|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1438 |
24.5.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/1438 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2024
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel, 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, 2001/113/KE li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, u 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-objettivi stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar “Patt Ekoloġiku Ewropew”, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (“Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt”), fejn ħabbret miżuri għal sistema tal-ikel tal-Unjoni aħjar għas-saħħa u aktar sostenibbli. Permezz ta’ dawk il-miżuri, il-Kummissjoni tfittex, fost oħrajn, li tistimula r-riformulazzjoni fil-każ ta’ prodotti tal-ikel għoli fiz-zokkor u li tiffaċilita l-bidla għal dieti tajbin għas-saħħa u sostenibbli. Barra minn hekk, sabiex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet tal-ikel infurmati, tajbin għas-saħħa u sostenibbli, il-Kummissjoni ħabbret estensjoni possibbli tal-indikazzjonijiet obbligatorji tal-oriġini jew tal-provenjenza għal ċerti prodotti, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-impatti fuq is-suq intern. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE (3) tistabbilixxi definizzjonijiet, ismijiet, regoli komuni dwar ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u l-kwalità u t-tikkettar għall-għasel. |
|
(3) |
Fid-dawl tar-rabta mill-qrib bejn il-kwalità tal-għasel u l-oriġini tiegħu u l-ħtieġa li jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, id-Direttiva 2001/110/KE tistabbilixxi regoli dwar it-tikkettar tal-oriġini għall-finijiet tal-indikazzjoni ta’ fejn ikun inġabar l-għasel. B’mod partikolari, l-Artikolu 2, punt 4, ta’ dik id-Direttiva jirrikjedi li l-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini minn fejn ikun inġabar l-għasel jiġu indikati fuq it-tikketta u jipprevedi li, jekk l-għasel joriġina f’aktar minn Stat Membru wieħed jew minn pajjiż terz, l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiżi ta’ oriġini tista’ tiġi sostitwita b’waħda minn dawn li ġejjin, kif xieraq: “taħlita ta’ għasel tal-UE”, “taħlita ta’ għasel mhux tal-UE”, “taħlita ta’ għasel tal-UE u mhux tal-UE”. Ir-regoli differenti adottati fuq dik il-bażi mill-Istati Membri setgħu qarrqu bil-konsumaturi u setgħu fixklu l-funzjonament tas-suq intern. |
|
(4) |
Minħabba l-interess partikolari li wrew il-konsumaturi fl-oriġini ġeografika tal-għasel, fid-dawl tal-objettiv tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” li l-konsumaturi jiġu abilitati fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati, inkluż fir-rigward tal-oriġini tal-ikel tagħhom, u fl-interess li jiġi ppreżervat il-funzjonament effiċjenti tas-suq intern fl-Unjoni kollha permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli tat-tikkettar, huwa xieraq li r-regoli għat-tikkettar tal-oriġini tal-għasel jiġu riveduti. Jenħtieġ li din id-Direttiva, bħala regola standard, tirrikjedi li l-pajjiż jew il-pajjiżi tal-oriġini jiġu indikati fuq it-tikketta f’ordni dixxendenti flimkien mal-perċentwal ta’ kull oriġini, fil-każ ta’ taħlitiet, b’tolleranza ta’ 5 % għal kull sehem individwali fit-taħlita, ikkalkulata abbażi tad-dokumentazzjoni tat-traċċabbiltà tal-operatur. |
|
(5) |
Madankollu, sabiex jiġi żgurat ċertu grad ta’flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu li, fil-każ ta’ taħlitiet tal-għasel b’aktar minn erba’ pajjiżi ta’ oriġini differenti, ikun permess li jiġu indikati f’termini ta’ perċentwal l-akbar erba’ ishma biss, sakemm dawn flimkien jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total. Jenħtieġ li kwalunkwe pajjiż tal-oriġini li jibqa’, jiġi indikat, f’ordni dixxendenti, bħal fil-każ fejn tiġi applikata r-regola standard. Tali flessibbiltà ma tfixkilx il-moviment ħieles tal-għasel ittikkettat skont ir-regola standard, peress li r-regola standard tipprovdi għal informazzjoni aktar kompleta li għandha tingħata lill-konsumaturi. Mir-relazzjoni bejn ir-regola standard u din ir-regola tal-flessibbiltà, jirriżulta li, fil-każ ta’ aktar minn erba’ pajjiżi ta’ oriġini, fejn l-ishma tal-ħames pajjiż ta’ oriġini jew iktar ikunu identiċi għar-raba’ wieħed, ma jkunx possibbli li jiġu indikati l-akbar erba’ ishma biss u b’hekk jenħtieġ li tapplika r-regola standard. |
|
(6) |
