Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1347 |
22.5.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1347 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2024
dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u li jħassar id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2), punti (a) u (b), u l-Artikolu 79(2), punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Seħħew għad ta’ tibdiliet sostantivi għad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) Biex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni u aktar konverġenza fid-deċiżjonijiet dwar l-ażil u fir-rigward tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali sabiex jitnaqqsu inċentivi biex wieħed jiċċaqlaq fi ħdan l-Unjoni, sabiex il-benefiċċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jitħeġġu jibqgħu fl-Istat Membru li tagħhom il-protezzjoni u sabiex tiġi żgurata ugwaljanza tat-trattament tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li dik id-Direttiva titħassar u tiġi sostitwita minn Regolament. |
(2) |
Politika komuni dwar l-ażil, inkluża Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus ta’ Rifuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra”), hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni li tistabbilixxi progressivament spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħ għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament il-protezzjoni fl-Unjoni. Tali politika jenħtieġ li tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, fost l-Istati Membri. Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra hija l-pedament tar-reġim ġuridiku internazzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati. |
(3) |
Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni għal proċeduri tal-ażil, rikonoxximent u protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress li s’issa nkiseb fl-iżvilupp progressiv tas-SEKA, għad hemm xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri għal dak li jikkonċerna l-proċeduri użati, ir-rati ta’ rikonoxximent, it-tip ta’ protezzjoni mogħtija, il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-benefiċċji mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha. Dawk id-diverġenzi jistgħu jwasslu għal movimenti sekondarji u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b’mod ugwali kull fejn japplikaw fl-Unjoni. |
(4) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, “Għar-Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni Tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta’ Rotot Legali lejn l-Ewropa”, il-Kummissjoni stabbiliet l-opzjonijiet tagħha għat-titjib tas-SEKA, b’mod partikolari biex tistabbilixxi sistema sostenibbli u ġusta għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, biex tiġi msaħħa s-sistema Eurodac, biex tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-ażil tal-Unjoni, biex jiġu evitati movimenti sekondarji fi ħdan l-Unjoni u biex l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil jinbidel f’aġenzija. Dik il-komunikazzjoni hija konformi ma’ talbiet mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta’ Frar 2016 biex isir progress lejn ir-riforma tal-qafas eżistenti tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata politika dwar l-ażil umana u effiċjenti. |
(5) |
Peress li l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jappella għal status uniformi ta’ ażil u għal SEKA li tiffunzjona sew, jenħtieġ li jsir progress sostanzjali fir-rigward tal-konverġenza tas-sistema nazzjonali tal-ażil b’kunsiderazzjoni speċjali għad-differenzi fir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ status ta’ protezzjoni fl-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati u armonizzati aktar id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. |
(6) |
Huwa għalhekk meħtieġ Regolament sabiex ikun żgurat livell aktar konsistenti ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni u biex jiġi provdut grad ogħla ta’ ċertezza legali u trasparenza. |
(7) |
L-objettiv ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa, min-naħa waħda, li jiżgura li l-Istati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, li jiżgura li sett komuni ta’ drittijiet ikun disponibbli għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri kollha. |
(8) |
Aktar approssimazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-kontenut tal-istatus tar-rifuġjat u l-istatus tal-protezzjoni sussidjarja, jenħtieġ li barra minn hekk tgħin biex jiġi limitat il-moviment sekondarju ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali bejn Stati Membri . |
(9) |
