|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1454 |
21.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1454
tas-17 ta' Mejju 2024
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1310
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 71(3) u 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u l-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u b’hekk jikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawn l-annimali u l-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali tat-tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali selvaġġi, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi. B’mod partikolari, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u l-projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan li għandhom jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri, li huma elenkati jew li għandhom żoni elenkati fl-Annessi I u II tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati). Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni fl-Anness I tiegħu taż-żoni ristretti I, II u III wara tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u regoli dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni fl-Anness II tiegħu, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fi Stat Membru jew żona preċedentement ħielsa mill-mard. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru, l-Artikolu 3(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fit-territorju tagħha, wara l-konferma ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda fl-annimali porċini selvaġġi fir-reġjun ta’ Pomorskie fil-25 ta’April 2024, f’żona li qabel kienet ħielsa minn dik il-marda. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru stabbiliet żona infettata f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1310 (5) ġiet adottata wara l-informazzjoni li waslet mill-Polonja dwar dik it-tifqigħa fl-annimali porċini selvaġġi fir-Reġjun ta’ Pomorskie ta’ dak l-Istat Membru. Dan jipprevedi, inter alia, li l-Polonja għandha tapplika fost oħrajn il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1310 tapplika sal-24 ta’ Lulju 2024. |
|
(7) |
Fil-każ tal-ewwel tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ din iż-żona bħala żona infettata fil-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Konsegwentement, iż-żona infettata stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Polonja fir-reġjun ta’ Pomorskie fil-Poland jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1310 u jenħtieġ li tiġi sostitwita. |
|
(8) |
Iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni. |
|
(9) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1269 (6) wara bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja u l-Polonja. Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta’ dik il-marda f’ċerti Stati Membri evolviet. |
|
(10) |
Jenħtieġ li kull emenda fiż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni tal-ħnieżer Afrikan kif stipulat fil-linji gwida dwar id-deni tal-ħnieżer Afrikan żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri (7). Jenħtieġ li dawn l-emendi jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (8) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) u l-ġustifikazzjonijiet għat-tqassim f’żoni pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
|
(11) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1269 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, kien hemm tifqigħat ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fl-Italja. Minbarra dan, is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’ċerti żoni elenkati bħala żoni ristretti I, II u II fiċ-Ċekja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 tjiebet fir-rigward tal-annimali porċini selvaġġi, minħabba l-miżuri ta’ kontroll tal-mard li qed jiġu applikati minn dak l-Istat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(12) |
Wara dawk it-tifqigħat reċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fl-Italja u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dak l-Istat Membru ġie rivalutat u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jistabbilixxi regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti I fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini miżmuma jew selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru li jmissu ma’ żona fejn ma tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment l-ebda tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan. Filwaqt li l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti II jew taż-żoni infettati fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ mmaniġġjar tar-riskju li hemm fis-seħħ f’dawk iż-żewġ Stati Membri ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati. Jenħtieġ li dawn il-bidliet jiġu riflessi fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(13) |
F’April u Mejju 2024, ġew osservati żewġ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fir-reġjun tal-Emilia Romagna fl-Italja, f’żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u li tinsab qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat il-ġodda tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Għaldaqstant, din iż-żona tal-Italja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, li tinsab qrib ħafna ta’ żona elenkata bħala żona ristretta II affettwata minn dawk it-tifqigħat reċenti, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, u l-konfini attwali taż-żona ristretta I ukoll jeħtieġ li jiġu ridefiniti biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(14) |
Minbarra dan, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet ċ-Ċekja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fiċ-Ċekja f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-reġjun ta’ Liberec fiċ-Ċekja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar 12-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II. |
|
(15) |
Fl-aħħar, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni li pprovdiet iċ-Ċekja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’ċerti żoni ristretti I, u fiż-żoni ristretti li jmissu ma’ dawk iż-żoni ristretti I, elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fiċ-Ċekja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji tad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-Reġjun tal-Bohemia Ċentrali u r-Reġjun ta’ Liberec fiċ-Ċekja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista f’dak l-Anness, peress li fl-aħħar tnax-il xahar ma kienx hemm tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti I, u fiż-żoni li jmissu ma’ dawk iż-żoni ristretti I. |
|
(16) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ din il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Italja u li jiġu elenkati bħala żoni ristretti I u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u ċerti partijiet taż-żoni ristretti I u II jenħtieġ li jitneħħew mil-lista għaċ-Ċekja fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Peress li s-sitwazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan hija dinamika ħafna fl-Unjoni, meta ġew demarkati dawn iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni tal-madwar. |
|
(17) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, huwa importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 minn dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/594
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1310
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1310 hija mħassra.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/594/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1310 tat-6 ta’ Mejju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Polonja (ĠU L, 2024/1310, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1310/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1269 tas-29 ta’ April 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (ĠU L, 2024/1269, 29.04.2024, ELI http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1269/oj).