Fid-dawl tad-daqs imnaqqas ta’ pakketti li fihom porzjon wieħed biss ta’ għasel ta’ 30 g jew inqas u tad-diffikultajiet tekniċi li jirriżultaw, huwa xieraq li jiġi previst li, fil-każ tat-taħlitiet tal-għasel, minflok l-isem sħiħ tal-pajjiżi tal-oriġini, ikun jista’ jintuża kodiċi standardizzat u magħruf internazzjonalment, jiġifieri l-istandard internazzjonali ISO 3166 li jiddefinixxi kodiċijiet ta’ ittri rikonoxxuti internazzjonalment sabiex jirreferi għall-pajjiżi. B’mod partikolari, l-użu tal-kodiċi b’żewġ ittri alfa-2, li huwa rakkomandat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni bħala l-kodiċi ta’ skop ġenerali, huwa adegwat biex jindirizza d-diffikultajiet tekniċi minħabba d-daqs imnaqqas tal-pakketti. |
|
(7) |
Il-pjan ta’ kontroll ikkoordinat tal-Kummissjoni għall-awtentiċità tal-għasel (2015–2017) u l-azzjoni kkoordinata tal-Kummissjoni “From the Hives” (Mill-kaxex tan-Naħal) (2021-2022) jenfasizzaw li perċentwal għoli ta’ għasel imqiegħed fis-suq tal-Unjoni huwa suspettat li qed jiġi adulterat. Jeħtieġ li jiġi żgurat li jkunu disponibbli metodi armonizzati ta’ analiżi biex tiġi identifikata l-adulterazzjoni tal-għasel prodott u kkummerċjalizzat fl-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta’ tali metodi uniformi, minbarra s-setgħat ta’ implimentazzjoni eżistenti msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/110/KE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Huwa xieraq li tiġi stabbilita skadenza speċifika għall-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat. |
|
(8) |
Ċerti trattamenti bis-sħana jistgħu jirriżultaw fid-degradazzjoni tal-kostitwenti tal-għasel, b’mod partikolari l-enzimi. It-trab tad-dakra, li huwa kostitwent ewlieni tal-għasel u jipprovdi rabta mal-oriġini botanika tiegħu, jista’ jagħti indikazzjonijiet dwar l-oriġini ġeografiku tal-għasel. Sabiex jiġu żgurati prattiki kummerċjali ġusti u jiġu protetti l-interessi tal-konsumatur, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji biex jiġu ddeterminati l-fjuri, il-ħxejjex jew iż-żona ġeografika li minnhom joriġina l-għasel, u biex jiġi żgurat li l-għasel li jiġi introdott fis-suq ikun konformi madDirettiva 2001/110/KE b’mod partikolari biex tiġi evitata d-diżattivazzjoni tal-enzimiu biex jiġi żgurat li t-trab tad-dakra ma jitneħħiex b’mod sinifikanti. |
|
(9) |
Sabiex jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi, biex tiġi limitata, kemm jista’ jkun, il-frodi marbuta ma’ prodotti adulterati li ma jikkorrispondux mad-denominazzjoni ta’ “għasel”, biex tkun tista’ ssir il-validazzjoni tal-informazzjoni pprovduta dwar l-oriġini u l-kwalità tal-għasel, u biex tiġi pprovduta l-akbar trasparenza, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill- Kummissjoni fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ traċċabbiltà li jiżguraw id-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali dwar l-oriġini tal-għasel u aċċess għaliha, inkluż il-pajjiż ta’ oriġini fil-katina tal-provvista tal-Unjoni, mill-produttur tal-ħsad jew l-importatur sal-konsumaturi.Ir-rekwiżiti armonizzati ta’ traċċabbiltà għall-għasel prodott u importat fl-Unjoni huma meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jittraċċaw il-katina kollha tal-provvista lura sa mill-inqas għall-ewwel pass fi ħdan il-fruntieri tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk ir-regoli ma jżidux il-piż amministrattiv fuq il-produtturi iżda jenħtieġ li jagħmluha aktar faċli għall-konsumaturi u l-awtoritajiet superviżorji li jżommu rendikont tal-vjaġġ kollu tal-għasel mill-ġbir sal-ibbottiljar fl-Unjoni. Għalhekk, permezz tar-rekwiżiti l-ġodda tat-traċċabbiltà tal-għasel, jenħtieġ li tiġi żgurata informazzjoni preċiża dwar l-oriġini tal-għasel u l-awtentiċità tiegħu fil-katina tal-provvista tiegħu. Bil-ħsieb ta’ sistema ta’ traċċabbiltà, u sabiex jiġu fformulati r-rekwiżiti l-aktar xierqa, fost l-oħrajn, rigward l-analiżi ta’ soluzzjonijiet jew metodi diġitali disponibbli, inkluż, fejn xieraq, kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku jew tekniki simili, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel studju tal-fattibbiltà. |
|
(10) |
Meta tadotta dawk l-atti delegati, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
|
(11) |
Sabiex il-Kummissjoni tiġi appoġġata bl-aħjar għarfien espert tekniku disponibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita pjattaforma. Jenħtieġ li dik il-pjattaforma, fost l-oħrajn, tipprovdi rakkomandazzjonijiet għal sistema ta’ traċċabbiltà tal-Unjoni li tiżgura d-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali dwar l-oriġini tal-għasel u l-aċċess għaliha, inkluż fejn xieraq il-pajjiż tal-oriġini, is-sena tal-produzzjoni u identifikatur uniku tal-produttur, fil-katina tal-provvista tal-Unjoni, mill-produttur tal-ħsad jew l-importatur sal-konsumatur. Jenħtieġ li tappoġġa wkoll l-istabbiliment futur ta’ laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni għall-għasel biex jittejbu l-kontrolli u tiġi identifikata l-adulterazzjoni fl-għasel permezz ta’ metodi armonizzati, u biex l-għasel jiġi ttestjat b’mod sistematiku bl-użu tal-aħħar metodi ta’ ttestjar biex tiġi ppruvata l-awtentiċità u l-kwalità tal-għasel. |