Jenħtieġ li tingħata protezzjoni internazzjonali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jikkwalifikaw għal protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li protezzjoni internazzjonali ma tingħatax lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li meta jingħata status umanitarju nazzjonali, dan ma jinvolvix riskju ta’ konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali, inklużi r-regoli biex jiskoraġġixxu l-movimenti sekondarji, jenħtieġ li japplikaw għal dawk li ngħataw protezzjoni internazzjonali in segwitu tal-konklużjoni pożittiva ta’ proċedura ta’ risistemazzjoni jew ta’ ammissjoni umanitarja f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(11) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (“il-KEDB”). B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt għall-ażil tal-applikanti għall-ażil u l-membri tal-familja li jakkumpanjawhom u li jippromwovi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta relatati mad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà professjonali u d-dritt tax-xogħol, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għall-ażil, il-protezzjoni f’każ ta’ tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet relatati mas-sigurtà soċjali, l-assistenza soċjali u l-kura tas-saħħa. Għalhekk, jenħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet giġu implimentati b’dan il-mod. |
(12) |
Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma marbuta b’obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħhom jagħmlu parti, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni. |
(13) |
Jenħtieġ li r-riżorsi tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jintużaw biex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-istandards stabbiliti minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Filwaqt li jenħtieġ li jiġi rrispettat il-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni ta’ finanzjament doppju, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ, fil-livelli kollha ta’ governanza, tal-possibbiltajiet offruti minn fondi li mhumiex direttament relatati mal-politika tal-ażil u l-migrazzjoni iżda li jistgħu jintużaw biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet f’dak il-qasam. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“l-Aġenzija għall-Ażil”), tipprovdi appoġġ adegwat fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari billi tipprovdi, fuq talba jew bi qbil tal-Istat Membru kkonċernat, esperti biex jassistu lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru biex jirċievu, jirreġistraw u jeżaminaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, u billi tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar pajjiżi terzi, inkluża informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini, u linji gwida u għodod rilevanti oħra. Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jqisu standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija għall-Ażil. Fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u mingħajr preġudizzju għan-natura każ b’każ ta’ dawk il-valutazzjonijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jqisu l-informazzjoni, ir-rapporti, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi ta’ oriġini u n-noti ta’ gwida żviluppati fil-livell tal-Unjoni mill-Aġenzija għall-Ażil u n-networks Ewropej dwar l-informazzjoni tal-pajjiż terz f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2303. |
(15) |
Jenħtieġ li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni primarja meta jiġi applikat dan ir-Regolament, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod partikolari, iqisu b’mod xieraq il-prinċipju tal-unità tal-familja, u l-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minuri, il-ħiliet lingwistiċi, is-sikurezza u s-sigurtà u l-fehmiet ta’ dak il-minuri b’kunsiderazzjoni xierqa għall-età u l-maturità tal-minuri. |
(16) |
Bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal u l-benesseri ġenerali tal-minuri, u sabiex tiġi inkoraġġita kontinwità fl-assistenza u r-rappreżentanza tal-minuri mhux akkumpanjati, jenħtieġ li l-Istati Membri jfittxu li jiżguraw, sa fejn possibbli, li l-istess persuna fiżika tibqa’ responsabbli għal minuri mhux akkumpanjat, inkluż matul il-proċedura tal-ażil u wara l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali. |
(17) |
Wild maġġorenni jenħtieġ li jitqies dipendenti, abbażi ta’ valutazzjoni individwali, biss f’ċirkostanzi fejn dak il-wild ma jkunx jista’ jsostni lilu nnifsu minħabba kundizzjoni fiżika jew mentali marbuta ma’ marda serja mhux temporanja jew diżabilità gravi. |
