|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1381 |
24.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1381
tat-23 ta’ Mejju 2024
li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, regoli ta’ proċedura għall-interazzjoni matul it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fil-livell tal-Unjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwarhom, u għall-parteċipazzjoni fihom, kif ukoll mudelli għal dawk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), il-punti (a) u (c), l-Artikolu 25(1), il-punt (b), u l-Artikolu 26(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2282 jistabbilixxi qafas ta’ appoġġ u proċeduri għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar it-teknoloġiji tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni u jistabbilixxi l-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (“il-Grupp ta’ Koordinazzjoni”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/2282, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli ta’ proċedura dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 8 sa 14 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tat-twettiq u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 15(1), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2021/2282, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta’ proċedura dettaljati għall-kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali u għall-interazzjoni, inkluż it-twaqqit tagħha, mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-sottogruppi tiegħu u l-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(7), il-punti (d), (e) u (g), ta’ dak ir-Regolament, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jadotta aktar regoli dwar it-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, jiġifieri gwida metodoloġika dwar il-ħidma konġunta, passi proċedurali dettaljati u l-perjodu ta’ żmien għat-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u għall-aġġornamenti tagħhom u gwida dwar il-ħatra ta’ assessuri u koassessuri għal valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità xjentifika tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, l-Artikoli 8(6) u 11(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 jipprevedu l-involviment ta’ pazjenti, esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. Skont l-Artikolu 25(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, il-Kummissjoni għandha tadotta, wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, regoli ta’ proċedura ġenerali dwar l-għażla u l-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u l-pazjenti, l-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti fil-livell tal-Unjoni. Abbażi ta’ dawn ir-regoli, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni, skont l-Artikolu 3(7), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2021/2282, għandu jiżgura l-involviment xieraq tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u l-esperti fil-ħidma tiegħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, il-Kummissjoni għandha tadotta l-format u l-mudelli għad-dossiers li jkun fihom informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra li jridu jiġu pprovduti mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, kif ukoll għar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u s-sommarju tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dawk il-formati u l-mudelli, biex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-preżentazzjoni tal-evidenza pprovduta mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tal-informazzjoni li tinsab fir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(6) |
Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għal valutazzjoni klinika konġunta ta’ kwalità għolja, jenħtieġ li dik il-valutazzjoni klinika tibda fl-istess ħin mal-proċedura ċentralizzata prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jiġifieri mal-konferma mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni valida għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 (3). Għalhekk, huwa xieraq li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jintalab jippreżenta l-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni previst fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-ambitu tal-valutazzjoni”) lill-Kummissjoni li taġixxi bħala s-segretarjat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni (“is-segretarjat tal-HTA”) fl-istess ħin li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti, lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni klinika konġunta ta’ prodott mediċinali skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 titwettaq b’mod parallel mal-proċedura ċentralizzata prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal dak il-prodott mediċinali. Il-valutazzjoni klinika konġunta għandha titwaqqaf, pereżempju, meta tiġi rtirata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti, jew meta l-eżitu tal-proċedura ċentralizzata jkun negattiv għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti. Għalhekk, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jenħtieġ li jiġi infurmat dwar preżentazzjonijiet ta’ applikazzjonijiet validi għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq eżistenti tal-prodotti mediċinali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2282 u dwar l-aġġornamenti tal-passi fil-proċedura ċentralizzata, inkluż il-bidliet fl-iskedi ta’ żmien previsti. |
|
(8) |
L-ambitu tal-valutazzjoni huwa bbażat fuq l-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi tal-prodott mediċinali. Għalhekk, bil-ħsieb li s-sottogrupp dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti (“is-Sottogrupp JCA”) ikun jista’ jaġġorna l-ambitu tal-valutazzjoni fejn jitqies xieraq, filwaqt li jippreserva s-separazzjoni tal-mandati rispettivi tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tinforma lis-segretarjat tal-HTA dwar kwistjonijiet sostanzjali jew kwistjonijiet pendenti li jista’ jkollhom impatt fuq l-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi proposti mill-applikant għall-prodott mediċinali soġġett għal valutazzjoni klinika konġunta. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-assessur u l-koassessur u s-Sottogrupp JCA jiksbu aċċess bikri għall-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u għar-rapport ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4), il-punti (a) u (e) rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 28, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-segretarjat tal-HTA għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, dwar il-ħidma konġunta msemmija fl-Artikoli 7 sa 22 tar-Regolament (UE) 2021/2282 relatata mal-prodotti mediċinali, inkluż il-kondiviżjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. Għalhekk, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti konkreti u l-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jenħtieġ li jsir permezz tas-segretarjat tal-HTA. Is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jiżgura li l-informazzjoni kollha li jirċievi tiġi kkomunikata lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, lis-sottogruppi rilevanti tiegħu u/jew lill-assessur u lill-koassessur, kif xieraq, malli jirċeviha. |
|
(11) |
L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jenħtieġ li jiġi infurmat dwar il-bidu ta’ valutazzjoni klinika konġunta, dwar il-passi ta’ dik il-valutazzjoni, dwar l-aġġornament tagħha, kif ukoll dwar il-bidu mill-ġdid tagħha skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Jenħtieġ li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jiġi infurmat ukoll bid-deċiżjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni li jinkludi l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(12) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ proċedura ġenerali għall-għażla tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra li għandhom jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta. L-għażla jenħtieġ li tibda kmieni kemm jista’ jkun, kull meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jirċievi informazzjoni dwar il-preżentazzjonijiet li ġejjin tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(13) |
Is-Sottogrupp JCA jenħtieġ li jkollu l-għan li jagħżel il-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra li għandhom l-għarfien espert meħtieġ fil-qasam terapewtiku tal-valutazzjoni klinika konġunta, minn perspettiva Ewropea jew internazzjonali. Jenħtieġ li dawn l-esperti jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra jieħdu sehem fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti b’mod indipendenti u trasparenti, mingħajr kunflitt ta’ interess, jenħtieġ li dawn jintgħażlu u jiġu involuti biss fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti wara li l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet dwar il-kunflitti ta’ interess tagħhom, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2282 u mar-regoli ta’ proċedura ġenerali adottati skont l-Artikolu 25(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra li ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità biss ikunu involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(15) |
Is-sottogrupp JCA jenħtieġ li jagħti l-opportunità lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, lill-organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa u lis-soċjetajiet kliniċi u mgħallma jipprovdu l-input tagħhom dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(16) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv li, matul l-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni, il-ħtiġijiet tal-Istati Membri jiġu msarrfa fl-aktar għadd baxx possibbli ta’ settijiet ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini tal-popolazzjoni tal-pazjenti, l-intervent, il-komparaturi u l-eżiti tas-saħħa, jenħtieġ li l-assessur, bl-assistenza tal-koassessur, iħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni li se sservi bħala bażi għall-Istati Membri biex jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ambitu tal-valutazzjoni jkun inklużiv u jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni mħejjija mill-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, tiġi kondiviża mal-membri tas-Sottogrupp JCA. Jenħtieġ li dawn il-membri jikkonsultaw lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tal-Istat Membru rispettiv. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi regoli ta’ proċedura sabiex tiżgura li jiġi żviluppat l-ambitu tal-valutazzjoni, filwaqt li tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba u tqis l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u l-input riċevut mingħand il-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra. |
|
(19) |
L-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 11(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2282 jistabbilixxu l-iskeda ta’ żmien għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għall-prodotti mediċinali b’referenza għall-iskeda ta’ żmien applikabbli għall-proċedura ċentralizzata prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-iskadenzi għall-finalizzazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni u tal-abbozz tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti mis-Sottogrupp JCA. Dawn l-iskadenzi jenħtieġ li jirreferu għall-passi ewlenin tal-proċedura ċentralizzata. u jenħtieġ li jikkonformaw mal-iskadenzi ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2282. Meta l-Artikolu 11(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2282 ma japplikax, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi dawn l-iskadenzi bl-għan li ttejjeb l-aċċess f’waqtu tal-pazjenti għat-teknoloġiji tas-saħħa. |
|
(20) |