|
(12) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE (6) tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-meraq tal-frott u ta’ ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum mill-bniedem sabiex jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi u biex jissaħħaħ il-moviment liberu ta’ dawk il-prodotti. |
|
(13) |
Fl-2012, id-Direttiva 2001/112/KE ġiet emendata bid-Direttiva 2012/12/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) biex tirrifletti r-regoli l-ġodda dwar l-ingredjenti awtorizzati, bħal dawk taż-żieda taz-zokkor, li ma kinux għadhom awtorizzati fil-meraq tal-frott. Fid-dawl ta’ dik il-bidla fir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni għall-meraq tal-frott, l-industrija tal-meraq tal-frott setgħet tuża, għal sena waħda biss, dikjarazzjoni li tindika li l-ebda meraq tal-frott ma fih zokkor miżjud, sabiex il-konsumaturi jiġu infurmati u jkunu jistgħu jagħmlu distinzjoni ċara u immedjata bejn il-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili oħra fir-rigward taż-żieda taz-zokkor fil-prodotti. Dik il-medda qasira ta’ żmien ma kinitx biżżejjed biex tinforma lil konsumaturi li, skont ir-regoli l-ġodda dwar l-ingredjenti awtorizzati, iż-żieda taz-zokkor ma għadhiex awtorizzata fil-meraq tal-frott. F’konformità mal-Parti II, il-punt 2, il-ħames inċiż tal-Anness I, tad-Direttiva 2001/112/KE, in-nektars tal-frott li la fihom zokkor miżjud u lanqas sustanzi ta’ taħlil jista’ jkollhom l-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni “bla zokkor miżjud” jew kwalunkwe dikjarazzjoni li x’aktarx ikollha l-istess tifsira għall-konsumatur, akkumpanjata mill-indikazzjoni “fih zokkor naturali”. B’riżultat ta’ dan, għal xi konsumaturi u l-prattikanti tas-saħħa, għadu ma huwiex ċar li l-meraq tal-frott, għall-kuntrarju tan-nektars tal-frott, ma jistax ikun fih zokkor miżjud. Dan seta’ qarraq bil-konsumaturi peress li r-riċerka wriet li, fejn għandha ssir għażla fost diversi prodotti b’kompożizzjoni ta’ nutrizzjoni identika jew simili ħafna, il-prodotti li jkollhom indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jkun preferut. |
|
(14) |
Għalhekk, meta jitqies, b’mod partikolari, li l-konsumaturi huma dejjem aktar konxji tat-tħassib dwar is-saħħa marbut mal-konsum taz-zokkor, huwa xieraq li r-regoli dwar l-użu ta’ dikjarazzjonijiet dwar iz-zokkor għall-meraq tal-frott jiġu riveduti biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Għalhekk huwa xieraq li tinħoloq regola speċjali għall-użu volontarju ta’ dikjarazzjoni li tindika li l-meraq tal-frott fih biss zokkor naturali.Tali dikjarazzjoni hija maħsuba biex tirreferi għal karatteristiċi li jirriżultaw mid-definizzjoni ta’meraq tal-frott stabbilta’fid-Direttiva 2001/112/KE u mill-ingredjenti awtorizzati għall-meraq tal-frott identifikati fiha. L-introduzzjoni ta’ tali dikjarazzjoni tippreżenta informazzjoni veritiera u preċiża lill-konsumaturi f’konformità mal-objettivi li huma jiġu infurmati dwar il-karatteristiċi ta’ nutrizzjonali tal-prodotti u li jkun aktar faċli li ssir distinzjoni bejn il-meraq tal-frott minn naħa u n-nektars tal-frott min-naħa l-oħra, u li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati |
|
(15) |
Bħala riżultat tal-progress tekniku, ġew żviluppati, jew qed jiġu żviluppati, tekniki ġodda ta’ pproċessar biex jitneħħa kompletament jew parzjalment iz-zokkor naturali mill-meraq tal-frott u mill-meraq tal-frott minn konċentrat, biex tiġi indirizzata d-domanda dejjem tikber tal-konsumaturi għal prodotti b’kontenut aktar baxx ta’ zokkor. Dawn il-prodotti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni sal-punt li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha. Madankollu, dawk il-prodotti jinkisbu bl-applikazzjoni ta’ trattament li ma huwiex wieħed mit-trattamenti awtorizzati elenkati fil-Parti II, il-punt 3, tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE, u l-kontenut totali ta’ zokkor tagħhom ikun anqas minn dak tal-meraq estratt mill-frott. B’riżultat ta’ dan, ma jistax ikollhom l-isem tal-prodott “meraq tal-frott”,“meraq tal-frott minn konċentrat”, “meraq tal-frott ikkonċentrat” jew “meraq tal-frott minn konċentrat”. |
|
(16) |
