|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1440 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 338/2023
tat-8 ta’ Diċembru 2023
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2024/1440]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2297 tas-26 ta’ Ottubru 2023 li jidentifika portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21alq (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2166) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:
|
“21alr. |
32023 R 2297: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2297 tas-26 ta’ Ottubru 2023 li jidentifika portijiet ġirien tat-trażbord tal-kontejners skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2297, 27.10.2023).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2297 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 335/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(1) ĠU L, 2023/2297, 27.10.2023.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2024/1420, 13.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1420/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1440/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)