(7) L-Avviż tal-Kummissjoni rigward il-linji gwida dwar il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni (linji gwida tal-ASF) C/2023/7855 (ĠU C, C/2023/1504, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1504/oj).
(8) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, id-29 Edizzjoni, 2021. Il-Volumi I u II, ISBN 978-92-95115-40-8; https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI I, II U III
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
4. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 950950, 950960, 950970, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951950, 952050, 952150, 952250, 952550, 952750, 952850, 952950, 953050, 953150, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953650, 953660, 953750, 953850, 953950, 953960, 954050, 954060, 954150, 954250, 954260, 954350, 954450, 954550, 954650, 954750, 954850, 954860, 954950, 955050, 955150, 955250, 955260, 955270, 955350, 955450, 955510, 955650, 955750, 955760, 955850, 955950, 956050, 956060, 956150, 956160, 956250, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun megye 600150, 600850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Fejér megye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron megye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 751250, 751260, 751350, 751360, 751750, 751850, 751950, 753650, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754360, 754450, 754550, 754560, 754570, 754650, 754750, 754850 és 755450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576850, 576950, 577050, 577150, 577250, 577350, 577450, 577650, 577850, 577950, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 578560, 578650, 578850, 578950, 579050, 579150, 579250, 579350, 579450, 579460, 579550, 579650, 579750, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województweie lubelskim:
|
6. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
fid-distrett ta’ Nové Zámky, Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Kamenný Most, Malá nad Hronom, Belá, Ľubá, Šarkan, Gbelce, Bruty, Mužla, Obid, Štúrovo, Nána, Kamenica nad Hronom, Chľaba, Leľa, Bajtava, Salka, Malé Kosihy, Veľký Kýr, Černík, Michal nad Žitavou, Kmeťovo, Maňa, Trávnica |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet ta’ Ipeľské Predmostie, Veľká nad Ipľom, Hrušov, Kleňany, Sečianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalitajiet ta’ Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Želiezovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Sikenica, Pastovce, Bielovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Sazdice, Demandice, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Preseľany nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Semerovce, Hokovce, Slatina, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, Tešmak, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Tehla, Lula, Beša, Jesenské, Ina, Lok, Veľký Ďur, Horný Pial, Horná Seč, Dolná Seč, Levice, Krškany, Brhlovce, Bory, Santovka, Domadice, Hontianske Trsťany, Mýtne Ludany, Hontianska Vrbica, Zbrojníky, Kukučínov, Jur nad Hronom, Šarovce, Turá, Tekovský Hrádok, Vyšné nad Hronom, Žemliare, Starý Hrádok, |
|
— |
fid-distrett ta’ Krupina, il-muniċipalitajiet ta’ Dudince, Terany, Hontianske Moravce, Sudince, Súdovce, Lišov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Ružomberok, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II |
|
— |
fid-distrett ta’ Martin, il-muniċipalitajiet ta’ Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, θanová, Karlová, Laskár, Rakovo, Príbovce, Košto any nad Turcom, Socovce, Turčiansky θur, Kláštor pod Znievom, Slovany, Ležiachov, Benice, Vrícko, |
|
— |
fid-distrett ta’ Dolný Kubín, il-muniċipalitajiet ta’ Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
fid-distrett ta’ Tvrdošín, il-muniċipalitajiet ta’ Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
fid-distrett ta’ Prievidza, il-muniċipalitajiet ta’ Handlová, Cígeľ, Podhradie, Lehota pod Vtáčnikom, Ráztočno, Kľačno, Tužina, Nitrianske Pravno, Poluvsie, Malinová, Pravenec, Nedožery-Brezany, Lazany, Prievidza, Malá Čausa, Veľká Čausa, Lipník, Chrenovec-Brusno, Jalovec, Nováky, Zemianske, Kostoľany, Nitrianske Sučany, Nitrica, Horné Vestenice, Dolné Vestenice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Partizánske, ħlief il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona II, |
|
— |
fid-distrett ta’ Topoľčany, il-muniċipalitajiet ta’ Koniarovce, Hrušovany, Belince, Preseľany, Kamanová, Mýtna Nová ves, Dvorany nad Nitrou, Ludanice, Chrabrany, Topoľčany, Krušovce, Dolné Chlebany, Horné Chlebany, Rajčany, Čermany, Horné Obdokovce, Obsolovce, Horné Štitáre, Urmince, Veľké Dvorany, Nemčice, Topoľčany, Továrniky, Kuzmice, Jacovce, Veľké Bedzany, Malé Bedzany, Norovce, Solčianky, |
|
— |
fid-distrett ta’ Nitra, il-muniċipalitajiet ta’ Horné Lefantovce, Dolné Lefantovce, Bádice, Jelenec, Žirany, Podhorany, Nitrianske Hrnčiarovce, Štitáre, Čechynce, Malý Cetín, Veľký Cetín, Vinodol, Branč, Ivánka pri Nitre, |
|
— |
fid-distrett ta’ Bánovce nad Bebravou, il-muniċipalitajiet ta’ Nedašovce, Pravotice, Vysočany, Chudá Lehota. |
7. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Ir-reġjun tal-Piemonte:
|
|
Ir-reġjun tal-Liguria:
|
|
Ir-reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
Ir-reġjun tat-Toscana:
|
|
Ir-reġjun tal-Lombardia:
|
|
Ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
Ir-reġjun ta’ Sardenja:
|
|
Ir-reġjun tal-Calabria:
|
|
Ir-reġjun tal-Basilicata
|
|