Dawn il-prodotti qed isiru dejjem aktar disponibbli fis-suq tal-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta’ dawk il-prodotti u biex ikunu jistgħu jsiru r-riformulazzjoni u l-innovazzjoni tal-prodotti, u mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli tal-Unjoni, jenħtieġ li tinħoloq kategorija ġdida ta’ prodotti għall-meraq tal-frott li z-zokkor naturali tiegħu jkun tnaqqas filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, organolettiċi u nutrizzjonali essenzjali l-oħra ta’ tip medju ta’ meraq mill-frott li jiġi minnu. Għandu jkun possibbli għal dawk il-prodotti li jkollhom l-isem tal-prodott “meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas”, “meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas minn konċentrat” jew “meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas ikkonċentrat”. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li t-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor ikun tal-anqas 30 % meta mqabbel ma’ tip medju ta’ meraq tal-frott, meraq tal-frott mill-konċentrat u meraq tal-frott ikkonċentrat li jkun ġej minnu, rispettivament. Għalhekk, huwa xieraq li jiżdiedu dawk il-kategoriji ġodda ta’ prodotti jiġu inklużi fil-Parti I tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE, kif ukoll li jiġu stabbiliti regoli dwar l-ingredjenti awtorizzati għal dawk il-prodotti u dwar il-proċessi tat-trattamenti u s-sustanzi awtorizzati fil-Parti II ta’ dak l-Anness. Bħal fil-każ ta’ tipi oħra ta’ meraq tal-frott, jenħtieġ li l-użu ta’ sustanzi ta’ taħlil jew iż-żieda ta’ ingredjenti bi proprjetajiet ta’ ħlewwa ma jkunux permessi għal dawk il-kategoriji ġodda ta’ prodotti. |
|
(17) |
F’konformità mal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE, in-nektars tal-frott jista’ jkun fihom zokkor miżjud, għasel jew it-tnejn li huma. Sabiex jiġu appoġġati l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-frott, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi stimulata r-riformulazzjoni tal-prodott biex jitnaqqas l-ammont ta’ zokkor preżenti fin-nektars tal-frott, jenħtieġ li l-proporzjon ta’ zokkor jew ta’ għasel li jista’ jiżdied man-nektars tal-frott li huma baxxi b’mod naturali fl-aċidità u li għandhom togħma tajba jitnaqqas. |
|
(18) |
Wara t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, se jkun f’idejn il-produtturi tal-kategoriji l-ġodda ta’ meraq tal-frott, jiġifieri meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas, meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas ikkonċentrat, u meraq tal-frott b’zokkor imnaqqas minn konċentrat, li jużaw il-proċessi awtorizzati b’tali mod li l-prodott finali jissodisfa l-karatteristiċi meħtieġa mid-Direttiva 2001/112/KE. Madankollu, sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2001/112/KE, kif emendata b’din id-Direttiva, f’dak ir-rigward, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUEtiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regoli dwar il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, organolettiċi u nutrizzjonali tal-prodotti taz-zokkor imnaqqsa kkonċernati kif ukoll l-użu tal-proċessi awtorizzati biex jitnaqqas l-ammont taz-zokkor. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
|
(19) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-metodi ta’ analiżi biex tiġi żgurata konformità mal-karatteristiċi tal-kompożizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ meraq tal-frott ikkummerċjalizzati fl-Unjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(20) |
Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku u l-objettiv tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt li tappoġġa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati, u fid-dawl tal-interess għoli tal-konsumaturi fit-tikkettar li tindika l-oriġini tal-ikel, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jipprovdi valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-possibbiltajiet differenti għat-tikkettar li jindika l-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini fejn il-frott jew il-frott użat għall-manifattura tal-meraq tal-frott u l-purè tal-frott ikun inħasad, akkumpanjat, fejn ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva. |
|
(21) |
Il-Parti II, il-punt 3, tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE tirregola t-trattamenti u s-sustanzi awtorizzati għall-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili. Il-proteina miż-żerriegħa tal-ġirasol qed tintuża dejjem aktar għall-konsum dirett mill-bniedem u intwera li hija għodda effiċjenti għat-tisfija tal-meraq tal-frott. Sabiex jitqies dak il-progress, il-proteini miż-żerriegħa tal-ġirasol jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ trattamenti u sustanzi awtorizzati. |
|
(22) |