(18) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-familja f’dan ir-Regolament ma jxekklux il-valuri u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Istati Membri. Fil-każ ta’ żwieġ poligamu, huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk jixtiqx japplika d-dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-familja għall-unitajiet domestiċi poligami, inklużi l-ulied minuri minn konjuġi oħra u ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali. |
(19) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-familja tkun ibbażata dejjem fuq relazzjonijiet familjari ġenwini u jenħtieġ li ma tinkludix żwiġijiet sfurzati u żwiġijiet jew sħubijiet magħmula għall-fini waħdieni li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tidħol jew tirrisjedi fl-Istati Membri. Sabiex ma ssirx diskriminazzjoni kontra membri tal-familja abbażi ta’ fejn ġiet iffurmata familja, jenħtieġ li l-kunċett ta’ familja jinkludi wkoll familji ffurmati barra mill-pajjiż ta’ oriġini iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. |
(20) |
Meta Stat Membru jiddeċiedi, għall-finijiet tal-unità tal-familja, li l-aħjar interessi ta’ minuri miżżewweġ jinsabu f’idejn il-ġenituri ta’ dak il-minuri, jenħtieġ li l-konjuġu ta’ dak il-minuri ma jakkwistax drittijiet ta’ residenza li jirriżultaw minn dak iż-żwieġ skont dan ir-Regolament. |
(21) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Protokoll Nru 24 dwar l-ażil għal ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE. |
(22) |
Ir-rikonoxximent ta’ status ta’ rifuġjat huwa att dikjaratorju. |
(23) |
Konsultazzjonijiet mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) jistgħu jipprovdu gwida utli ħafna għall-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jistabbilixxu jekk applikant huwiex rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. |
(24) |
Meta tkun qed teżamina jekk l-applikanti għandhomx biża’ ġustifikata ta’ persekuzzjoni jew humiex qed jaffaċċjaw riskju reali li jġarrbu dannu serju u jekk awtoritajiet mhux statali, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali diġà stabbiliti u stabbli jikkontrollawx Stat jew parti sostanzjali mit-territorju tiegħu u jekk jipprovdux protezzjoni, u meta tkun qed tivvaluta jekk l-applikanti għandhomx aċċess għal protezzjoni mill-persekuzzjoni jew dannu serju f’parti oħra mill-pajjiż ta’ oriġini li ma tkunx iż-żona oriġinarja tagħhom (“alternattiva ta’ protezzjoni interna”), jenħtieġ li l-awtorità determinanti tieħu inkunsiderazzjoni, fost oħrajn, l-informazzjoni ġenerali u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti maħruġa mill-UNHCR. |
(25) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta’ rifuġjat biex jiggwidaw lill-korpi nazzjonali tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. |
(26) |
Jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni sabiex jiġu rikonoxxuti applikanti għall-ażil bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. |
(27) |
Meta aspett partikolari wieħed jew aktar tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant ma jkunux sostnuti minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, jenħtieġ li l-applikant jingħata l-benefiċċju tad-dubju dment li l-applikant ikun għamel sforz ġenwin biex jissostanzja l-ħtieġa ta’ protezzjoni internazzjonali, l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati u tkun ingħatat spjegazzjoni sodisfaċenti għan-nuqqas ta’ elementi rilevanti oħra, id-dikjarazzjonijiet tal-applikant jinstabu li jkunu koerenti u plawżibbli u tkun ġiet stabbilita kredibbiltà ġenerali filwaqt li jitqies il-mument meta l-applikant ikun applika għal protezzjoni internazzjonali, u, meta jkun xieraq, ir-raġunijiet għaliex ma jkunx applika qabel. |
(28) |
Jenħtieġ li l-awtorità determinanti ma tikkonkludix li l-applikant ma jkunx kredibbli sempliċement għaliex l-applikant ma jkunx invoka l-orjentazzjoni sesswali ddikjarata tiegħu fl-ewwel okkażjoni li jkun ingħata biex jistabbilixxi r-raġuni għall-persekuzzjoni, sakemm ma jkunx evidenti li l-applikant sempliċement biħsiebu jdewwem jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni li tirriżulta fir-ritorn tiegħu. |
(29) |
Jenħtieġ li konvinzjonijiet, twemmin jew orjentazzjonijiet tal-applikant li jagħtu lok għal attivitajiet li jistgħu jkunu bażi għal biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat jew riskju reali li jġarrab dannu serju jitqiesu anki jekk ikunu moħbija kompletament jew parzjalment waqt li l-applikant ikun fil-pajjiż ta’ oriġini. |
(30) |
