European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1533

27.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 29/2024

tat-2 ta' Frar 2024

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1533]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1783 tat-2 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li fihom mudell ta’ dokument għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 29as (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1406) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“29at.

32021 R 1783: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1783 tat-2 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li fihom mudell ta’ dokument għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (ĠU L 359, 11.10.2021, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Anness, il-kliem “id-dritt tal-Unjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-Ftehim dwar iż-ŻEE” ”.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1783 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2024, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, fit-2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 359, 11.10.2021, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1533/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)