mill-evidenza miġbura matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni tal-2024, u mid-dettalji pprovduti matul is-seduta ta’ smigħ, id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE kkonkludew li jenħtieġ li jintemmu l-konsultazzjonijiet formali, filwaqt li l-AAK tiġi mħeġġa tiskambja regolarment dwar żviluppi futuri mal-Kummissjoni, u tiżviluppa modi biex tiżgura l-kontinwazzjoni tat-tmexxija fl-AAK.

(44)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan.

(45)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(46)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Kenja

(47)

Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(48)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fl-10 ta’ April 2024 il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Kenja (“KCAA”) kellhom laqgħa teknika.

(49)

Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti tal-KCAA ġew infurmati dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tad-dokumenti li kienu ġew ipprovduti fl-2023 fuq talba tal-Kummissjoni. Intbagħtu dettalji dwar it-tħassib imqajjem mir-rieżami tal-informazzjoni sottomessa, partikolarment fir-rigward ta’ għadd insuffiċjenti ta’ persunal ta’ spezzjoni meta mqabbel mal-volum u d-diversità tal-industrija ssorveljata. Barra minn hekk, ġew identifikati sfidi fl-effettività tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza, speċjalment fir-rigward tal-operazzjonijiet ‘il barra mill-bażi u l-awditjar tagħhom.

(50)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet identifikati jikkonċernaw in-nuqqas ta’ proċess ta’ kwalità interna ddokumentat u implimentat bis-sħiħ, għadd baxx ta’ awditi miksuba fil-qasam tal-Operazzjonijiet tat-Titjir, u t-twettiq ta’ għadd żgħir biss ta’ awditi ad hoc.

(51)

Matul dik il-laqgħa, il-KCAA pprovdiet informazzjoni ġenerali dwar is-settur tal-avjazzjoni fil-Kenja, il-persunal disponibbli għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza, u l-mod kif jitwettqu tali attivitajiet. Ġew diskussi wkoll id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ċerti trasportaturi tal-ajru li joperaw barra mill-pajjiż, u n-nuqqasijiet fis-sikurezza assoċjati. Il-KCAA infurmat lill-Kummissjoni dwar il-pjan immedjat tagħha għal rieżami sħiħ tal-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili tal-Kenja biex ittejjeb il-kapaċità ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Awtorità u tallinja d-dispożizzjonijiet tagħha mal-ħtiġijiet legali emerġenti. B’mod partikolari, il-KCAA infurmat dwar l-azzjonijiet li għaddejjin fir-rigward tal-emendi għar-regolamenti tas-sikurezza, li kienu jinkludu l-livell ta’ implimentazzjoni tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza tagħha.

(52)

F’termini ta’ persunal, il-KCAA indikat li l-attrazzjoni u ż-żamma ta’ persunal ikkwalifikat u mħarreġ kif xieraq kienu ta’ sfida. Ġie nnutat li qed isiru sforzi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-impjieg bil-ħsieb li jiġi reklutat u miżmum tali persunal, partikolarment l-ispetturi kwalifikati tas-sorveljanza tas-sikurezza.

(53)

Fir-rigward tal-inċidenti/aċċidenti mill-2022 li jinvolvu trasportaturi tal-ajru ċċertifikati tal-Kenja li joperaw barra mill-Kenja, il-KCAA kkomunikat li s-sorveljanza tas-sikurezza u l-attivitajiet ta’ infurzar ġew instigati bil-ħsieb li tiġi evitata r-rikorrenza ta’ avvenimenti bħal dawn.

(54)

Il-Kummissjoni indikat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li, bi qbil mal-KCAA, biħsiebha żżomm il-proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ. Il-kuntatti regolari u r-rapporti ta’ progress huma antiċipati bħala parti minn din l-attività ta’ monitoraġġ kontinwu, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tekniċi futuri.

(55)

Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll il-ħtieġa għall-appoġġ kontinwu tal-gvern, kif ukoll l-importanza li tiġi żgurata l-istabbiltà tat-tmexxija fi ħdan l-awtorità bħala pedament biex l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivilil tiffunzjona tajjeb.

(56)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja.

(57)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(58)

Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan

(59)

F’Marzu 2007, il-Pakistan International Airlines ġie inkluż fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 (8) u sussegwentement tneħħa minn dak l-Anness f’Novembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 (9).

(60)

Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ta’ Novembru 2023, l-esperti mill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Pakistan bejn is-27 u t-30 ta’ Novembru 2023 għand l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”), li kienet tinkludi l-kampjunar ta’ żewġ trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan, jiġifieri Fly Jinnah u Airblue Ltd.

(61)

Iż-żjara ta’ valutazzjoni ffukat l-attivitajiet tagħha fuq il-PCAA fid-dawl tar-rwol u r-responsabbiltà tagħha fil-kuntest ta’ sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan.