Meta l-applikant ma jkunx disponibbli matul il-proċedura minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-applikant, japplikaw id-dispożizzjonijiet u s-salvagwardji rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
(31) |
B’mod partikolari, hu meħtieġ li wieħed jintroduċi aspetti komuni tal-bżonnijiet għall-protezzjoni li jinħolqu in situ, sorsi ta’ dannu u protezzjoni, protezzjoni interna u persekuzzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-persekuzzjoni. |
(32) |
Il-protezzjoni tista’ tiġi provduta jew mill-Istat jew minn awtoritajiet mhux Statali stabbiliti u stabbli, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali mit-territorju tal-Istat u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, dment li dawn ikunu kapaċi u lesti li joffru protezzjoni. Protezzjoni bħal din jenħtieġ li tkun effettiva u ta’ natura mhux temporanja. |
(33) |
Meta l-Istat jew aġenti tal-Istat ma jkunux l-atturi tal-persekuzzjoni jew tad-dannu serju, jenħtieġ li l-awtorità determinanti teżamina, bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk teżistix alternattiva ta’ protezzjoni interna ladarba ikun ġie stabbilit li altrimenti jkunu japplikaw għal applikant il-kriterji dwar il-kwalifika stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li alternattiva ta’ protezzjoni interna mill-persekuzzjoni jew dannu serju tkun disponibbli b’mod effettiv għall-applikanti f’parti mill-pajjiż ta’ oriġini fejn dawn jistgħu jivvjaġġaw b’mod sikur u legali għaliha, jiksbu dħul għaliha u li b’mod raġonevoli huwa mistenni li jissetiljaw hemmhekk. Jenħtieġ li l-oneru tal-prova tad-disponibbiltà tal-alternattiva ta’ protezzjoni interna jaqa’ fuq l-awtorità determinanti. Meta l-awtorità determinanti turi li hija disponibbli alternattiva ta’ protezzjoni interna, jenħtieġ li l-applikanti jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jippreżentaw evidenza u jissottomettu elementi fil-pussess tagħhom. |
(34) |
Meta tkun qed tikkunsidra jekk l-applikanti jistgħux ikunu mistennija b’mod raġonevoli li jissetiljaw f’parti oħra tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, jenħtieġ li l-awtorità determinanti tqis ukoll jekk l-applikanti jkunux kapaċi jipprovdu għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom stess fir-rigward tal-aċċess għall-ikel, l-iġjene u l-kenn fil-kuntest taċ-ċirkostanzi lokali fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. |
(35) |
Meta l-Istat jew l-aġenti tal-Istat huma l-atturi ta’ persekuzzjoni jew dannu serju, jenħtieġ li jkun preżunt li l-protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant u l-awtorità determinanti ma jeħtieġx li teżamina jekk teżistix diġà alternattiva ta’ protezzjoni interna. Jenħtieġ li l-awtorità determinanti tkun tista’ teżamina jekk alternattiva ta’ protezzjoni interna teżistix biss fejn ikun ġie stabbilit b’mod ċar li r-riskju ta’ persekuzzjoni jew ta’ dannu serju jkun ġej minn attur li s-setgħa tiegħu tkun limitata b’mod ċar għal żona ġeografika speċifika jew fejn l-Istat innifsu jkollu kontroll biss fuq ċerti partijiet tal-pajjiż ikkonċernat. |
(36) |
Meta tiġi vvalutata applikazzjoni in situ, il-fatt li r-riskju ta’ persekuzzjoni jew dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li ma jikkostitwixxux espressjoni jew kontinwazzjoni ta’ kundanni jew ta’ orjentazzjonijiet miżmuma fil-pajjiż ta’ oriġini jista’ jservi bħala indikazzjoni li l-fini uniku jew ewlieni tal-applikant kien li joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa biex japplika għal protezzjoni internazzjonali. |
(37) |
Skont iċ-ċirkostanzi, l-atti ta’ persekuzzjoni ta’ natura speċifika għal ġeneru partikolari jew għat-tfal jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, ir-reklutaġġ taħt l-età, il-mutilazzjoni ġenitali, iż-żwieġ sfurzat, it-traffikar tat-tfal u t-tħaddim tat-tfal, u t-traffikar għall-isfruttament sesswali. |
(38) |
L-atti ta’ persekuzzjoni jistgħu jieħdu l-forma ta’ prosekuzzjoni jew kastig sproporzjonati jew diskriminatorji. Tali prosekuzzjoni jew kastig sproporzjonati jew diskriminatorji jistgħu jirriżultaw, fost l-oħrajn, f’sitwazzjonijiet meta applikant jirrifjuta li jwettaq servizz militari għal raġunijiet morali, reliġjużi jew politiċi jew minħabba sħubija fi grupp etniku partikolari jew minħabba li jkollu ċittadinanza partikolari. |
(39) |
Waħda mill-kundizzjonijiet sabiex wieħed jikkwalifika għal status ta’ rifuġjat fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra hi l-eżistenza ta’ konnessjoni każwali bejn ir-raġunijiet għall-persekuzzjoni, jiġifieri razza, reliġjon jew twemmin, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, u l-atti ta’ persekuzzjoni jew l-assenza ta’ protezzjoni minn tali atti. |