Sabiex jikkontribwixxi għall-kompletezza u l-kwalità għolja tad-dossier u t-twettiq bla xkiel tal-valutazzjoni klinika konġunta, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jenħtieġ li jingħata l-opportunità li jitlob laqgħa ta’ spjegazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni mas-Sottogrupp JCA. |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi skadenzi li jenħtieġ li jagħtu lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa biżżejjed żmien biex iħejji u jippreżenta d-dossier għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli li jipprovdu l-possibbiltà li tiġi estiża l-iskadenza għall-preżentazzjoni tad-dossier f’każijiet ġustifikati, madankollu mingħajr ma tmur lil hinn mill-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(22) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi skadenzi li jagħtu biżżejjed żmien lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa biex jieħu l-azzjonijiet li ġejjin: a) jipprovdi l-informazzjoni, id-data, l-analiżi u l-evidenza l-oħra nieqsa kif indikat fit-tieni talba tal-Kummissjoni; b) jipprovdi aktar speċifikazzjonijiet jew informazzjoni, data, analiżijiet, jew evidenza oħra addizzjonali; c) jipprovdi aġġornamenti għal informazzjoni pprovduta qabel imsemmija fl-Artikoli 10(8) u 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282; d) jindika ineżattezzi tekniċi jew fattwali fl-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi u kwalunkwe informazzjoni li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jqis bħala kunfidenzjali. |
|
(23) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-iskadenzi għall-valutazzjoni tagħha dwar jekk id-dossier ippreżentat mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta, kif xieraq, lill-assessur u l-koassessur meta twettaq din il-valutazzjoni. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli ta’ proċedura biex tiżgura li l-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra jkunu involuti fil-proċess ta’ valutazzjoni billi jingħataw l-opportunità li jipprovdu input dwar l-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi. |
|
(25) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jinforma b’mod proattiv lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni meta ssir disponibbli data klinika ġdida matul il-proċess tal-valutazzjoni klinika konġunta. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-iskadenza sa meta l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jippreżenta din id-data klinika ġdida sabiex titqies fl-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi. |
|
(26) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-iskadenza għall-finalizzazzjoni tal-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi mis-Sottogrupp JCA. Jenħtieġ li dan jiżgura l-għoti fil-ħin tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u jippermetti lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni jikkonforma mal-iskadenza għall-konklużjoni tal-valutazzjoni klinika konġunta stabbilita fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2282. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll l-iskadenza biex il-Grupp ta’ Koordinazzjoni japprova l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi, bl-għan li jittejjeb l-aċċess f’waqtu tal-pazjenti għat-teknoloġiji tas-saħħa. |
|
(27) |
Meta, matul il-proċedura ċentralizzata, ikun hemm bidla fl-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi inizjalment ippreżentata/i fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti, is-Sottogrupp JCA jenħtieġ li jiddeċiedi jekk il-valutazzjoni klinika konġunta għandhiex titkompla jew terġa’ tinbeda. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura li japplikaw fil-każ li jrid jiġi żviluppat ambitu ġdid tal-valutazzjoni. |
|
(28) |
Jenħtieġ li ċerti regoli ta’ proċedura u skadenzi speċifiċi japplikaw meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282 jew meta jsir aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(29) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, it-traċċabbiltà u s-segretezza professjonali, kif ukoll biex jingħata kontribut għall-konformità proċedurali tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, jenħtieġ li kwalunkwe korrispondenza mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-Sottogrupp JCA, is-segretarjat tal-HTA, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tintbagħat f’format diġitali permezz tal-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“il-pjattaforma tal-IT tal-HTA”). |
|
(30) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f’konformità mal-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-regoli dwar l-ipproċessar, permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA, ta’ data personali għall-iskopijiet tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom. B’mod partikolari, jispeċifika d-data personali li tista’ tiġi pproċessata permezz ta’ dik il-pjattaforma, jiġifieri ċerta data personali relatata mal-pazjenti, l-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom u ċerta data personali relatata mar-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA, ir-rappreżentanti tal-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa u r-rappreżentanti tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“in-network tal-partijiet ikkonċernati tal-HTA”). Dan ir-Regolament jiddetermina wkoll li l-Kummissjoni għandha titqies bħala l-kontrollur tal-ipproċessar tad-data personali permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA fis-sens tal-Artikolu 3, il-punt 8, tar-Regolament (UE) 2018/1725. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA u r-rappreżentanti tagħhom barra mill-pjattaforma tal-IT tal-HTA għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(31) |
L-identità tal-pazjent tista’ tiżvela l-istatus tas-saħħa tal-pazjent fir-rigward tas-suġġett tal-valutazzjoni klinika konġunta u għalhekk jenħtieġ li titqies bħala kategorija speċjali ta’ data personali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Għalhekk, jenħtieġ li data bħal din tiġi pproċessata biss meta jiġu ssodisfati l-kriterji tal-Artikolu 10(2), il-punt (i), ta’ dak ir-Regolament. Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. B’mod partikolari, l-ebda data personali tal-pazjenti ma għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, ir-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA, kif ukoll il-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom, huma soġġetti għal rekwiżit ta’ segretezza professjonali, anke wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolament jispeċifika li l-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra li ffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità biss għandhom ikunu involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(32) |
Sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà li jiġi vverifikat jekk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti twettqux b’mod proċeduralment konformi, b’mod partikolari fil-każ ta’ lmenti jew litigazzjoni, jixraq li jiġi previst perjodu taż-żamma tad-data personali u rieżami tagħha f’intervalli regolari. |
|
(33) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, minn naħa waħda, u l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali għal raġunijiet kummerċjali, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika l-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapporti ta’ sinteżi, flimkien mad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3), il-punti (d) u (i), tar-Regolament (UE) 2021/2282, wara li tkun qieset il-fehmiet tas-Sottogrupp JCA dwar in-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li tinsab f’din id-dokumentazzjoni, li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun talab li tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. |
|
(34) |
Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali jridu jitwettqu mid-data li fiha japplika r-Regolament (UE) 2021/2282, jiġifieri mit-12 ta’ Jannar 2025. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mit-12 ta’ Jannar 2025. |
|
(35) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta’ April 2024. |
|
(36) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ta’ proċedura dettaljati għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward ta’:
|
(a) |
il-kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali; |
|
(b) |
l-interazzjoni, inkluż iż-żmien tagħha, mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-sottogruppi tiegħu u l-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali u l-aġġornamenti tagħhom; |
|
(c) |
ir-regoli ta’ proċedura ġenerali dwar l-għażla u l-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u l-pazjenti, l-esperti kliniċi, u esperti rilevanti oħra fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti fil-livell tal-Unjoni; |
|
(d) |
il-format u l-mudelli għad-dossiers b’informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra li għandhom jiġu pprovduti mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; |
|
(e) |
il-format u l-mudelli għar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta’ sinteżi dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
Artikolu 2
Informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni
1. L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għandhom, fl-istess ħin li jippreżentaw lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2282, jipprovdu lis-segretarjat tal-HTA informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni ta’ valutazzjoni klinika konġunta ta’ dawk il-prodotti mediċinali. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti:
|
(a) |
mis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott proposti mill-applikant; |
|
(b) |
mit-taqsima tal-ħarsa ġenerali klinika lejn il-fajl ta’ preżentazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. |
2. L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għandhom, fl-istess ħin li jippreżentaw applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, jipprovdu lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni rilevanti dwar l-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni ta’ valutazzjoni klinika konġunta ta’ dawk il-prodotti mediċinali. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti fl-indikazzjoni terapewtika ġdida proposta mill-applikant u t-taqsima ta’ ħarsa ġenerali klinika lejn il-fajl ta’ preżentazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
3. Jekk is-Sottogrupp JCA jqis li jkun meħtieġ, is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni f’laqgħa mas-Sottogrupp JCA jew bil-miktub.
Artikolu 3
Skambju ta’ informazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
1. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tinnotifika lis-segretarjat tal-HTA bil-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament malli tirċeviha.
2. Fir-rigward tal-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tinforma lis-segretarjat tal-HTA b’dan li ġej:
|
(a) |
preżentazzjoni ta’ applikazzjoni valida għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’konformità mal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, inkluż id-data li fiha l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ġiet ivvalidata u l-iskeda ta’ żmien għall-evalwazzjoni inizjali matul il-proċedura ċentralizzata; |
|
(b) |
preżentazzjoni ta’ applikazzjoni valida għal varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti li tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008, inkluż id-data li fiha l-applikazzjoni għal varjazzjoni f’awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti ġiet ivvalidata u l-iskeda ta’ żmien għall-evalwazzjoni inizjali matul il-proċedura ċentralizzata. |
3. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tipprovdi lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 dakinhar li toħroġ l-irċevuta ta’ applikazzjoni valida lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
4. Matul il-proċedura ċentralizzata għall-prodotti mediċinali soġġetti għal valutazzjoni klinika konġunta, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tinforma lis-segretarjat tal-HTA b’dan li ġej:
|
(a) |
l-aġġornamenti tal-passi fil-proċedura ċentralizzata, inkluż il-bidliet fl-iskedi ta’ żmien previsti; |
|
(b) |
kwistjonijiet sostanzjali jew kwistjonijiet pendenti li jista’ jkollhom impatt fuq l-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi tal-prodotti mediċinali proposti mill-applikant. |
Il-punt (a) japplika wkoll għall-prodotti mediċinali li l-valutazzjoni klinika konġunta tagħhom twaqqfet skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
Il-passi prinċipali għall-iskambju tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-kontenut eżatt tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata f’dawk il-passi, għandhom jiġu miftiehma mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, is-segretarjat tal-HTA u s-Sottogrupp JCA.
5. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tibgħat l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u r-rapport ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(4), il-punti (a) u (e) rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 lis-segretarjat tal-HTA sa mhux aktar tard minn 7 ijiem mill-adozzjoni tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-opinjoni finali tiegħu.
Artikolu 4
Informazzjoni lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni
Is-Segretarjat tal-HTA għandu jiżgura li l-informazzjoni kollha li tasal mingħand l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra u l-Istati Membri relatata mal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tiġi kkomunikata lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, lis-sottogruppi rilevanti tiegħu u/jew lill-assessur u l-koassessur, kif xieraq, malli jirċievi dik l-informazzjoni.
Artikolu 5
Informazzjoni lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu ta’ valutazzjoni klinika konġunta
Malli s-Sottogrupp JCA jaħtar assessur u koassessur biex iwettaq il-valutazzjoni klinika konġunta, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu tal-valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 6
Għażla ta’ pazjenti, esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra
1. Is-Sottogrupp JCA għandu jispeċifika, għal kull valutazzjoni klinika konġunta partikolari, il-marda, il-qasam terapewtiku kkonċernat u għarfien espert speċifiku ieħor, li abbażi tagħhom is-segretarjat tal-HTA għandu jidentifika l-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra li għandhom jiġu kkonsultati matul dik il-valutazzjoni klinika konġunta.
2. Is-Segretarjat tal-HTA għandu jiġbor lista ta’ pazjenti rilevanti, esperti kliniċi u, fejn meħtieġ, esperti rilevanti oħra, f’konsultazzjoni mas-Sottogrupp JCA u l-assessur u l-koassessur maħtura. Meta jiġbor il-lista, is-segretarjat tal-HTA jista’ jikkonsulta:
|
(a) |
lill-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati tal-HTA; |
|
(b) |
lin-networks Ewropej ta’ referenza għall-mard rari u kumpless u l-gruppi Ewropej li jirrappreżentaw il-pazjenti rispettivi tagħhom; |
|
(c) |
lill-portal għall-mard rari u l-mediċini orfni (“Orphanet”); |
|
(d) |
lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura f’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(e) |
lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. |
3. Meta l-konsultazzjoni tas-sorsi msemmija fil-paragrafu 2 ma tkun ippermettiet li jiġi identifikat għadd suffiċjenti ta’ pazjenti rilevanti, esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra, is-segretarjat tal-HTA jista’ jikkonsulta bażijiet tad-data jew direttorji eżistenti oħra jew jikkuntattja l-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-sottogruppi tiegħu u l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali.
4. Is-Segretarjat tal-HTA għandu jipprovdi lis-Sottogrupp JCA lista ta’ pazjenti, esperti kliniċi u, fejn meħtieġ, esperti rilevanti oħra disponibbli, wara li l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet dwar il-kunflitti ta’ interess tagħhom, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2282 u mar-regoli ta’ proċedura ġenerali adottati skont l-Artikolu 25(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament.
5. Is-Sottogrupp JCA għandu jagħmel l-għażla finali tal-pazjenti, tal-esperti kliniċi u, fejn meħtieġ, tal-esperti rilevanti l-oħra li għandhom jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta. Meta jagħmel l-għażla finali, is-Sottogrupp JCA għandu jagħti prijorità lill-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra li għandhom għarfien espert, li jkopru diversi Stati Membri, fil-qasam terapewtiku tal-valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 7
Obbligi ta’ segretezza professjonali tal-pazjenti, tal-esperti kliniċi u ta’ esperti rilevanti oħra
Is-segretarjat tal-HTA għandu jiżgura li l-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra li jkunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità biss ikunu involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti.
Artikolu 8
Konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
Fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni klinika konġunta, is-Sottogrupp JCA jista’ jfittex input dwar il-marda u l-qasam terapewtiku mill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa jew is-soċjetajiet kliniċi u mgħallma permezz tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati tal-HTA.
Artikolu 9
Proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni
1. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni b’sett tal-parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’ popolazzjoni tal-pazjenti, intervent, komparaturi u eżiti tas-saħħa, filwaqt li jqis l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa skont l-Artikolu 2. Fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni, l-assessur u/jew il-koassessur jistgħu jfittxu, permezz tas-segretarjat tal-HTA, input dwar l-ambitu tal-valutazzjoni mill-pazjenti, l-esperti kliniċi u/jew esperti rilevanti oħra magħżula f’konformità mal-Artikolu 6. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dan l-input disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu.
2. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni mal-membri tas-Sottogrupp JCA. Abbażi tal-input riċevut mill-Istati Membri, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata mal-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra magħżula f’konformità mal-Artikolu 6 u jagħtihom l-opportunità li jipprovdu input.
Artikolu 10
Finalizzazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni
1. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddiskuti l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata msemmija fl-Artikolu 9(2), kif ukoll l-input tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra matul laqgħa dwar il-konsolidazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni. Is-Sottogrupp JCA, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jista’ jistieden lill-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra jipprovdu l-input tagħhom matul parti ddedikata tal-laqgħa dwar il-konsolidazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni.
2. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni mhux aktar tard minn 10 jum wara li l-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem jadotta l-lista ta’ mistoqsijiet tiegħu.
Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni fi żmien 75 jum mill-jum li fih l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tivvalida l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti, fejn:
|
(a) |
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċelerata msemmija fl-Artikolu 14(9) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew |
|
(b) |
il-valutazzjoni klinika konġunta titwettaq għal prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, li għalih varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti hija tat-tip imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008 u tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida. |
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-ambitu tal-valutazzjoni ffinalizzat mis-Sottogrupp JCA mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
Artikolu 11
Laqgħa għall-ispjegazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni
Fuq talba tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għal laqgħa mas-Sottogrupp JCA għall-ispjegazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni. Il-laqgħa għandha ssir mhux aktar tard minn 20 jum mill-jum li fih is-Sottogrupp JCA jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni.
Artikolu 12
Dossier u aktar data għall-valutazzjoni klinika konġunta pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa
1. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jippreżenta d-dossier għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali, mitlub mill-Kummissjoni fl-ewwel talba tagħha msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, lis-segretarjat tal-HTA f’format diġitali. Id-dossier, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra addizzjonali ppreżentata mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali, jew l-aġġornament tagħha, għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-iskadenza għall-preżentazzjoni tad-dossier imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 100 jum mid-data tan-notifika tal-ewwel talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Madankollu, dik l-iskadenza għandha tkun ta’ 60 jum meta:
|
(a) |
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċelerata msemmija fl-Artikolu 14(9) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew |
|
(b) |
il-valutazzjoni klinika konġunta titwettaq għal prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, li għalih varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti hija tat-tip imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008 u tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida. |
3. F’każijiet ġustifikati, bil-kunsens tal-assessur u tal-koassessur u meta titqies l-iskeda ta’ żmien għall-evalwazzjoni matul il-proċedura ċentralizzata, is-segretarjat tal-HTA jista’ jestendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2. Madankollu, dik l-estensjoni ma għandhiex taqbeż l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
4. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jippreżenta l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u evidenza oħra nieqsa indikati fit-tieni talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tat-tieni talba tal-Kummissjoni lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Madankollu, dik l-iskadenza għandha tkun ta’ 10 ijiem meta:
|
(a) |
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċelerata msemmija fl-Artikolu 14(9) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew |
|
(b) |
il-valutazzjoni klinika konġunta titwettaq għal prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, li għalih varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti hija tat-tip imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008 u tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida. |
L-iskadenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu ta’ 7 ijiem għal każijiet fejn informazzjoni minuri biss tkun nieqsa.
