|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1463 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 341/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1463]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2526 tat-23 ta’ Settembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħżin temporanju tal-iskart tal-merkurju f’forma likwida (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 22a (ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
|
— |
32022 R 2526: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2526 tat-23 ta’ Settembru 2022 (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 66).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2526 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L 328, 22.12.2022, p. 66.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1463/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)