(40) |
Hu ugwalment meħtieġ li jiġi introdott kunċett komuni tal-bażi ta’ persekuzzjoni “sħubija fi grupp soċjali partikolari”. Għall-fini li tingħata tifsira ta’ grupp soċjali partikolari, kwistjonijiet li jinħolqu mill-orjentazzjoni sesswali jew il-ġeneru ta’ applikant, inkluża l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, li jistgħu jkunu relatati ma’ ċerti tradizzjonijiet u drawwiet legali, li jirriżultaw, pereżempju, f’mutilazzjoni ġenitali, sterilizzazzjoni furzata, jew abort furzat, jenħtieġ li jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom, sa fejn ikunu relatati mal-biża’ ġustifikata tal-applikant li jkun persegwitat. Skont iċ-ċirkostanzi, id-diżabilità tista’ tkun karatteristika għall-fini li jiġi definit grupp soċjali partikolari. |
(41) |
Iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta’ oriġini, inkluż, pereżempju, l-eżistenza u l-applikazzjoni ta’ liġijiet kriminali li għandhom speċifikament fil-mira il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali, jistgħu jfissru li dawk il-persuni jenħtieġ li jitqiesu li jiffurmaw grupp soċjali partikolari. |
(42) |
Fil-valutazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jużaw metodi għall-valutazzjoni tal-kredibbiltà tal-applikant b’mod li jirrispetta d-drittijiet tal-applikant kif garantiti mill-Karta u mill-KEDB, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-ħajja privata u tal-familja. Fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru b’mod speċifiku, jenħtieġ li l-applikanti ma jiġux sottomessi għal interrogazzjoni dettaljata jew testijiet fir-rigward tal-prattiki sesswali tagħhom. |
(43) |
Il-finijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti huma stabbiliti fil-Preambolu u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u huma inkorporati fir-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar miżuri kontra t-terroriżmu. Dawk ir-riżoluzzjonijiet jiddikjaraw, fost oħrajn, li “atti, metodi u prattiki tat-terroriżmu huma kuntrarji għall-għanijiet u prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” u li “l-finanzjament, l-ippjanar u t-tqanqil ta’ atti terroristiċi apposta huma wkoll kuntrarji għall-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti”. |
(44) |
Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-esklużjoni mill-protezzjoni internazzjonali meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jassumi li applikant ikun ikkommetta att jew atti li jmorru kontra l-finijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mhuwiex prerekwiżit li jiġi stabbilit li tali applikant ikun ġie kkundannat b’wieħed mir-reati terroristiċi msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
(45) |
Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-esklużjoni mill-protezzjoni internazzjonali għal applikant talli jkun wettaq atti li jikkostitwixxu parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, il-fatt li mhuwiex stabbilit li tali applikant wettaq, ipprova jwettaq jew hedded li jwettaq att terroristiku kif definit fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ma jipprekludix l-awtoritajiet tal-Istati Membri milli jqisu l-aġir tal-applikant bħala kuntrarju għall-finijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(46) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni individwali ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet serji biex jiġi kkunsidrat li applikant kien ħati ta’ atti li jmorru kontra l-finijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti, instiga atti bħal dawn jew inkella pparteċipa f’atti bħal dawn, il-fatt li l-applikant kien ikkundannat mill-qrati ta’ Stat Membru li pparteċipa fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku huwa ta’ importanza partikolari, bħalma hija konstatazzjoni ta’ qorti jew tribunal li l-applikant kien membru tat-tmexxija ta’ grupp bħal dan, u jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġi stabbilit li l-applikant instiga att terroristiku jew inkella li pparteċipa fih. |
(47) |
It-twettiq ta’ reat politiku mhuwiex, fi prinċipju, raġuni li tiġġustifika esklużjoni minn status ta’ rifuġjat. Madankollu, azzjonijiet partikolarment krudili, fejn l-azzjoni inkwistjoni hija sproporzjonata mal-allegat objettiv politiku, u atti terroristiċi li huma karatterizzati mill-vjolenza tagħhom, anke jekk imwettqa b’objettiv allegatament politiku, jenħtieġ li jitqiesu bħala reati serji mhux politiċi u għalhekk jistgħu joħolqu esklużjoni minn status ta’ rifuġjat. |
(48) |
