|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1599 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 61/2024
tal-15 ta’ Marzu 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1599]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2024/232 tal-25 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-kadmju u ċ-ċomb fil-profili tal-plastik fit-twieqi u fil-bibien elettriċi u elettroniċi li fihom il-klorur tal-polivinil riġidu rkuprat (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“- |
32024 L 0232: Id-Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2024/232 tal-25 ta’ Ottubru 2023 (ĠU L, 2024/232, 10.1.2024).” |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva Delegata (UE) 2024/232 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/232, 10.1.2024.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1599/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)