Il-meraq estratt mill-ġewż tal-Indi qiegħed jiġi kkummerċjalizzat u kkonsmat dejjem aktar fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3, punt 2, tad-Direttiva 2001/112/KE, l-isem legali ta’ dak il-prodott huwa “meraq tal-ġewż tal-Indi”. Madankollu, l-istandard internazzjonali rifless fl-Istandard Ġenerali tal-Codex għall-meraq u n-nektars tal-frott (CXS 247-2005) jindika li l-isem “ilma tal-ġewż tal-Indi” huwa sinonimu ma’ “meraq tal-ġewż tal-Indi”, li jiġi estratt direttament mill-ġewż tal-Indi mingħajr ma jiġi espress il-laħam tal-ġewż tal-Indi. Huwa għalhekk xieraq li jiżdied “ilma tal-ġewż tal-Indi” bħala denominazzjoni partikolari fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat li d-denominazzjoni partikolari tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-konsumaturi kollha fl-Unjoni, huwa xieraq li tiġi prevista għall-possibbiltà li jintuża “ilma tal-ġewż tal-Indi” fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Barra minn hekk, peress li l-meraq tal-ġewż tal-Indi minn konċentrat jista’ jinkiseb bir-rikostituzzjoni tal-meraq ikkonċentrat tal-ġewż tal-Indi b’ilma tajjeb għax-xorb, huwa xieraq li jiġi ddefinit livell Brix minimu għal dak il-prodott fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva. |
|
(23) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE (9) tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-ġamm tal-frott, il-ġelatina u l-marmellata u l-purè tal-qastan mogħti l-ħlewwa maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
|
(24) |
L-Artikolu 2, punt 4, tad-Direttiva 2001/113/KE jipprevedi l-indikazzjoni obbligatorja tal-kontenut taz-zokkor fuq it-tikkettar, sakemm ma ssirx indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni għaz-zokkor fuq it-tikkettar. Dak ir-rekwiżit mar lil hinn mir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE (10), li pprovda li l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq ikel ippakkjat bil-lest kienet volontarja sakemm ma tkunx saret indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni u li, fejn tkun saret indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni għaz-zokkor, din kellha tinkludi l-ammonti ta’ zokkor. Id-Direttiva 90/496/KEE tħassret u ġiet issostitwita bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Skont dak ir-Regolament, l-għoti ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq l-imballaġġ issa huwa obbligatorju. Għalhekk, dispożizzjoni speċifika dwar it-tikkettar rigward iz-zokkor ma għadhiex meħtieġa fid-Direttiva 2001/113/KE u huwa xieraq li titħassar. |
|
(25) |
Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku u l-objettiv tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt li tappoġġa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati u fid-dawl tal-interess għoli tal-konsumaturi fit-tikkettar li jindika l-oriġini tal-ikel, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jipprovdi valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-possibbiltajiet differenti għat-tikkettar li jindika l-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini fejn il-frott jew il-frott użat għall-manifattura tal-meraq, marmellati taċ-ċitru u l-purèe tal-frott ikun inħasad, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva |
|
(26) |
Il-Parti I tal-Anness I tad-Direttiva 2001/113/KE tistabbilixxi l-kwantità minima ta’ frott li għandha tintuża fil-manifattura tal-ġamm, tal-ġelatina, tal-ġamm extra jew tal-ġelatina extra. L-użu tat-termini “ġamm extra” u “ġelatina extra” huwa riżervat għall-prodotti manifatturati bi kwantità ogħla ta’ frott meta mqabbla mal-“ġamm” u mal-“ġelatina”, rispettivament. Il-Parti II ta’ dak l-Anness tistabbilixxi l-kontenut minimu ta’ materja niexfa solubbli, jiġifieri zokkor kemm jekk naturali fil-frott kif ukoll jekk miżjud għal dawk il-prodotti, u, sabiex jitqiesu t-tradizzjonijiet nazzjonali eżistenti fil-produzzjoni tal-ġamm tal-frott, tal-ġelatina u tal-marmellata, u tal-purè tal-qastan mogħtija l-ħlewwa, tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw kontenut minimu aktar baxx ta’ materja niexfa solubbli. |
|
(27) |
Meta tiżdied il-kwantità ta’ frott użat għall-manifattura tal-ġamm u tal-ġelatina, jitnaqqas l-ammont ta’ zokkor miżjud meħtieġ biex jintlaħaq il-kontenut minimu ta’ materja niexfa solubbli f’dawk il-prodotti. Sabiex tiġi stimulata l-produzzjoni ta’ ġamm u ġelatini b’kontenut għoli ta’ frott u b’hekk jiġi appoġġat is-suq tal-frott filwaqt li titqies il-ħtieġa li jitnaqqas l-ammont taz-zokkor liberu, jenħtieġ li l-kwantità minima ta’ frott li għandha tintuża fil-manifattura ta’ ġammijiet u ġelatini stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2001/113/KE tiżdied. Bl-istess mod, bil-għan li l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet tal-ikel aktar infurmati u tajbin għas-saħħa, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-ismijiet riżervati definiti fil-Parti I ta’ dak l-Anness għal prodotti li għandhom kontenut ta’ materja niexfa solubbli ta’ anqas minn 60 % iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni “biz-zokkor imnaqqas” stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
