European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1388

22.5.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1388

tal-11 ta’ Marzu 2024

li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2023/2623 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024–2027

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2623 (2) jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024-2027. Dak ir-Regolament fih żball rigward id-deżinjazzjoni ta’ diviżjoni tal-ICES b’rabta mal-applikazzjoni tal-eżenzjoni marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’.

(2)

Għalhekk, l-Artikolu 6(1), il-punt (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2623 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Peress li l-korrezzjoni prevista f’dan ir-Regolament għandha impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(4)

Jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2024,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

id-diviżjonijiet 7b sa 7k tal-ICES bit-tartaruni (SSC).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2623 tat-22 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd fl-Ilmijiet tal-Punent għall-perjodu 2024-2027 (ĠU L, 2023/2623, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2623/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1388/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)