5. Meta l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi, iqis, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, li huma meħtieġa aktar speċifikazzjonijiet jew kjarifiki jew informazzjoni, data, analiżijiet, jew evidenza oħra addizzjonali, is-segretarjat tal-HTA għandu jitlob lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jipprovdi din l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet jew l-evidenza l-oħra sal-iskadenza stabbilita mill-assessur u l-koassessur skont in-natura tal-informazzjoni mitluba. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita għal minimu ta’ 7 ijiem u massimu ta’ 30 jum li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tat-talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
6. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jiddeċiedi li jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jippreżenta, fuq it-talba tas-segretarjat tal-HTA, aġġornamenti ta’ informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra pprovduti qabel skont l-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) 2021/2282 sal-iskadenza stabbilita mill-assessur u l-koassessur skont in-natura tal-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet jew l-evidenza l-oħra mitluba. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita għal minimu ta’ 7 ijiem u massimu ta’ 30 jum li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tat-talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
7. Jekk matul il-valutazzjoni klinika konġunta, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jippreżenta data ġdida mill-istudji kliniċi lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, huwa għandu jinnotifika lis-segretarjat tal-HTA b’dan u jipprovdi din id-data fuq it-talba tal-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur. L-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 5 japplikaw għal dik it-talba.
8. Ladarba s-segretarjat tal-HTA jirċievi d-dossier u aktar data ppreżentata mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa skont il-paragrafi 1, 4, 5, 6 u 7, huwa għandu jagħmel id-dossier u din id-data disponibbli għall-assessur, il-koassessur u s-Sottogrupp JCA fl-istess ħin.
Artikolu 13
Konferma mill-Kummissjoni tad-dossier għal valutazzjoni klinika konġunta
Fi żmien 15-il jum tax-xogħol mid-data li fiha l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa ppreżenta d-dossier, u kif xieraq f’konsultazzjoni mal-assessur u l-koassessur, il-Kummissjoni għandha tikkonferma jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, id-dossier għal valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Madankollu, dik l-iskadenza għandha tkun ta’ 10 ijiem tax-xogħol meta:
|
(a) |
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċelerata msemmija fl-Artikolu 14(9) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; jew |
|
(b) |
il-valutazzjoni klinika konġunta titwettaq għal prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, li għalih varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti hija tat-tip imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008 u tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida. |
Artikolu 14
Abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi
1. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi billi juża l-mudelli stabbiliti fl-Anness II u l-Anness III. Fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi, l-assessur u/jew il-koassessur, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jistgħu jfittxu input mingħand il-pazjenti, l-esperti kliniċi u/jew l-esperti rilevanti l-oħra magħżula f’konformità mal-Artikolu 6. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dak l-input disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu.
2. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi mas-Sottogrupp JCA l-abbozz tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi mħejjija mill-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għall-kummenti. Wara li jkun ikkunsidra l-kummenti mill-membri tas-Sottogrupp JCA, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi mal-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra magħżula f’konformità mal-Artikolu 6 u jagħtihom l-opportunità li jipprovdu input dwar l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi.
4. Is-segretarjat tal-HTA għandu jipprovdi l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jindika kwalunkwe ineżattezza purament teknika jew fattwali u kwalunkwe informazzjoni li jqis kunfidenzjali fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha jkun irċieva l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu juri n-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li jqis bħala kunfidenzjali.
L-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ta’ 5 ijiem mid-data li fiha l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun irċieva l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi meta:
|
(a) |
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali tiġi vvalutata skont il-proċedura aċċelerata msemmija fl-Artikolu 14(9) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004; |
|
(b) |
il-valutazzjoni klinika konġunta titwettaq għal prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/2282, li għalih varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq eżistenti hija tat-tip imsemmi fil-punt 2(a) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008 u tikkorrispondi għal indikazzjoni terapewtika ġdida; jew |
|
(c) |
ġie żviluppat ambitu tal-valutazzjoni ġdid matul il-valutazzjoni klinika konġunta, skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament. |
5. Meta l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jippreżenta data klinika ġdida fuq inizjattiva tiegħu stess skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-Sottogrupp JCA għandu jiżgura li d-data klinika l-ġdida titqies fir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, jekk tasal mhux aktar tard minn 7 ijiem wara l-adozzjoni mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-opinjoni finali tiegħu.
Artikolu 15
Finalizzazzjoni tal-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi
1. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddiskuti l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi, kif ukoll l-input ipprovdut skont l-Artikolu 14(3) u (4), f’laqgħa. Is-Sottogrupp JCA, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jista’ jistieden lill-pazjenti, l-esperti kliniċi u/jew esperti rilevanti oħra f’parti ddedikata tal-laqgħa jiddiskutu l-abbozzi tar-rapporti riveduti rilevanti.
2. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi sa mhux aktar tard mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u jippreżentahom lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
3. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282 jew jibda aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282, u ma jkun meħtieġ l-ebda aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 180 jum mid-data tal-bidu mill-ġdid tal-valutazzjoni klinika konġunta jew mill-bidu tal-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta u jippreżentahom lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
4. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jibda aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282 u jkun meħtieġ aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-Sottogrupp JCA għandu jivvalida l-abbozz aġġornat rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 330 jum mid-data li fiha l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun beda l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta. Is-Sottogrupp JCA għandu jippreżenta l-abbozz aġġornat rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
5. Jekk l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2282 ma tapplikax, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova l-abbozz rivedut tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 30 jum minn meta jirċevihom.
Artikolu 16
Bidliet fl-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi
1. Meta matul il-proċedura ċentralizzata, ikun hemm bidla fl-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi inizjalment ippreżentata/i lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jivvaluta jekk dik il-bidla taffettwax l-ambitu tal-valutazzjoni u jinforma lis-Sottogrupp JCA.
2. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddeċiedi jekk il-valutazzjoni klinika konġunta għandhiex tkompli, jew jekk l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandux iħejji proposta ġdida għall-ambitu tal-valutazzjoni. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa bid-deċiżjoni tas-Sottogrupp JCA.
3. Jekk titħejja proposta ġdida għall-ambitu tal-valutazzjoni, l-Artikoli 9 u 10(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-modifiki meħtieġa.
4. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-ambitu l-ġdid tal-valutazzjoni ffinalizzat mis-Sottogrupp JCA u għandu jitlob lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jippreżenta dossier aġġornat. L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom japplikaw għal dik it-talba. L-Artikoli 14 u 15(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-modifiki meħtieġa.
Artikolu 17
Bidu mill-ġdid tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
1. Meta l-valutazzjoni klinika konġunta tkun twaqqfet skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, u meta, mill-inqas 30 jum qabel tmiem l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(7) tiegħu, l-Istat Membru jikkondividi permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u l-evidenza l-oħra li ffurmaw parti mill-ewwel talba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonferma jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-konferma msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Istat Membru jkun ikkondivida din id-data u kif xieraq f’konsultazzjoni mal-assessur u l-koassessur. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni u l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa bir-riżultati tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
3. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jiddeċiedi li jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282, għandhom japplikaw l-Artikoli 14 u 15(1), (3) u (5) ta’ dan ir-Regolament.
4. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu mill-ġdid ta’ valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 18
Aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
1. Meta r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa għal aġġornament u ssir disponibbli evidenza addizzjonali għal aktar valutazzjoni, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu jinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni b’dan.
2. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jista’ jipprovdi wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra rilevanti ġdida lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-każijiet fejn ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta ma jkunx speċifika l-ħtieġa għal aġġornament. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u l-evidenza, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jiddeċiedi li jinkludi aġġornament fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa bid-deċiżjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-inklużjoni tal-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni.
4. Fejn possibbli, is-Sottogrupp JCA għandu jaħtar l-istess assessur u koassessur biex iwettaq l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta bħall-assessuri fil-valutazzjoni klinika konġunta inizjali u jinvolvi fl-aġġornament l-istess pazjenti, esperti kliniċi u/jew esperti rilevanti oħra. Malli s-Sottogrupp JCA jaħtar l-assessur u l-koassessur biex iwettaq l-aġġornament, is-Segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu ta’ aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta.
5. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni. Jekk is-Sottogrupp JCA jikkonkludi li mhuwiex meħtieġ aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-ambitu tal-valutazzjoni miżmum u jitlob il-preżentazzjoni tad-dossier aġġornat għal valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali. L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 12(6) għandhom japplikaw għal dik it-talba. L-Artikoli 14 u 15(1), (3) u (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għat-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-abbozz aġġornat tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi.