(28) |
L-Anness I tad-Direttiva 2001/113/KE jirrestrinġi t-terminu “marmellata” għal taħlita partikolari ta’ frott taċ-ċitru. Madankollu, f’għadd ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni, filwaqt li l-ismijiet legali stabbiliti f’dak l-Anness jintużaw fil-kummerċ biex jiddeżinjaw il-prodotti msemmija fih, il-konsumaturi spiss iħalltu t-termini “marmellata” u “ġamm” biex jirreferu għal ġamm minn frott għajr frott taċ-ċitru. Sabiex jitqies dak l-użu komuni mill-konsumaturi, fejn tali użu jeżisti, u filwaqt li jitqies il-fatt li l-isem armonizzat jibqa’ “ġamm”, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw, fit-territorju tagħhom, l-użu tat-terminu “marmellata” għall-isem tal-prodott “ġamm” fil-każ ta’ ġamm minn frott għajr frott taċ-ċitru. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumatur, jenħtieġ li t-terminu “marmellata taċ-ċitru”, fejn it-terminu “ċitru” jista’ jinbidel mal-isem tat-tip(i) ta’ frott taċ-ċitru użat, jintuża madwar l-Unjoni għall-prodott li sa issa kien iddefinit bħala “marmellata” sabiex issir distinzjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti.. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 2001/113/KE tiġi riveduta skont dan fir-rigward tal-ismijiet tal-prodotti “marmellata” u “marmellata taċ-ċitru” |
|
(29) |
Madankollu, fi Stat Membru li ma jagħmilx użu mill-għażla li jsejjaħ “ġamm”“marmellata” minħabba li l-konsumaturi ma jużawx dawk it-termini b’mod interkambjabbli f’dak l-Istat Membru, jenħtieġ li jibqa’ jkun possibbli li fil-każ ta’ marmellata taċ-ċitru li hi manifatturata minn tliet tipi ta’ frott jew aktar, jiġi awtorizzat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-użu tal-indikazzjoni “marmellata tal-frott imħallat” jew “marmellata ta’ [x] tipi ta’ frott”, fejn x hija l-għadd ta’ tipi ta’ frott użat. |
|
(30) |
L-Anness tII tad-Direttiva 2001/113/KE jelenka l-ingredjenti addizzjonali li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti koperti minn dik id-Direttiva. Il-meraq tal-frott taċ-ċitru jista’ jintuża bħala aġent aċidifikanti fil-ġamm, fil-ġamm extra, fil-ġelatina u fil-ġelatina extra miksuba minn tipi oħra ta’ frott. Meta mqabbel ma’ meraq li ma joriġinax minn konċentrat, il-meraq tal-frott fil-forma kkonċentrata tiegħu huwa anqas voluminuż u anqas tqil biex jiġi ttrasportat, aktar stabbli, jista’ jiġi ppreżervat għal żmien itwal u jeħtieġ inqas konsum tal-enerġija biex jiġi evaporat il-kontenut tal-ilma meta jiġi mmanifatturat il-prodott finali tal-ġamm jew tal-ġelatina. L-użu tiegħu fil-produzzjoni tal-ġamm, il-ġamm extra, il-ġelatina u l-ġelatina extra huwa għalhekk aktar sostenibbli mill-meraq tal-frott frisk. Għalhekk huwa xieraq li f’dak l-Anness jiġi speċifikat li fejn meraq speċifiku huwa permess għall-użu fil-kategoriji differenti ta’ ġamm, ġamm żejjed, ġelatina u ġelatina extra, dawn jistgħu jintużaw f’forma kkonċentrata. |
|
(31) |
L-użu tal-addittivi tal-ikel bħalissa huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)„ li fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-ġamm u l-ġamm extra. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-raba’ inċiż fil-Parti B, il-punt 1 tal-Anness III, tad-Direttiva 2001/113/KE u li jiġi emendat l-Anness II tagħha skont dan. |
|
(32) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (13) tistabbilixxi definizzjonijiet u regoli komuni li jirregolaw il-kompożizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettar ta’ ċertu ħalib ippreżervat. |
|
(33) |
Il-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2001/114/KE jelenka t-trattamenti awtorizzati għall-ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-konsumaturi, jenħtieġ li jiġi awtorizzat trattament li jnaqqas il-livell ta’ lattożju fil-prodotti tal-ħalib. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-denominazzjoni partikolari għat-terminu Ingliż “evaporated milk” fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali definiti fl-Istandard Codex għal ħalib evaporat (CXS 281-1971). |
|
(34) |