Jenħtieġ li standards għad-definizzjoni u l-kontenut tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jiġu stipulati wkoll. Jenħtieġ li l-protezzjoni sussidjarja tkun komplementari u addizzjonali għall-protezzjoni tar-rifuġjati minquxa fil-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. Filwaqt li r-raġunijiet għal protezzjoni huma differenti bejn l-istatus ta’ rifuġjat u l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, il-bżonn kontinwu ta’ protezzjoni jista’ jkun simili fid-durata tiegħu. Il-kontenut tal-protezzjoni offruta mill-istatus ta’ rifuġjat jew mill-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jista’ jvarja biss fejn dan ikun espliċitament previst f’dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri jagħtu l-istess drittijiet u benefiċċji għaż-żewġ statuses. |
(49) |
Huwa meħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni li fuq il-bażi tagħhom applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jitfasslu mill-obbligi internazzjonali skont strumenti u prattiki tad-drittijiet tal-bniedem li jeżistu fl-Istati Membri. |
(50) |
Bil-għan li jiġi valutat dannu serju li jista’ jikkwalifika lill-applikanti bħala persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, jenħtieġ li l-kunċett ta’ vjolenza indiskriminata jinkludi vjolenza li tista’ tiġi estiża għal persuni irrispettivament miċ-ċirkostanzi personali tagħhom. |
(51) |
Bil-għan li jiġi valutat dannu serju, jenħtieġ li sitwazzjonijiet fejn forzi armati ta’ pajjiż terz jikkonfrontaw grupp armat wieħed jew aktar, jew li fihom żewġ gruppi armati jew aktar jikkonfrontaw lil xulxin, jiġu kkunsidrati bħala konflitt armat intern. Mhuwiex meħtieġ li dak il-konflitt jiġi kategorizzat bħala “konflitt armat ta’ natura mhux internazzjonali” skont il-liġi internazzjonali umanitarja u lanqas ma huwa meħtieġ li titwettaq, flimkien mal-valutazzjoni tal-livell tal-vjolenza preżenti fit-territorju kkonċernat, valutazzjoni separata tal-intensità tal-konfrontazzjonijiet armati, il-livell tal-organizzazzjoni tal-forzi armati involuti jew it-tul ta’ żmien tal-konflitt. |
(52) |
Fir-rigward tal-prova meħtieġa biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ theddida serja u individwali għall-ħajja jew il-persuna ta’ persuna ċivili, jenħtieġ li l-awtoritajiet determinanti ma jitolbux lill-applikanti jressqu evidenza li qed jiġu individwati speċifikament minn fatturi relatati maċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Madankollu, il-livell ta’ vjolenza indiskriminata meħtieġa biex tiġi sostanzjata l-applikazzjoni huwa aktar baxx jekk l-applikanti jkunu jistgħu juru li huma affettwati speċifikament minħabba fatturi relatati maċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-eżistenza ta’ theddida serja u individwali titqies b’mod eċċezzjonali mill-awtorità determinanti li hija stabbilita fejn il-grad ta’ vjolenza indiskriminatali jikkaratterizza l-konflitt armat jitla’ għal livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet sostanzjali biex wieħed jemmen li persuni ċivili, ritornati lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew il-parti rilevanti tal-pajjiż ta’ oriġini, minħabba biss il-preżenza tagħhom hemmhekk, jiffaċċjaw riskju reali li jkunu soġġetti għat-theddida serja. |
(53) |
Skont iċ-ċirkostanzi, inkluż it-tul u l-fini tal-permanenza, il-vjaġġ lejn il-pajjiż ta’ oriġini jista’ jservi bħala indikazzjoni li l-benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat ikunu għamlu użu mill-ġdid tal-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew stabbilixxew ruħhom mill-ġdid fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew li, għall-benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet għall-għoti ta’ dak l-istatus ma jkunux jeżistu aktar. |
(54) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra deċiżjonijiet mill-awtoritajiet determinanti li jirrifjutaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi jew kontra deċiżjonijiet biex il-protezzjoni internazzjonali tiġi rtirata. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li r-raġunijiet li wasslu lil awtorità determinanti biex tiddeċiedi li tirrifjuta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew li tirtira l-protezzjoni internazzjonali minn benefiċjarju jkunu soġġetti għal rieżami bir-reqqa minn qorti jew tribunal kompetenti fil-qafas ta’ kwalunkwe azzjoni mressqa kontra dik id-deċiżjoni ta’ rifjut jew irtirar. |
(55) |
Jenħtieġ li d-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa lil benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġeddu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jikkonformaw mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (12) jew mal-istandards ta’ sikurezza u l-elementi biometriċi minimi ekwivalenti. |