6. Jekk is-Sottogrupp JCA jikkonkludi li aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni huwa meħtieġ, is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-ambitu tal-valutazzjoni inizjali għall-iskopijiet tal-ġbir tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri. Abbażi tal-input riċevut mill-Istati Membri, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta aġġornata tal-ambitu tal-valutazzjoni li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri. L-Artikoli 9(2) u (3) u 10(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-modifiki meħtieġa. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni aġġornat fi żmien 90 jum mill-bidu tal-aġġornament.
7. Jekk l-ambitu tal-valutazzjoni jiġi aġġornat, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-ambitu tal-valutazzjoni aġġornat u jitlob il-preżentazzjoni tad-dossier aġġornat għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-prodott mediċinali. L-Artikoli 12(1) u 13 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-modifiki meħtieġa. Japplikaw l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 12(2) l-ewwel sentenza, l-Artikolu 12(4) l-ewwel sentenza u l-Artikolu 12(5).
8. Jekk il-Kummissjoni tikkonferma li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 huma ssodisfati, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji abbozz aġġornat tal-valutazzjoni klinika konġunta u l-abbozzi tar-rapporti ta’ sinteżi aġġornati. L-Artikoli 14 u 15(1), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għat-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-abbozz aġġornat tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi.
Artikolu 19
Korrispondenza matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
Kwalunkwe korrispondenza mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-Sottogrupp JCA, is-segretarjat tal-HTA, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għandhom jintbagħtu f’format diġitali permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA.
Artikolu 20
Talbiet għall-kunfidenzjalità
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapporti ta’ sinteżi kif imsemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra elenkata fl-Artikolu 30(3), il-punti (d) u (i), tiegħu, wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet tas-Sottogrupp JCA dwar in-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni, li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun talab li tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.
2. Qabel ma tippubblika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa l-lista ta’ informazzjoni li ma tqisx bħala kunfidenzjali, wara li tkun ivvalutat il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u qieset il-fehmiet tas-Sottogrupp JCA. Għandha tinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa bid-dritt li jappella r-rifjut li tiġi redatta din l-informazzjoni.
Artikolu 21
Ipproċessar tad- data personali
1. Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-ipproċessar, permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA, ta’ data personali miġbura għall-iskop tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom skont dan ir-Regolament.
2. Il-kategoriji ta’ data personali meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
|
(a) |
l-identità, l-indirizz tal-email u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u fis-Sottogrupp JCA; |
|
(b) |
l-identità u l-indirizz tal-email tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u l-esperti rilevanti l-oħra li ġew identifikati biex jintgħażlu għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom u jiġu kkonsultati dwarhom; |
|
(c) |
l-identità, l-indirizz tal-email u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti tal-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa; |
|
(d) |
l-identità, l-indirizz tal-email u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati tal-HTA. |
3. Ir-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA għandu jkollhom aċċess biss għall-partijiet tas-sistema sigura tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u jistgħu jikkollaboraw, permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA, ma’ rappreżentanti oħra maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni, jew fis-Sottogrupp JCA li jappartjenu għalih, għall-iskop tat-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom.
4. Id-data personali tal-pazjenti involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom ma għandhiex tiġi ppubblikata.
5. Il-Kummissjoni għandha żżomm id-data personali elenkata fil-paragrafu 2 biss sakemm ikun meħtieġ għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u mhux aktar minn 15-il sena wara d-data li fiha s-suġġett tad-data ma jibqax jipparteċipa f’ħidma konġunta. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-ħtieġa li tinħażen id-data personali kull sentejn.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-12 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2282/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/726/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami tal-varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1234/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/536/oj).
ANNESS I
MUDELL GĦAD-DOSSIER TAL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA TA’ PRODOTT MEDIĊINALI
L-għoti ta’ informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra fid-dossier għandu jsegwi l-istandards internazzjonali ta’ mediċina bbażata fuq l-evidenza u jqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR fejn applikabbli. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata. L-informazzjoni mitluba fil-mudell tad-dossier għandha tiġi pprovduta f’format ċar, preferibbilment f’format tabulari meta jkun possibbli.
Storja tar-reviżjonijiet
Il-linji mhux meħtieġa għandhom jitħassru.
|
Verżjoni |
Dokument |
Referenza legali |
Data tal-preżentazzjoni |
Data tal-verifika tal-Kummissjoni |
|
V0.1 |
Dossier inizjali |
L-Artikolu 10(2) tal-HTAR |
|
|
|
V0.2 |
(Dossier aġġornat wara t-tieni talba tal-Kummissjoni) |
L-Artikolu 10(5) tal-HTAR |
|
|
|
V0.3 |
(Dossier aġġornat wara t-talba tal-assessuri għal aktar speċifikazzjonijiet, kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali) |
L-Artikolu 11(2) tal-HTAR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V0.4 |
(Dossier aġġornat wara bidliet fl-indikazzjoni(jiet) terapewtika/terapewtiċi) |
L-Artikolu 16(4) tal-IR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V0.5 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu mill-ġdid ta’ valutazzjoni klinika konġunta) |
L-Artikolu 10(8) tal-HTAR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V0.6 |
(Dossier bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tal-HTAR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
eċċ. |
|
|
|
|
|
V1.0 |
Dossier għall-pubblikazzjoni (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 20 tal-IR |
MHUX APPLIKABBLI |
|
|
V1.0.1 |
(Dossier aġġornat fejn ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa għal aġġornament u fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 18(1) tal-IR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V1.0.2 |
(Dossier aġġornat ipprovdut fuq l-inizjattiva tal-HTD fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 18(2) tal-IR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V1.0.3 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni mhux meħtieġ) |
L-Artikolu 18(5) tal-IR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
V1.0.4 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni meħtieġ) |
L-Artikolu 18(6) tal-IR |
|
|
|
V1.0.5 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tal-HTAR |
|
MHUX APPLIKABBLI |
|
eċċ. |
|
|
|
|
|
V2.0 |
(Dossier għall-pubblikazzjoni wara l-finalizzazzjoni ta’ aġġornament ta’ JCA (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali)) |
L-Artikolu 20 tal-IR |
MHUX APPLIKABBLI |
|
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Tista’ tiġi adattata għad-dossier.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
ATC |
Anatomiku Terapewtiku Kimiku |
|
ATMP |
Prodott Mediċinali ta’ Terapija Avvanzata |
|
CHMP |
Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem |
|
CSR |
Rapport dwar l-Istudju Kliniku |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
EMA |
Aġenzija Ewropea għall-Mediċini |
|
UE |
Unjoni Ewropea |
|
HTA |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTACG |
Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTAR |
Ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2282/oj) |
|
HTD |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
IR |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1381 tat-23 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, regoli ta’ proċedura għall-interazzjoni matul it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fil-livell tal-Unjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwarhom, u għall-parteċipazzjoni fihom, kif ukoll mudelli għal dawk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti (OJ L, 2024/1381, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1381/oj) |
|
JCA |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
PICO |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
|
PRIME |
Skema tal-Mediċini Prijoritarji mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini |
|
RCT |
Prova Kontrollata Aleatorja |
|
RoB |
Riskju ta’ Preġudizzju |
|
SmPC |
Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott |
|
eċċ. |
|
Werrej
Lista ta’ tabelli
1. Ħarsa ġenerali
|
1.1. |
Informazzjoni dwar il-prodott mediċinali li qed jiġi vvalutat u l-HTD
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
1.2. |
Valutazzjonijiet preċedenti skont il-HTAR
Din it-taqsima għandha tindika jekk il-prodott mediċinali kienx soġġett għal valutazzjoni skont il-HTAR. Jekk it-tweġiba tkun pożittiva, it-taqsima għandha tipprovdi l-indikazzjoni terapewtika, id-data u r-referenza tar-rapport tal-JCA preċedenti. |
|
1.3. |
Sommarju eżekuttiv
Din it-taqsima għandha tipprovdi sommarju eżekuttiv konċiż tad-dossier li jiffoka fuq l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tal-HTAR u kondiviż mal-HTD fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-HTAR (“l-ambitu tal-valutazzjoni”). Is-sommarju eżekuttiv għandu jinkludi:
|
2. Sfond
|
2.1. |
Karatterizzazzjoni tal-kundizzjoni medika li għandha tiġi ttrattata, prevenuta jew dijanjostikata |
|
2.1.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.1.2. |
Karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni ta’ pazjenti fil-mira
Fil-każ li l-popolazzjoni fil-mira tkun aktar speċifika mill-kundizzjoni medika ġenerali, din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.1.3. |
Ġestjoni klinika tal-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-prodott mediċinali |
|
2.2.1. |
Karatteristiċi tal-prodott mediċinali
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodott mediċinali u, b’mod partikolari, tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2.2. |
Rekwiżiti/struzzjonijiet għall-użu
Din it-taqsima għandha:
Fejn rilevanti u jekk xieraq, il-karatterizzazzjoni tal-amministrazzjoni u d-dożaġġ għandha ssir skont is-sottopopolazzjoni jew il-grupp ta’ pazjenti. Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2.3. |
Status regolatorju tal-prodott mediċinali
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.3. |
JSC relatata mal-JCA
Meta l-prodott mediċinali jkun ġie soġġett għal JSC skont il-HTAR, din it-taqsima għandha tispjega kwalunkwe devjazzjoni mill-proposta rakkomandata għall-ġenerazzjoni tal-evidenza. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati fl-Appendiċi D.9. |
3. Ambitu tal-valutazzjoni
Din it-taqsima għandha:
|
— |
tirriproduċi l-ambitu tal-valutazzjoni fil-format kondiviż mal-HTD fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-HTAR; |
|
— |
tidentifika b’mod ċar kwalunkwe PICO, li għalih ma ġewx ippreżentati r-riżultati u tispjega r-raġunijiet għall-ommissjoni tagħhom. |
4. Deskrizzjoni tal-metodi użati fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-metodi użati fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier, filwaqt li tqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata.
