European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1448

13.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 343/2023

tat-8 ta’ Diċembru 2023

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2024/1448]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1297 tat-22 ta’ Lulju 2022 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1298 tat-22 ta’ Lulju 2022 dwar l-ekwivalenza tas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-assigurazzjoni tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE (3) u d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1155 (4) u 2016/1156 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ma għadhomx validi u konsegwentement jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 10fc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/485/UE) jitħassar.

2.

It-test tal-punt 10fe (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1156)huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

32022 D 1297: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1297 tat-22 ta’ Lulju 2022 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 134).”

3.

It-test tal-punt 10ff (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1155) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

32022 D 1298: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1298 tat-22 ta’ Lulju 2022 dwar l-ekwivalenza tas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-assigurazzjoni tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 138).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1297 u (UE) 2022/1298 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal Schafhauser


(1)   ĠU L 196, 25.7.2022, p. 134.

(2)   ĠU L 196, 25.7.2022, p. 138.

(3)   ĠU L 240, 11.9.2010, p. 6.

(4)   ĠU L 190, 15.7.2016, p. 80.

(5)   ĠU L 190, 15.7.2016, p. 83.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1448/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)