European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1535

27.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 4/2024

tat-2 ta’ Frar 2024

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/1535]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1698 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: ADDCON Europe GmbH) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1699 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar l-istatus tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1703 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143953 u endo–1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143945 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet tal-pollam, għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer għas-simna, għall-ħnieżer li qed ireddgħu u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż miftuma, ħnieżer għas-simna u ħnieżer li qed ireddgħu), l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-preparat għall-qżieqeż mhux miftuma u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż mhux miftuma) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd, li topera bl-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 337/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/997 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1704 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23376 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1705 tas-7 ta’ Settembru 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tar-riboflavina (vitamina B2) prodotta minn Bacillus subtilis CGMCC 13326 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1707 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 2-aċetilfuran u 2-pentilfuran bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1708 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ urea bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti b’kirxa funzjonali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 839/2012 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1709 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1710 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti, għall-qtates u għall-klieb kollha, awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: Latochema Co. Ltd) u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 832/2012 u (UE) Nru 2016/1007 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1711 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-prodott ta’ fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae NRRL 458 bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 537/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biozyme Incorporated) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1713 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei ATCC PTA-5588, proteażi prodotta minn Bacillus subtilis CBS 148232 u alfa-amilażi prodotta minn Bacillus licheniformis ATCC SD-6525 għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri tal-pollam (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor international B.V.) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1698 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010 (12), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2023/1703 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011 (13) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/997 (14), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1708 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 839/2012 (15), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2023/1710 iħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 832/2012 (16) u (UE) Nru 2016/1007 (17), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(16)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(17)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.   Dan li ġej jiżdied mal-punt 72 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012):

“, kif emendat bi:

32023 R 1704: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1704 tas-7 ta’ Settembru 2023 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 8).”

2.   Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 505 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1333):

“506.

32023 R 1698: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1698 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: ADDCON Europe GmbH) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 104/2010 (ĠU L 220, 7.9.2023, p. 4).

507.

32023 R 1699: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1699 tas-6 ta’ Settembru 2023 dwar l-istatus tal-attapulġit bħala addittiv tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 220, 7.9.2023, p. 9).

508.

32023 R 1703: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1703 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143953 u endo–1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei CBS 143945 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet tal-pollam, għall-qżieqeż miftuma, għall-ħnieżer għas-simna, għall-ħnieżer li qed ireddgħu u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż miftuma, ħnieżer għas-simna u ħnieżer li qed ireddgħu), l-awtorizzazzjoni ta’ dak il-preparat għall-qżieqeż mhux miftuma u għall-ispeċijiet porċini minuri (qżieqeż mhux miftuma) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd, li topera bl-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V.) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 337/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/997 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 3).

509.

32023 R 1704: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1704 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23376 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 8).

510.

32023 R 1705: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1705 tas-7 ta’ Settembru 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tar-riboflavina (vitamina B2) prodotta minn Bacillus subtilis CGMCC 13326 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 11).

511.

32023 R 1707: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1707 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 2-aċetilfuran u 2-pentilfuran bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 27).

512.

32023 R 1708: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1708 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ urea bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti b’kirxa funzjonali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 839/2012 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 31).

513.

32023 R 1709: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1709 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Lentilactobacillus diolivorans DSM 33625 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 34).

514.

32023 R 1710: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1710 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti, għall-qtates u għall-klieb kollha, awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni: Latochema Co. Ltd) u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 832/2012 u (UE) Nru 2016/1007 (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 37).

515.

32023 R 1711: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1711 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-prodott ta’ fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae NRRL 458 bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 537/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biozyme Incorporated) (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 42).

516.

32023 R 1713: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1713 tas-7 ta’ Settembru 2023 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo–1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei ATCC PTA-5588, proteażi prodotta minn Bacillus subtilis CBS 148232 u alfa-amilażi prodotta minn Bacillus licheniformis ATCC SD-6525 għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd u għal speċijiet minuri tal-pollam (detentur tal-awtorizzazzjoni: Danisco (UK) Ltd irrappreżentata fl-Unjoni minn Genencor international B.V.) (ĠU L 221, 8.9.2023, p. 51).”

3.   It-testi tal-punti 1zzzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007), 1zzzzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2010), 2y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 337/2011), 54 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012), 57 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 839/2012), 171 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/997) u 172 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1007) jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1698, (UE) 2023/1699, (UE) 2023/1703, (UE) 2023/1704, (UE) 2023/1705, (UE) 2023/1707, (UE) 2023/1708, (UE) 2023/1709, (UE) 2023/1710, (UE) 2023/1711 u (UE) 2023/1713 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 220, 7.9.2023, p. 4.

(2)   ĠU L 220, 7.9.2023, p. 9.

(3)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 3.

(4)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 8.

(5)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 11.

(6)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 27.

(7)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 31.

(8)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 34.

(9)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 37.

(10)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 42.

(11)   ĠU L 221, 8.9.2023, p. 51.

(12)   ĠU L 35, 6.2.2010, p. 4.

(13)   ĠU L 94, 8.4.2011, p. 19.

(14)   ĠU L 164, 22.6.2016, p. 4.

(15)   ĠU L 252, 19.9.2012, p. 11.

(16)   ĠU L 251, 18.9.2012, p. 27.

(17)   ĠU L 165, 23.6.2016, p. 10.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1535/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)