|
4.1. |
Kriterji għall-għażla tal-istudji għall-JCA
Din it-taqsima għandha tispeċifika l-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għall-istudji li għandhom jiġu kkunsidrati għal din il-JCA abbażi tal-ambitu tal-valutazzjoni filwaqt li titqies, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata. L-ispeċifikazzjoni għall-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għandha tiġi pprovduta għal kull PICO, kif xieraq. |
|
4.2. |
Irkupru tal-informazzjoni u għażla tal-istudji rilevanti |
|
4.2.1. |
Irkupru tal-informazzjoni
L-HTD għandu jwettaq proċess ta’ rkupru tal-informazzjoni bl-objettiv li jidentifika l-evidenza li għandha tintuża għat-tħejjija tad-dossier. Is-sorsi tal-informazzjoni li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati sistematikament fil-proċess tal-irkupru:
Din it-taqsima għandha:
L-istrateġiji ta’ tiftix kollha għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ fl-Appendiċi D.2. |
|
4.2.2. |
Għażla tal-istudji rilevanti
Din it-taqsima għandha tiddokumenta l-approċċ għall-għażla tal-istudji rilevanti mir-riżultati tal-irkupru ta’ informazzjoni skont il-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni definiti fit-Taqsima 4.1. Din l-ispeċifikazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull PICO, kif xieraq. Jekk il-proċess tal-għażla jkun differenti minn dak li huwa ssuġġerit mill-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR, dan għandu jiġi deskritt u ġġustifikat. |
|
4.3. |
Analiżi u sinteżi tad-data
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-metodi użati għall-analiżi u s-sinteżi tad-data. Il-metodi użati fit-tħejjija tad-dossier u d-deskrizzjoni tagħhom għandhom isegwu l-istandards internazzjonali ta’ mediċina bbażata fuq l-evidenza u jqisu, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata. Id-dokumentazzjoni sottostanti għal kwalunkwe analiżi, jiġifieri s-CSR, il-protokolli tal-istudju u l-pjanijiet tal-analiżi statistika (inkluż għas-sinteżi tal-evidenza) u d-dettalji dwar is-software kollu użat kif ukoll il-kodiċi tal-programm rispettiv u l-output rilevanti għandhom jiġu pprovduti fil-partijiet rilevanti tal-Appendiċi D. Din it-taqsima għandha tkopri l-aspetti metodoloġiċi li ġejjin fis-sottotaqsimiet rispettivi li ġejjin: |
|
4.3.1. |
Deskrizzjoni tad-disinn u l-metodoloġija tal-istudji kliniċi oriġinali inklużi |
|
4.3.2. |
Deskrizzjoni tar-riżultati mill-istudji kliniċi oriġinali |
|
4.3.3. |
Tqabbil dirett permezz tal-metaanaliżijiet fil-livell tal-pari
Il-protokoll għas-sinteżi tal-evidenza, inkluż il-pjan ta’ analiżi statistika rilevanti, għandu jiġi pprovdut fl-Appendiċi D.5. |
|
4.3.4. |
Tqabbil indirett
Il-protokoll għas-sinteżi tal-evidenza, inkluż il-pjan ta’ analiżi statistika rilevanti, għandu jiġi pprovdut fl-Appendiċi D.5. |
|
4.3.5. |
Analiżijiet tas-sensittività
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi u tiġġustifika l-metodi tal-analiżijiet tas-sensittività kollha mwettqa. Għandha tiddeskrivi l-iskop jew il-parametru metodoloġiku li tindirizza l-analiżi tas-sensittività, kif ukoll is-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
4.3.6. |
Analiżijiet tas-sottogrupp u modifikaturi oħra tal-effetti |
|
4.3.7. |
Speċifikazzjoni ta’ aktar metodi kif meħtieġ
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi kwalunkwe metodu ieħor użat fil-ħruġ tar-riżultati użati fid-dossier. |
5. Riżultati
Ir-riżultati ppreżentati fid-dossier għandhom isegwu l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza u jqisu, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata.
Il-preżentazzjoni tar-riżultati għandha tuża test, figuri u tabelli kif xieraq.
Għall-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva, għandhom jiġu pprovduti riżultati għal kull studju kliniku u sinteżi tal-evidenza, inkluż tqabbil kemm dirett kif ukoll indirett.
|
5.1. |
Riżultati mill-proċess tal-irkupru tal-informazzjoni
Ir-riżultati mill-passi differenti tal-proċess tal-irkupru tal-informazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b’mod trasparenti. Għal kull studju, għandha tiġi indikata l-informazzjoni li ġejja: l-ID ta’ referenza tal-istudju, l-istatus tal-istudju, it-tul ta’ żmien tal-istudju bil-limitu tad-data jekk applikabbli, u l-fergħat tal-istudju. Għal kull wieħed mill-passi tal-irkupru tal-informazzjoni, l-istudji mhux ikkunsidrati fid-dossier għandhom jiġu identifikati u elenkati. Għal kull wieħed minnhom, għandha tiġi speċifikata r-raġuni għall-esklużjoni. Fis-sottotaqsimiet rispettivi li ġejjin, il-preżentazzjoni tar-riżultati għandha tinkludi: |
|
5.1.1. |
Lista ta’ studji mwettqa jew sponsorjati mill-HTD jew minn partijiet terzi
Din it-taqsima għandha tirrapporta l-informazzjoni dwar l-istudji kollha, imwettqa jew sponsorjati mill-HTD u minn partijiet terzi, imsemmija fl-Anness I, il-punt (b), tal-HTAR, inkluż l-istudji kollha li jipprovdu data klinika dwar is-sikurezza u l-effikaċja mill-fajl ta’ preżentazzjoni lill-EMA. L-elenkar għandu jkun ristrett għal studji li jinvolvu l-pazjenti fl-indikazzjoni terapewtika li għaliha jitħejja d-dossier. It-taqsima għandha tirrapporta wkoll jekk u meta data ġdida b’rilevanza għall-ambitu tal-valutazzjoni tista’ ssir disponibbli matul il-perjodu ta’ valutazzjoni. |
|
5.1.2. |
Studji identifikati fit-tiftix ta’ bażijiet tad-data bibljografiċi
Din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati mit-tiftix għal studji dwar il-prodott mediċinali u l-komparatur(i) tiegħu fejn rilevanti (eż. għal metaanaliżijiet indiretti) f’bażijiet tad-data bibljografiċi. |
|
5.1.3. |
Studji fir-reġistri tal-istudji u fir-reġistri tar-riżultati tal-istudji (bażijiet tad-data tal-provi kliniċi)
Din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati mit-tfittxijiet għal studji dwar il-prodott mediċinali u l-komparatur(i) tiegħu fejn rilevanti fir-reġistri tal-istudji/fir-reġistri tar-riżultati tal-istudji. |
|
5.1.4. |
Rapporti tal-HTA
Din it-taqsima għandha telenka r-rapporti tal-HTA disponibbli dwar il-prodott mediċinali soġġett għall-JCA mill-Istati taż-ŻEE li fihom huwa applikabbli l-HTAR u mill-Awstralja, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerka. Ir-rapporti tal-HTA għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.7. Għandha tiġi elenkata kwalunkwe evidenza rilevanti addizzjonali identifikata f’dawk ir-rapporti tal-HTA li ma ġietx identifikata f’sorsi oħra. |
|
5.1.5. |
Studji mill-fajls ta’ preżentazzjoni lill-EMA
Din it-taqsima għandha telenka l-istudji kliniċi kollha dwar l-effikaċja u s-sikurezza u fejn rilevanti, studji applikabbli oħra li ġew inklużi fil-fajl ta’ preżentazzjoni lill-EMA. Jekk l-istudji (ċentrali) prinċipali ma jkunu ġew indirizzati minn ebda PICO, dawn għandhom jiġu ppreżentati fl-Appendiċi C u jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.6. |
|
5.1.6. |
Studji mir-reġistri tal-pazjenti