Ir-reġjun tal-Campania
|
8. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký
|
9. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kavala:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Xanthi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Rodopi:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Evros:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kilkis:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Thessaloniki:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Chalkidiki:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Pella:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Imathia:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kozani:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Florina:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kastoria:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Ioannina:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Thesprotia:
|
10. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Kroazja:
|
Karlovačka županija:
|
|
Ličko-senjska županija:
|
|
Sisačko-moslavačka županija:
|
|
Brodsko-posavska županija:
|
|
Osječko-baranjska županija:
|
11. L-Iżvezja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Iżvezja:
|
Il-Kontea ta’ Västmanland:
|
12. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Joniškio rajono savivaldybės: Gaižaičių, Gataučių, Joniškio, Kriukių, Rudiškių, Satkūnų, Saugėlaukio, Skaistgirio, Žagarės seniūnijos, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybės: Ceikinių, Dūkšto, Ignalinos, Ignalinos miesto, Kazitiškio sen. rytinė dalis nuo 102 kelio, Linkmenų, Naujojo Daugėliškio, Mielagėnų, Rimšės, Tverečiaus, Vidiškių seniūnijos. |
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Haskovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Yambol, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Stara Zagora, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pernik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kyustendil, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Plovdiv, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pazardzhik, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Smolyan, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Dobrich, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-belt ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu tal-Provinċja ta’ Sofija, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Blagoevgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Razgrad, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Kardzhali, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Burgas, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Varna, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Silistra, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Ruse, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Veliko Tarnovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Pleven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Targovishte, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Shumen, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Sliven, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vidin, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Gabrovo, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Lovech, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Montana, |
|
— |
ir-reġjun kollu ta’ Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Grobiņas, Rucavas, Vērgales, Medzes, Embūtes, Kalvenes, Kazdangas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Dobeles novads, |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads, |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybės: Didžiasalio seniūnija, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybės: Kepalių seniūnija, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybės: Sasnavos seniūnija, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybės: Klausučių ir Pilviškių seniūnijos, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés megye 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952350, 952450, 952650 és 956350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér megye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750250, 750550, 750650, 750750, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 752150, 752250, 752350, 752450, 752460, 752550, 752560, 752650, 752750, 752850, 752950, 753060, 753070, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753660, 754150, 754250, 754370, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom megye 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád megye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest megye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
id-distrett kollu ta’ Gelnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poprad |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Spišská Nová Ves, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Levoča, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Kežmarok, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Michalovce, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Medzilaborce |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Košice-okolie, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rožnava, |
|
— |