(62)

Instab li l-PCAA għandha politika stabbilita biex taderixxi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u l-persunal tagħha jikkonsisti minn persuni b’ħiliet tekniċi u professjonisti. Madankollu, ġew osservati nuqqasijiet komuni fl-organizzazzjoni kollha, bħall-enfasi fuq in-nuqqasijiet ta’ konformità, u n-nuqqas ta’ verifiki interni. Fir-rigward tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-PCAA, ġie osservat nuqqas notevoli fil-profondità ta’ skrutinju, b’mod partikolari fir-rigward tal-għeluq tas-sejbiet abbażi tal-pjanijiet ta’ azzjoni korrettiva proposti minflok l-evidenza attwali pprovduta, jew nuqqas ta’ valutazzjoni xierqa tal-azzjonijiet korrettivi proposti.

(63)

Iż-żjara żvelat devjazzjonijiet mill-proċeduri tal-PCAA, kif muri mill-fatt li xi AOCs ingħataw b’sejbiet miftuħa jew ġew ikklassifikati ħażin, jew mill-fatt li xi pjanijiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza ma twettqux skont kif ippjanat.

(64)

Kien evidenti wkoll li fiż-żmien taż-żjara d-Direttorat tal-Istandards tat-Titjir kellu nuqqas kbir ta’ persunal f’termini ta’ persunal ikkwalifikat biżżejjed biex iwettaq il-kompiti kollha taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tas-sikurezza. Din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-assenjar ta’ kompiti li mhux neċessarjament jaqgħu taħt il-mandat tal-Istandards tat-Titjir.

(65)

L-implimentazzjoni tal-SMS tinsab fl-istadji bikrija u teħtieġ titjib, u jidher ċar li l-identifikazzjoni tal-kawżi ewlenin u l-analiżi tagħhom huwa qasam li jeħtieġ li jiġi implimentat kif xieraq.

(66)

Ma ġie identifikat l-ebda tħassib partikolari fid-Direttorat tal-Ajrunavigabbiltà, u fid-Direttorat tal-Organizzazzjonijiet għall-Ħruġ tal-Liċenzji/tat-Taħriġ tal-Persunal, u t-tnejn li huma nstabu li kellhom persunal xieraq.

(67)

Ma ġiet identifikata l-ebda problema sinifikanti fit-trasportaturi tal-ajru li saritilhom żjara, għalkemm għal Fly Jinnah, ġie nnutat li ż-żamma tar-rekords tat-trasportatur tal-ajru, u l-ġestjoni tas-sejbiet, jenħtieġ li jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ titjib iddedikati.

(68)

Abbażi tal-eżitu taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-PCAA u lil Fly Jinnah għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fl-14 ta’ Mejju 2024.

(69)

Fis-seduta, il-PCAA, abbażi tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”) ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2024, indirizzat kull osservazzjoni deskritta fir-rapport taż-żjara tal-UE, filwaqt li nnotat l-analiżi tal-kawżi ewlenin li tirfed il-miżuri korrettivi kollha meħuda jew ippjanati fuq perjodu qasir, medju u twil. Ġie nnutat partikolarment l-isforz li sar mill-PCAA biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati tal-kapaċità u l-abbiltà tagħha ta’ sorveljanza tas-sikurezza, partikolarment f’termini tal-iżgurar ta’ struttura organizzattiva xierqa, l-allokazzjoni tal-kompiti, ir-reklutaġġ u ż-żamma ta’ persunal kwalifikat, għadd proporzjonat ta’ spetturi kwalifikati, u f’termini ta’ programm ta’ taħriġ xieraq. Partikolarment fir-rigward tad-Direttorat tal-Istandards tat-Titjir, huma indikaw li żiedu l-għadd ta’ spetturi kwalifikati minn 1 għal 19, li jikkorrispondi għall-għadd meħtieġ għall-allokazzjoni riveduta tal-kompiti u l-attivitajiet assoċjati ta’ sorveljanza tas-sikurezza.

(70)

Barra minn hekk, il-PCAA indikat l-isforzi li saru biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-kwalità identifikati matul iż-żjara. Il-miżuri korrettivi ppreżentaw l-istabbiliment ta’ taqsima tal-Kontroll tal-Kwalità f’kull dipartiment, u dipartiment ċentrali u indipendenti tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-PCAA kollha kemm hi. Barra minn hekk, il-PCAA spjegat l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-qafas regolatorju u proċedurali tagħha, b’mod partikolari f’termini ta’ attivitajiet immirati biex jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-avjazzjoni għal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-Istandards tat-Titjir u l-Liċenzjar tal-Persunal, kif diġà kien il-każ fl-Ajrunavigabbiltà.