(56) |
Jenħtieġ li l-permessi ta’ residenza maħruġa lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-ewwel darba jew li jiġġeddu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 (13). |
(57) |
Fil-perjodu bejn l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess effettiv għad-drittijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-libertà ta’ moviment fi ħdan l-Unjoni u l-ħruġ ta’ dokument tal-ivvjaġġar. |
(58) |
Membri tal-familja, minħabba r-relazzjoni mill-qrib tagħhom mal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, normalment ikunu vulnerabbli għal atti ta’ persekuzzjoni jew dannu serju li jistgħu ikunu l-bażi tal-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li tinżamm l-unità tal-familja, jenħtieġ li meta membri tal-familja preżenti fit-territorju tal-istess Stat Membru ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, huma jkunu intitolati għad-dritt li japplikaw għal permess ta’ residenza. Tali permessi ta’ residenza jenħtieġ li jingħataw, sakemm il-membri tal-familja ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet għall-esklużjoni jew sakemm raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew politika pubblika ma jirrikjedux xort’oħra. Jenħtieġ li l-membri tal-familja jkollhom ukoll id-drittijiet mogħtija lill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali ladarba jkun ingħata l-protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-unità tal-familja, fejn is-sitwazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (14) u l-kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja stabbiliti fiha huma sodisfatti, jenħtieġ li l-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li ma jikkwalifikawx individwalment għal din il-protezzjoni jingħataw permessi ta’ residenza u drittijiet f’konformità ma’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). |
(59) |
Jenħtieġ li d-dokumenti tal-ivvjaġġar lil membri tal-familja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jinħarġu f’konformità mal-proċeduri nazzjonali. |
(60) |
Fil-valutazzjoni ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi f’pajjiż terz, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jivverifikaw, wara li jikkunsidraw is-sitwazzjoni individwali ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali, li l-attur jew l-atturi ta’ protezzjoni f’dak il-pajjiż ikunu ħadu passi raġonevoli biex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew dannu serju, li għalhekk jistgħu joperaw, fost l-oħrajn, sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta’ atti li jikkostitwixxu l-persekuzzjoni jew dannu serju u li l-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali se jkollu aċċess għal din il-protezzjoni jekk l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jiġu rtirati. |
(61) |
Meta tkun qed tivvaluta jekk ir-raġunijiet li fuqhom kien ibbażat l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali jkunux waqfu milli jeżistu, jenħtieġ li l-awtorità determinanti tqis is-sorsi ta’ informazzjoni u gwida disponibbli fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u dak internazzjonali kollha rilevanti, inklużi r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-UNHCR. |
(62) |
Meta applikant jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(D) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra li jirrigwarda l-provvista ta’ protezzjoni jew l-assistenza minn organi jew aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti għajr il-UNHCR, meta tkun qed tqis jekk dik il-protezzjoni jew l-assistenza jkunux għadhom jeżistu għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, u indipendenti mir-rieda tiegħu, jenħtieġ li l-awtorità determinanti taċċerta jekk l-applikant ġiex sfurzat jitlaq miż-żona tal-operazzjonijiet tal-organu jew l-aġenzija rilevanti, jekk is-sikurezza personali tal-applikant kinitx f’riskju serju u jekk l-organu jew aġenzija rilevanti ma setgħux jiżguraw il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-applikant skont il-mandat tagħhom. |
(63) |
Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ma jibqgħux jeżistu, id-deċiżjoni mill-awtorità determinanti ta’ Stat Membru li tirtira l-istatus ma tipprekludix iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida ikkonċernati milli japplikaw għal residenza abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr dawk li ġġustifikaw l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, jew li jibqgħu legalment fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għal raġunijiet oħra, b’mod partikolari meta jkollhom permess validu ta’ residenza fit-tul tal-Unjoni, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali. |