il-belt kollha ta’ Košice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sobrance, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Vranov nad Topľou, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Humenné, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Snina, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Prešov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Sabinov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Svidník, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stropkov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Bardejov, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Stará Ľubovňa, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Revúca, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Rimavská Sobota, |
|
— |
fid-distrett ta’ Veľký Krtíš, il-muniċipalitajiet kollha mhux inklużi fil-Parti I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Lučenec, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Poltár, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zvolen, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Detva, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Krupina, għajr il-muniċipalitajiet inklużi fiż-żona I, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Stiavnica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žarnovica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Banska Bystica, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Brezno, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
fid-distrett ta’ Ružomberok, il-muniċipalitajiet ta’ Ružomberok, Liptovská Štiavnica, Štiavnička, Ludrová, Sliače, Likavka, Martinček, Lisková, Turík, Ivachnová, Liptovská Teplá, Liptovský Michal, Bešeňová, Kalameny, Lúčky, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Trebišov’, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Zlaté Moravce, |
|
— |
fid-distrett ta’ Levice, il-muniċipalità ta’ Kozárovce, Kalná nad Hronom, Nový Tekov, Malé Kozmálovce, Veľké Kozmálovce, Tlmače, Rybník, Hronské Kosihy, Čajkov, Nová Dedina, Devičany, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Bohunice, Pukanec, Uhliská, Drženice, Žemberovce, Hronské Kľačany, Starý Tekov, Podlužany, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Turčianske Teplice, |
|
— |
id-distrett kollu ta’ Žiar nad Hronom, |
|
— |
fid-distrett ta’ Prievidza, il-muniċipalitajiet ta’ Kamenec pod Vtáčnikom, Bystričany, Čereňany, Oslany, Horná Ves, Radobica, |
|
— |
fid-distrett ta’ Partizánske, il-muniċipalitajiet ta’ Veľké Uherce, Pažiť, Kolačno, Veľký Klíž, Ješkova Ves, Klátová Nová Ves, Malé Krsteňany, Veľké Krsteňany, Malé Uherce, Partzánske, Brodzany, Krásno, Turčianky, Nednovce, Bošany, |
|
— |
fid-distrett ta’ Nitra, il-muniċipalitajiet ta’ Pohranice, Hosťová, Kolíňany, Malý Lapáš, Dolné Obdokovce, Čeľadice, Veľký Lapáš, Babindol, Malé Chyndice, Golianovo, Klasov, Veľké Chyndice, Nová Ves nad Žitavou, Paňa, Vráble, Tajná, Lúčnica nad Žitavou, Žitavce, Melek, Telince, Čifáre, |
|
— |
fid-distrett ta’ Topoθčany, il-muniċipalitajiet ta’ Krnča, Prázdnovce, Solčany, Nitrianska Streda, Četo adince, Kovarce, Súlovce, Oponice, |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Ir-reġjun tal-Piemonte:
|
|
Ir-reġjun tal-Liguria:
|
|
Ir-reġjun tal-Lombardia:
|
|
Ir-reġjun tal-Emilia-Romagna:
|
|
Ir-reġjun tat-Toscana
|
|
Ir-reġjun tal-Lazio:
|
|
Ir-reġjun tal-Calabria:
|
|
Ir-reġjun tal-Basilicata
|
|
Ir-reġjun tal-Campania:
|
10. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký
|
11. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Kroazja:
|
Karlovačka županija:
|
|
Sisačko-moslavačka županija:
|
12. L-Iżvezja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Iżvezja:
|
Il-Kontea ta’ Västmanland:
|
13. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kilkis:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kastoria:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Florina: |
|
— |
id-dipartimenti tal-komunità ta’ Aetos, Agios Panteleimonas, Kelli, Kleidi, Xino Nero, Petres, Fanos u d-dipartiment muniċipali ta’ Amyntaio (il-Muniċipalità ta’ Amyntaio)
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Pella:
|
PARTI III
1. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
Ir-reġjun ta’ Sardenja:
|
|
Ir-reġjun tal-Calabria:
|
2. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Marijampolės savivaldybės: Gudelių, Igliaukos, Liudvinavo, Marijampolės, Šunskų, Marijampolės miesto seniūnijos, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybės: Bartnikų, Gižų, Gražiškių, Keturvalakių, Kybartų, Pajevonio, Šeimenos, Vilkaviškio miesto, Virbalio, Vištyčio seniūnijos, |
3. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
5. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
6. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Drama
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Serres:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Kilkis:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Thessaloniki:
|
|
— |
fl-unità reġjonali ta’ Chalkidiki:
|
7. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Kroazja:
|
Vukovarsko- srijemska županija:
|
|
Brodsko-posavska županija
|
|
Osječko-baranjska županija
|
ANNESS II
ŻONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI INFETTATI JEW BĦALA ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikoli 6(2) u 7(2))
Parti A – Żoni stabbiliti bħala żoni infettati wara t-tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard:
|
Stat Membru: Il-Polonja
|
Parti B – Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, wara t-tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard:
|
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1454/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)