|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1423 |
13.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 327/2023
tat-8 ta' Diċembru 2023
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/1423]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar Sigurtà Marittima (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Punt 56o (ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2. |
Fl-adattament (b), il-kliem “u l-Artikolu 2a” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “Artikolu 2”. |
|
3. |
It-test tal-adattament (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
It-test tal-adattament (e) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 6: “4. Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, iċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija. B’deroga mill-Artikoli 12(2)(e), 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Aġenzija, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”.” |
|
5. |
It-test tal-adattament (f) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7: “L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu privileġġi u immunitajiet lill-Aġenzija u lill-persunal tagħha ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.”.” |
|
6. |
It-test tal-adattament (g) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 10(2)(b), il-kliem “l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni,”.” |
|
7. |
It-test tal-adattament (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
8. |
Fl-adattament (i), in-numru “7.” huwa sostitwit bin-numru “12.”. |
|
9. |
L-adattament (b) huwa nnumerat mill-ġdid bħala adattament (c), l-adattamenti (c), (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (f), (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (m) rispettivament. |
|
10. |
Jiddaħħlu l-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) Nru 100/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Diċembru 2023, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti
għad-Deċiżjoni Nru 327/2023 li tinkorpora r-Regolament (UE) 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
Il-partijiet jirrikonoxxu li l-inkorporazzjoni ta’ dan l-att hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni diretta tal-Protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA fit-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 11 ta’ dak il-Protokoll.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1423/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)