Id-Direttivi 2001/110/KE, 2001/112/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE fihom referenzi għal atti mħassra. Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) tħassret u ġiet sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE (15) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE (16) tħassru u ġew sostitwiti bir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (17) tħassret u ġiet sostitwita bid-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Għalhekk, jenħtieġ li dawk ir-referenzi jiġu sostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (UE) Nru 1169/2011 u (KE) Nru 1333/2008 u d-Direttiva (UE) 2020/2184. |
|
(35) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2001/110/KE, 2001/112/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE jiġu emendati kif xieraq. |
|
(36) |
Sabiex l-Istati Membri jitħallew jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ 18-il xahar. Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva japplikaw biss minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
|
(37) |
Sabiex jitqiesu l-interessi tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew li jittikkettaw il-prodotti tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli qabel l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri tranżizzjonali adegwati. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva ttippermetti li dawk il-prodotti jitqiegħdu fis-suq għal żmien limitat wara l-perjodu ta’ traspożizzjoni. |
|
(38) |
Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu emendati r-regoli tal-Unjoni dwar il-kompożizzjoni u t-tikkettar tal-għasel, il-meraq tal-frott, il-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati, u ċertu ħalib ippreżervat disidrat in parti jew kollu, ma jistgħux jinkisbu b’mod adegwat mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2001/110/KE
Id-Direttiva 2001/110/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikoli 3 u 4 huma sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Fil-każ ta’ għasel biex jinħadem, il-kontenituri bil-kwantità, l-imballaġġ u d-dokumentazzjoni tal-bejgħ għandhom jindikaw b’mod ċar l-isem sħiħ tal-prodott kif stipulat fil-punt 3 tal-Anness I. Artikolu 4 Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-istandards internazzjonali u l-progress tekniku, tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodi ta’ analiżi biex jiġi vverifikat jekk l-għasel huwiex konformi ma’ din id-Direttiva; Il-Kummissjoni, sal-14 ta’ Ġunju 2028, filwaqt li tqis l-istandards internazzjonali i l-progress tekniku, għandha tadoatta atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu l-metodi ta’ analazi biex jiġi identifikat l-għasel adulterat. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7(2). Sal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jużaw metodi ta’ analiżi validati rikonoxxuti internazzjonalment bħal dawk approvati mill-Codex Alimentarius biex jivverifikaw il-konformità ma’ din id-Direttiva.” |
|
(3) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a 1. Sabiex jiġu żgurati prattiki kummerċjali ġusti u li jitħarsu l-interessi tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 6, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi dan li ġej:
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sal-14 ta’ Ġunju 2029. Qabel ma tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq studji tal-fattibbiltà. Fl-istudju tal-fattibbiltà li twettaq li jikkonċerna l-l-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tinkludi analiżi ta’ soluzzjonijiet jew metodi diġitali disponibbli, inkluż, fejn xieraq, kodiċi ta’ identifikatur uniku jew tekniki simili. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi, fl-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, arranġamenti tranżizzjonali xierqa għal prodotti introdotti fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-atti delegati. 2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6 biex temenda l-Anness II billi tadatta l-kriterji ta’ kompetizzjoni elenkati f’dak l-Anness għall-kriterji stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 4b 1. Hija stabbilita pjattaforma magħmula minn dawn li ġejjin:
2. Il-pjattaforma għandha:
3. Il-Kummissjoni għandha tippresiedi fuq il-pjattaforma. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dwar il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-pjattaforma. Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti b’għarfien espert speċifiku fuq bażi ad hoc.” |
|
(4) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej
|
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2001/112/KE