Din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati mit-tfittxijiet għal studji għall-prodott mediċinali u l-komparatur(i) tiegħu, fejn rilevanti, fir-reġistri tal-pazjenti. |
|
5.1.7. |
Lista ta’ studji inklużi b’mod ġenerali u skont il-PICO
Din it-taqsima għandha tiddefinixxi l-lista ta’ studji inklużi fid-deskrizzjoni tal-effettività relattiva u tas-sikurezza relattiva, u b’hekk tinforma kull PICO. |
|
5.2. |
Karatteristiċi tal-istudji inklużi
Din it-taqsima għandha tipprovdi ħarsa ġenerali f’format tabulari lejn id-disinn tal-istudju u l-popolazzjoni tal-istudju għall-istudji kollha inklużi fid-deskrizzjoni tal-effettività u s-sikurezza relattivi fi kwalunkwe PICO. L-informazzjoni għandha tingħata speċifikament dwar:
L-interventi tal-istudju għandhom jiġu kkaratterizzati u għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kors tal-istudju (jiġifieri, iż-żminijiet ippjanati u attwali ta’ segwitu għal kull eżitu). L-istudji inklużi fid-dossier għandhom jiġu deskritti fil-qosor. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istudju fl-Appendiċi A. |
|
5.3. |
Riżultati tal-istudju dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva
Din it-taqsima għandha tipprovdi r-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva skont l-ambitu tal-valutazzjoni. Din it-taqsima għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza tal-effetti relattivi, filwaqt li jitqiesu l-punti b’saħħithom u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli. L-informazzjoni dettaljata, li għandha tinkludi iżda mhijiex limitata għall-valutazzjoni tal-RoB, meħtieġa biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza, għandha tqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata. Id-dettalji għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċijiet rilevanti. |
|
5.3.1. |
Riżultati għall-popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1>
Din it-taqsima għandha tiddiskuti sa liema punt il-popolazzjoni(jiet) tal-pazjenti u/jew il-komparatur(i) inklużi għal kull studju jkopru l-popolazzjoni(jiet) tal-pazjenti/il-komparatur(i) rilevanti skont l-ambitu tal-valutazzjoni. F’din it-taqsima, ir-riżultati għall-PICO(s) kollha li jindirizzaw il-popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1> għandhom jiġu ppreżentati fis-sottotaqsimiet. Għandha tiġi pprovduta taqsima separata għal kull popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1>, <Z-2>, eċċ. speċifikata fil-PICO(s). Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar it-tip tat-tqabbil analizzat (eż. tqabbil dirett, tqabbil indirett aġġustat) kif ukoll il-fergħat ta’ studju rilevanti għal kull studju. Jekk sottopopolazzjoni ta’ studju ġiet analizzata għall-valutazzjoni, għandhom jiġu deskritti l-karatteristiċi tas-sottopopolazzjoni rilevanti u għandu jiġi pprovdut in-numru ta’ pazjenti inklużi. |
|
5.3.1.1. |
Karatteristiċi tal-pazjenti għal PICO < 1>
Din it-taqsima għandha tippreżenta l-karatteristiċi tal-pazjenti mill-istudji kollha li jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti rilevanti inkluża f’xi PICO. Għandu jiġi ddikjarat jekk il-popolazzjonijiet tal-pazjenti inklużi jvarjaw bejn l-istudji. Jekk sottopopolazzjoni biss ta’ xi studju tirrappreżenta l-popolazzjoni rilevanti għall-JCA, il-karatteristiċi tal-pazjenti f’din it-taqsima għandhom jiġu pprovduti għal din il-popolazzjoni xierqa. |
|
5.3.1.2. |
Riżultati tal-eżitu tas-saħħa għall-PICO < 1> u inċertezzi fir-riżultati
Fil-popolazzjoni tal-pazjenti partikolari, ir-riżultati dwar l-eżiti tas-saħħa li jiddeskrivu l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu deskritti skont il-PICO f’format tabulari. It-taqsima għandha tibda mid-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-għażla tal-evidenza (tip ta’ tqabbil) ippreżentata biex tindirizza l-PICO < 1> partikolari. Għal kwalunkwe mistoqsija addizzjonali tal-PICO relatata ma’ popolazzjoni ta’ pazjenti partikolari, għandha tiżdied sottotaqsima ġdida li tippreżenta r-riżultati f’termini ta’ eżiti tas-saħħa għal din il-mistoqsija tal-PICO. Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
6. Lista ta’ referenzi
Appendiċijiet
Appendiċi A. Elenkar tabulari u informazzjoni dwar il-metodi tal-istudji kollha inklużi fil-JCA
L-appendiċi għandu jinkludi elenkar dettaljat tal-istudji kollha inklużi fid-deskrizzjoni tal-effettività relattiva u tas-sikurezza relattiva. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-metodi tal-istudju u flow chart tal-pazjenti għal kull wieħed mill-istudji elenkati.
Appendiċi B. Informazzjoni biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza tal-effetti relattivi (inkluż, iżda mhux limitat għal, l-RoB)
Appendiċi C. Riżultati tal-istudju/studji prinċipali mill-programm ta’ żvilupp kliniku tal-prodott mediċinali (jekk mhux inklużi fil-preżentazzjoni skont il-mistoqsija/mistoqsijiet tal-PICO)
Appendiċi D. Dokumentazzjoni sottostanti
D.1. Testi sħaħ ta’ referenzi
D.2. Dokumentazzjoni tal-irkupru tal-informazzjoni
D.2.1. Dokumentazzjoni tal-istrateġiji ta’ tiftix għal kull sors ta’ informazzjoni
D.2.2. Riżultati tal-irkupru tal-informazzjoni f’format standard
D.3. Kodiċi tal-ipprogrammar għall-programmi użati għall-analiżijiet
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi kodiċi tal-programm u output rilevanti jekk l-analiżijiet u l-kalkoli korrispondenti ma jistgħux jiġu deskritti b’metodu standard speċifiku.
D.4. Rapporti ta’ studju għal studji kliniċi oriġinali
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi s-CSRs, inkluż il-protokolli ta’ studju u l-pjanijiet ta’ analiżi statistika, imsemmija fl-Anness I, il-punt (b), tal-HTAR.
D.5. Rapporti ta’ studju għal studji ta’ sinteżi tal-evidenza
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-analiżijiet tad-data aġġornati kollha ppubblikati u mhux ippubblikati, inkluż il-protokolli ta’ studju u l-pjanijiet ta’ analiżi statistika, imsemmija fl-Anness I, il-punt (b), tal-HTAR meħtieġa għal studji ta’ sinteżi tal-evidenza.
D.6. Data klinika dwar is-sikurezza u l-effikaċja inkluża fil-fajl ta’ preżentazzjoni lill-EMA
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi l-Moduli 2.5, 2.7.3 u 2.7.4 tas-CTD (format ta’ preżentazzjoni lill-EMA) u s-CSRs (ara t-Taqsima C.4 Rapporti ta’ studju fis-CSR). Għal kull studju, is-CSR għandu jiġi pprovdut darba biss.
D.7. Rapporti tal-HTA tal-prodott mediċinali soġġett għall-JCA
D.8. Informazzjoni dwar l-istudji bbażati fuq reġistri
Dan l-appendiċi għandu jinkludi l-istudji bil-prodott mediċinali mir-reġistri tal-pazjenti, jekk disponibbli.
D.9. Informazzjoni dwar il-JSCs
ANNESS II
MUDELL GĦAR-RAPPORT DWAR IL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA
Ir-rapport għandu jsegwi l-istandards internazzjonali ta’ mediċina bbażata fuq l-evidenza u jqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika, adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR.
