|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1588 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 78/2024
tal-15 ta’ Marzu 2024
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2024/1588]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2180 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika l-arranġamenti u l-kontenut dettaljati għar-rapporti tal-kwalità skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18qs (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/861) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“18 qt. |
32019 R 2180: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2180 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jispeċifika l-arranġamenti u l-kontenut dettaljati għar-rapporti tal-kwalità skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 330, 20.12.2019, p. 8).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2180 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 330, 20.12.2019, p. 8.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1588/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)