Id-Direttiva 2001/112/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 It-trattamenti u s-sustanzi elenkati fil-Parti II tal-Anness I u l-materja prima li tikkonforma mal-Anness II biss jistgħu jintużaw għall-manifattura tal-prodotti definiti fil-Parti I tal-Anness I. Barra minn hekk, in-nektars tal-frott għandhom jikkonformaw mal-Anness IV.” |
|
(3) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 7b 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf istabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-Direttiva. Dak il-Kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) . 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 7c Mhux aktar tard mill-14 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jipprovdi valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-possibbiltajiet differenti għat-tikkettar li jindika ll-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini fejn ikun inħasadil-frott jew il-frott użat għall-manifattura ta’ meraq tal-frott jew puré tal-frott. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjatat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
|
(6) |
L-Annessi I u III huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva; |
|
(7) |
fl-Anness IV, it-Taqsima I, l-erbgħa u għoxrin ringiela li tikkonċerna l-“Sfraġel” huwa sostitwit b’dan li ġej: “Sfarġel (Cydonia oblonga L.) 50”; |
|
(8) |
fl-Anness V, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja bejn ir-ringieli li jirrigwardaw ‘Passolina sewda’ u “Għeneb”:
|
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2001/113/KE
Id-Direttiva 2001/113/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Huma biss l-ingredjenti elenkati fl-Anness II u l-materja prima li tikkonforma mal-Anness III li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-prodotti definiti fl-Anness I.” |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Mhux aktar tard mill-14 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jipprovdi valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-possibbiltajiet differenti għat-tikkettar li jindika il-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ oriġini fejn il-frott jew il-frott użat għall-manifattura tal-ġamm tal-frott, il-ġelatini, il-marmellati taċ-ċitru u l-purè tal-qastan mogħtija l-ħlewwa jkunu nħasdu. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.” |
|
(4) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness II għal din id-Direttiva; |
|
(5) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Anness III, jitħassar il-Parti B, il-punt 1, ir-raba’ inċiż. |
Artikolu 4
Emendi għad-Direttiva 2001/114/KE
Id-Direttiva 2001/114/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) għandu japplika għall-prodotti definiti fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: (*6) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).”;" |
|
(2) |
Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Anness II, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 5
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-14 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-14 ta’ Ġunju 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
Miżuri tranżizzjonali
Il-prodotti li jiġu introdotti fis-suq jew li jiġu ttikkettati qabel l-14 ta’ Ġunju 2026, f’konformità mad-Direttivi 2001/110/KE, 2001/112/KE, 2001/113/KE u 2001/114/KE, jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C, C/2023/881, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/881/oj.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58).
(7) Id-Direttiva 2012/12/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 115, 27.4.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 rigward ċertu ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19).
(14) Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi mal-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27).
(16) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).
(17) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
(18) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I u III tad-Direttiva 2001/112/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS III DENOMINAZZJONIJIET PARTIKOLARI GĦAL ĊERTI PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I I. Denominazzjonijiet partikolari li jistgħu jintużaw biss fil-lingwa tad-denominazzjoni
II. Denominazzjonijiet partikolari li jistgħu jintużaw f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni
|
(*1) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1)”.”
ANNESS II
L-Anness I tad-Direttiva 2001/113/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).”." |
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).”.’
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1438/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)