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Tista’ tiġi adattata għar-rapport.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
ATC |
Anatomiku Terapewtiku Kimiku |
|
ATMP |
Prodott Mediċinali ta’ Terapija Avvanzata |
|
CSR |
Rapport dwar l-Istudju Kliniku |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
EMA |
Aġenzija Ewropea għall-Mediċini |
|
UE |
Unjoni Ewropea |
|
HTA |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTACG |
Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTAR |
Ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE |
|
HTD |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
JCA |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
PICO |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
|
PRIME |
Skema tal-Mediċini Prijoritarji mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini |
|
RCT |
Prova Kontrollata Aleatorja |
|
RoB |
Riskju ta’ Preġudizzju |
|
SmPC |
Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott |
|
eċċ. |
|
Werrej
Lista ta’ tabelli
1. Informazzjoni ġenerali dwar il-JCA
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
— |
l-informazzjoni dwar l-assessur u l-koassessur; |
|
— |
ħarsa ġenerali lejn il-passi proċedurali u d-dati tagħhom; |
|
— |
l-informazzjoni dwar l-involviment tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra, kif ukoll dwar l-input riċevut minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa u soċjetajiet kliniċi u mgħallma. L-input mill-esperti u l-partijiet ikkonċernati għandu jiġi pprovdut fl-Appendiċi A; |
|
— |
l-informazzjoni dwar JSC preċedenti skont il-HTAR. |
2. Sfond
|
2.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-prodott mediċinali |
|
2.2.1. |
Karatteristiċi tal-prodott mediċinali
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-prodott mediċinali li jkun qed jiġi vvalutat (“il-prodott mediċinali”) u tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
|
|
2.2.2. |
Rekwiżiti/struzzjonijiet għall-użu
Din it-taqsima għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodi tal-amministrazzjoni, id-dożaġġ tal-prodott mediċinali u t-tul tat-trattament. |
|
2.2.3. |
Status regolatorju tal-prodott mediċinali
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-informazzjoni regolatorja dwar il-prodott mediċinali u tipprovdi dettalji dwar il-perkors proċedurali tal-prodott mediċinali fl-UE, bħad-deżinjazzjoni ta’ prodott mediċinali orfni, l-awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq bi kwalunkwe obbligu speċifiku tal-awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq, l-ATMP jew il-PRIME. Għandha tipprovdi wkoll id-dettalji tal-programmi ta’ aċċess bikri/użu ħanin li jkunu għaddejjin jew ippjanati fiż-ŻEE. Meta xieraq għandhom jiddaħħlu l-ħoloq għall-SmPC għad-dettalji ta’ indikazzjonijiet terapewtiċi liċenzjati oħra u għad-dossier għal aktar informazzjoni regolatorja. |
3. Ambitu tal-valutazzjoni
Din it-taqsima għandha tirriproduċi l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tal-HTAR.
4. Riżultati
Ir-riżultati ppreżentati f’din it-taqsima għandhom isegwu l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza u jqisu, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Kull devjazzjoni għandha tiġi deskritta u ġġustifikata.
|
4.1. |
Irkupru tal-informazzjoni
Din it-taqsima għandha tinkludi:
|
|
4.1.1. |
Lista li tirriżulta ta’ studji inklużi b’mod ġenerali u skont il-PICO
Din it-taqsima għandha tipprovdi f’format tabulari:
|
|
4.2. |
Karatteristiċi ta’ studji inklużi u RoB |
|
4.2.1. |
Studji inklużi
Din it-taqsima għandha tipprovdi għall-istudji inklużi fil-valutazzjoni:
|
|
4.2.2. |
RoB
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-valutazzjoni tal-RoB fil-livell tal-istudju filwaqt li tqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. |
|
4.3. |
Riżultati tal-istudju dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva
Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu ppreżentati skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tal-HTAR, għal kull PICO. Għandha titwettaq valutazzjoni tal-grad ta’ ċertezza tal-effettività relattiva u tas-sikurezza relattiva li tqis il-punti b’saħħithom u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli filwaqt li titqies, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. |
|
4.3.1. |
Riżultati għall-popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1>
Din it-taqsima għandha tiddiskuti sa liema punt il-popolazzjonijiet tal-pazjenti u/jew il-komparatur(i) inklużi għal kull studju jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti/il-komparatur(i) rilevanti skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tal-HTAR. Għal kull popolazzjoni tal-pazjenti speċifikata fil-PICO(s), għandha tiġi pprovduta taqsima separata. F’din it-taqsima, ir-riżultati għall-PICO(s) kollha li jindirizzaw din il-popolazzjoni tal-pazjenti għandhom jiġu ppreżentati fis-sottotaqsimiet. |
|
4.3.1.1. |
Karatteristiċi tal-pazjenti
Din it-taqsima għandha tippreżenta karatteristiċi tal-pazjenti mill-istudji kollha li jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti rilevanti inkluża fi kwalunkwe PICO li jindirizza din il-popolazzjoni tal-pazjenti. |
|
4.3.1.2. |
Metodi ta’ sinteżi tal-evidenza
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi fil-qosor, meta applikabbli, il-metodi ta’ sinteżi tal-evidenza użati mill-HTD, inklużi l-punti b’saħħithom u l-limitazzjonijiet assoċjati, u kwalunkwe fattur li jirriżulta minn dawn il-metodi u l-applikazzjoni tagħhom li jista’ jaffettwa ċ-ċertezza tal-evidenza filwaqt li titqies, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. |
|
4.3.1.3. |
Riżultati tal-eżitu tas-saħħa għall-PICO < 1> u inċertezzi fir-riżultati
Fil-popolazzjoni tal-pazjenti partikolari, ir-riżultati dwar l-eżiti tas-saħħa li jiddeskrivu l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu deskritti skont il-PICO. It-taqsima għandha tibda mid-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-għażla tal-evidenza (tip ta’ tqabbil) ippreżentata biex tindirizza l-PICO < 1> partikolari. It-taqsima għandha tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-eżiti disponibbli mitluba fl-ambitu tal-valutazzjoni għal kull studju. Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva (jiġifieri, l-effetti relattivi tal-prodott mediċinali kontra l-komparatur) għandhom jinkludu r-riżultati mill-istudji individwali kollha, kif ukoll kwalunkwe sinteżi kwantitattiva tar-riżultati, eż., mill-metaanaliżijiet. Ir-riżultati tal-analiżijiet ta’ kull wieħed mill-eżiti ppreżentati għandhom jiġu deskritti fil-qosor. Id-deskrizzjoni għandha tindirizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-grad ta’ inċertezza tal-effetti relattivi filwaqt li tqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR. Għal kwalunkwe mistoqsija addizzjonali tal-PICO relatata ma’ popolazzjoni ta’ pazjenti partikolari, għandha tiżdied sottotaqsima ġdida li tippreżenta r-riżultati f’termini ta’ eżiti tas-saħħa għal din il-mistoqsija tal-PICO. |
|
4.3.2. |
Riżultati tal-istudju prinċipali mill-programm ta’ żvilupp kliniku tal-prodott mediċinali (jekk mhux indirizzati minn xi PICO) |
|
4.3.2.1. |
Karatteristiċi tal-istudju ċentrali |
|
4.3.2.2. |
Karatteristiċi tal-pazjenti |
|
4.3.2.3. |
Riżultati tal-eżitu tas-saħħa tal-istudju ċentrali u inċertezzi fir-riżultati |
5. Referenzi
Appendiċijiet
Appendiċi A. Input minn esperti u partijiet ikkonċernati
Appendiċi B. Valutazzjoni tal-irkupru tal-informazzjoni
Appendiċi C. Informazzjoni u data addizzjonali tal-istudju, inkluż l-inċertezzi fir-riżultati
ANNESS III
MUDELL GĦAR-RAPPORT SOMMARJU DWAR IL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA
Ir-rapport sommarju għandu jkun konċiż u jagħti ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni li tista’ tinqara b’mod indipendenti. Dan għandu jqis, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-HTACG skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d), tal-HTAR.
Ir-rapport sommarju għandu jinkludi, mill-inqas:
|
— |
informazzjoni ta’ sfond b’mill-inqas deskrizzjoni tal-intervent u tal-kundizzjoni medika li għandha tiġi ttrattata; |
|
— |
l-ambitu tal-valutazzjoni previst fl-Artikolu 8(6) tal-HTAR; |
|
— |
informazzjoni dwar l-involviment tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra, kif ukoll dwar l-input riċevut minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa u soċjetajiet kliniċi u mgħallma; |
|
— |
tabelli sommarji li jinkludu l-inċertezzi tal-evidenza għal kull PICO b’deskrizzjoni qasira tar-riżultati. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1381/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)