European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1565

27.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 8/2024

tat-2 ta' Frar 2024

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1565]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1042 tal-26 ta' Mejju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-folpet f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1049 tat-30 ta’ Mejju 2023 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għaż-żejt tal-ħuta, għall-pendimetalina, għax-xaħam tan-nagħaġ u għall-ispirotetramat f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1068 tal-1 ta' Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għaċ-ċijantraniliprole f'ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1069 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-biksafen, għaċ-ċiprodinil, għall-feneżammid, għall-fenpikossammid, għall-fenpirossimat, għall-flutjanil, għall-isoksaflutol, għall-mandipropammid, għall-metossifenożid, u għas-spinetoram f’ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32023 R 1042: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1042 tal-26 ta' Mejju 2023 (ĠU L 140, 30.5.2023, p. 37),

-

32023 R 1049: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1049 tal-30 ta' Mejju 2023 (ĠU L 141, 31.5.2023, p. 1),

-

32023 R 1068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1068 tal-1 ta' Ġunju 2023 (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 27),

-

32023 R 1069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1069 tal-1 ta' Ġunju 2023 (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 40).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32023 R 1042: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1042 tal-26 ta' Mejju 2023 (ĠU L 140, 30.5.2023, p. 37),

-

32023 R 1049: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1049 tal-30 ta' Mejju 2023 (ĠU L 141, 31.5.2023, p. 1),

-

32023 R 1068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1068 tal-1 ta' Ġunju 2023 (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 27),

-

32023 R 1069: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1069 tal-1 ta' Ġunju 2023 (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 40).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2023/1042, (UE) 2023/1049, (UE) 2023/1068 u (UE) 2023/1069 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Frar 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 140, 30.5.2023, p. 37.

(2)   ĠU L 141, 31.5.2023, p. 1.

(3)   ĠU L 143, 2.6.2023, p. 27.

(4)   ĠU L 143, 2.6.2023, p. 40.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1565/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)