(71)

Fir-rigward speċifiku tal-SMS tal-organizzazzjoni, il-PCAA nnotat li l-isforzi u l-iżvilupp kontinwu, għalkemm bil-mod, qed javvanzaw, peress li kemm ir-regolatur kif ukoll l-entitajiet regolati jifhmu l-importanza ta’ tranżizzjoni gradwali minn approċċ ta’ sorveljanza tas-sikurezza bbażat fuq il-konformità għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

(72)

Waqt is-seduta, it-trasportatur tal-ajru Fly Jinnah ippreżenta ħarsa ġenerali tal-flotta u tar-rotot attwali tiegħu, u tar-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli. Dan ddeskriva sett ta’ għodod tas-software għall-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tal-funzjonijiet ewlenin, bħall-ippjanar u t-tgħarrif tat-titjiriet, il-Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir (“FDM”), ir-roster tal-ekwipaġġ, l-ippjanar tal-awditjar tal-QMS, u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. It-trasportatur tal-ajru ppreżenta l-funzjonijiet esternalizzati bħat-taħriġ tal-ekwipaġġ, l-analiżi tal-FDM, l-ippjanar u l-manutenzjoni tal-ekwipaġġ, il-biċċa l-kbira minnhom esternalizzati lill-kumpanija Air Arabia. Ġew innutati partikolarment il-proposti ppreżentati biex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet relatati mad-difetti identifikati fil-QMS tagħha.

(73)

Abbażi tad-deliberazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE kkonkluda li jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni tas-sikurezza u tal-iżviluppi fil-Pakistan, permezz tal-organizzazzjoni regolari ta’ laqgħat tekniċi fi Brussell qabel kull Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, u tar-rappurtar regolari dwar il-progress mill-PCAA. Barra minn hekk, huwa żamm il-possibbiltà, skont il-bżonn, li jistieden lill-PCAA għal seduti ta’ smigħ addizzjonali f’laqgħat futuri tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

(74)

Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll il-ħtieġa għall-appoġġ kontinwu tal-gvern, kif ukoll l-importanza li tiġi żgurata l-istabbiltà tat-tmexxija fi ħdan l-awtorità bħala pedament għal PCAA li tiffunzjona tajjeb.

(75)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan.

(76)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(77)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru minn São Tomé u Príncipe

(78)

F’Novembru 2009, trasportaturi tal-ajru ċċertifikati f’São Tomé u Príncipe ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1144/2009 (10).

(79)

Bl-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-Instituto Nacional de Aviação Civil de São Tomé et Príncipe , li t-trasportatur tal-ajru Africa’s Connection ma għadux iċċertifikat f’São Tomé u Príncipe.

(80)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru minn São Tomé u Príncipe, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex Africa’s Connection jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(81)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati f’São Tomé u Príncipe mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru minn Sierra Leone

(82)

Trasportaturi tal-ajru minn Sierra Leone ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(83)

Wara r-riżultati tal-awditu tal-Programm Universali ta’ Verifika tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”) tal-ICAO tal-2006 u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mill-ICAO, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Sierra Leone (“SLCAA”) bdiet proċess biex tneħħi r-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tirrevoka l-AOCs maħruġa lit-trasportaturi tal-ajru minn Sierra Leone. L-SLCAA infurmat lill-Kummissjoni dwar it-tlestija ta’ dan il-proċess f’Mejju 2020.

(84)

Fil-31 ta’ Jannar 2024, fuq talba tal-Kummissjoni, l-SLCAA pprovdiet aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fi Sierra Leone, inklużi dettalji dwar it-titjib li sar mill-SLCAA lejn il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u l-ambizzjonijiet li jerġgħu jinbdew l-attivitajiet fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru u tal-inġenji tal-ajru.

(85)

Minħabba n-nuqqas ta’ inġenji tal-ajru fir-reġistru nazzjonali ta’ Sierra Leone u n-nuqqas ta’ trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-SLCAA, fil-25 ta’ April 2024 saret laqgħa biex jiġu diskussi l-pjanijiet tal-SLCAA, eventwalment bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-iżviluppi futuri tal-avjazzjoni ċivili fi Sierra Leone. Din il-laqgħa involviet rappreżentanti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija, mill-Istati Membri, mill-SLCAA, u mill-Parlament ta’ Sierra Leone.

(86)

Matul il-laqgħa, l-SLCAA kkondividiet ir-riżultati taż-żjara tal-USOAP tal-ICAO tal-2023, iddeskriviet pjanijiet biex tkompli ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza tas-sikurezza, u pprovdiet informazzjoni dwar l-iffirmar f’Marzu 2024 tal-Memorandum ta’ Qbil mal-Italja bl-għan li tiġi stabbilita kooperazzjoni teknika bejn Sierra Leone u l-Italja. L-SLCAA kkonfermat ukoll li ngħatat mandat uffiċjali biex tipproċedi biċ-ċertifikazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru ġodda, kif ukoll bir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

(87)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi tal-SLCAA biex tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u nnotat l-appoġġ kontinwu mill-Gvern ta’ Sierra Leone. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll l-impenn tal-SLCAA li tkompli tiżviluppa, bl-appoġġ mogħti mill-Italja, il-kapaċitajiet meħtieġa biex tirreġistra l-inġenji tal-ajru, tiċċertifika t-trasportaturi tal-ajru, u tissorvelja l-attivitajiet tal-kumpaniji tal-ajru li se tiċċertifika, f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(88)

L-aħħar informazzjoni tindika li, f’dan iż-żmien, l-SLCAA ma setgħetx turi l-kapaċitajiet meħtieġa biex tirreġistra l-inġenji tal-ajru, tiċċertifika t-trasportaturi tal-ajru, u tissorvelja l-ajrunavigabbiltà u l-operazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru, skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tkompli l-konsultazzjonijiet mal-SLCAA u timmonitorja azzjonijiet ulterjuri meħuda mill-SLCAA biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet. Se tingħata aktar konsiderazzjoni, kif xieraq, għat-twettiq eventwali ta’ żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet.

(89)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fi Sierra Leone.

(90)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fi Sierra Leone mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(91)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(92)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kull deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tapplika minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

(93)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2111/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/474/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2023, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/660/oj).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/452/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/2214/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2322/oj).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/235/oj).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1400/oj).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 312, 27.11.2009, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1144/oj).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘AOC’) jew tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Surinam

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

FLY BAGHDAD

007

FBA

L-Iraq

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Armenja

AIR DILIJANS

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIAN AIRLINES

AM AOC 076

AAG

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

FLY ARNA

AM AOC 075

ACY

L-Armenja

FLYONE ARMENIA

AM AOC 074

FIE

L-Armenja

NOVAIR

AM AOC 071

NAI

L-Armenja

SHIRAK AVIA

AM AOC 072

SHS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 073

Mhux disponibbli

L-Armenja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

TWC

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AB BUSINESS

AAC/DG/OPS-09/14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KASAI

AAC/DG/OPS-09/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

DBP

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

COG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

GOMA EXPRESS

AAC/DG/OPS-09/13

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

TRACEP CONGO AVIATION

AAC/DG/OPS-09/15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kirgistan

AERO NOMAD AIRLINES

57

ANK

Il-Kirgistan

AEROSTAN

08

BSC

Il-Kirgistan

AIR COMPANY AIR KG

50

KGC

Il-Kirgistan

AIRCOMPANY MOALEM AVIATION

56

AMA

Il-Kirgistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgistan

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES

58

KAS

Il-Kirgistan

FLYSKY AIRLINES

53

FSQ

Il-Kirgistan

GLOBAL 8 AIRLINES

59

Mhux magħruf

Il-Kirgistan

HELI SKY

47

HAC

Il-Kirgistan

KAP.KG AIRCOMPANY

52

KGS

Il-Kirgistan

MAC.KG AIRLINES

61

MSK

Il-Kirgistan

SAPSAN AIRLINE

54

KGB

Il-Kirgistan

SKY JET

60

SJL

Il-Kirgistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgistan

TRANS CARAVAN KG

55

TCK

Il-Kirgistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BERNIQ AIRWAYS

032/21

BNL

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AIR TRANSPORT

008/05

GAK

Il-Libja

HALA AIRLINES

033/21

HTP

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja

 

 

Ir-Russja

AURORA AIRLINES

486

SHU

Ir-Russja

AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD

458

TUP

Ir-Russja

IZHAVIA

479

IZA

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA"

464

SYL

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "RUSJET"

498

RSJ

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO"

567

UVT

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

31

SBI

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

466

AUL

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES

480

IAE

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES"

18

SVR

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

230

DRU

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

452

TYA

Ir-Russja

JS AVIATION COMPANY "RUSLINE"

225

RLU

Ir-Russja

JSC YAMAL AIRLINES

142

LLM

Ir-Russja

LLC "NORD WIND"

516

NWS

Ir-Russja

LLC “AIRCOMPANY IKAR”

36

KAR

Ir-Russja

LTD. I FLY

533

RSY

Ir-Russja

POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

562

PBD

Ir-Russja

PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES"

1

AFL

Ir-Russja

ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

2

SDM

Ir-Russja

SKOL AIRLINE LLC

228

CDV

Ir-Russja

UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

6

UTA

Ir-Russja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan


(1)  It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (‘AOC’)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Stat ta’ reġistrazzjoni

IRAN AIR

IR.AOC.100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq


(1)  It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1601/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)