(64) |
Jenħtieġ li deċiżjoni biex tintemm il-protezzjoni internazzjonali ma jkollhiex effett retroattiv. Jenħtieġ li deċiżjoni biex tiġi revokata il-protezzjoni internazzjonali jkollha effett retroattiv. Jenħtieġ li meta deċiżjoni tkun ibbażata fuq raġuni ta’ waqfien, ma jkollhiex effett retroattiv. Meta l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jiġu revokati fuq il-bażi li qatt ma kellhom jingħataw, id-drittijiet miksuba jistgħu jinżammu jew jintilfu skont il-liġi nazzjonali. |
(65) |
Jenħtieġ li benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jirrisjedu fl-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni. Jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li huma fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar validu u permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jitħallew jidħlu u jiċċaqalqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, fil-perjodu awtorizzat ta’ permanenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u mal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (17). Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jistgħu japplikaw bl-istess mod biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li tahom il-protezzjoni internazzjonali, f’konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali. Madankollu, dak ma jimplikax xi trasferiment tal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja u d-drittijiet relatati. |
(66) |
Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jirrispettaw il-perjodu awtorizzat ta’ permanenza jew residenza f’konformità mal-liġi rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni jew dik internazzjonali, jenħtieġ li d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE (18) tiġi emendata biex tipprevedi li l-perjodu ta’ ħames snin li warajh il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu eliġibbli għall-istatus ta’ resident fit-tul tal-Unjoni jenħtieġ li, fil-prinċipju, jerġa’ jinbeda kull darba li benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jinsab fi Stat Membru ieħor għajr l-istat Membru li jkun ta benefiċjarju l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew residenza hemmhekk. |
(67) |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri jżommu ċerta diskrezzjoni fir-rigward tal-politika pubblika u tas-sigurtà nazzjonali, li jenħtieġ li jiġu interpretati skont il-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u dik internazzjonali.Soġġett għal valutazzjoni individwali tal-fatti speċifiċi, kunsiderazzjonijiet ta’ politika pubblika u sigurtà nazzjonali jistgħu jkopru wkoll każijiet li fihom ċittadin ta’ pajjiż terz jappartjeni għal assoċjazzjoni li tappoġġja t-terroriżmu internazzjonali jew tappoġġja assoċjazzjoni bħal din. Meta jkunu qed jivvalutaw jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida humiex ta’ riskju għas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet tiegħu għandhom id-dritt iqisu, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li jirċievu minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi. |
(68) |
Meta jiddeċiedu dwar id-dritt għall-benefiċċji previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li awtorità kompetenti tqis b’mod dovut l-aħjar interessi tat-tfal u ċ-ċirkostanzi partikolari tad-dipendenza fuq il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali ta’ qraba viċini li diġà huma preżenti fl-Istat Membru kkonċernat u li mhumiex membri tal-familja. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn qarib strett ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jkun minuri miżżewweġ iżda mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu, l-aħjar interessi tal-minuri jistgħu jitqiesu b’rabta mal-familja oriġinali tiegħu. |
(69) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jillimitaw l-aċċess għal attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom fir-rigward ta’ karigi li jinvolvu l-eżerċitar ta’ awtorità pubblika, u responsabbiltà għas-salvagwardja tal-interess ġenerali tal-Istat jew awtoritajiet pubbliċi oħra. Jenħtieġ li fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt għat-trattament ugwali fir-rigward tas-sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew li hija involuta f’okkupazzjoni speċifika, ikun possibbli li jiġu esklużi benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali milli jipparteċipaw fil-ġestjoni ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika u milli jkollhom kariga rregolata mil-liġi pubblika. |
(70) |
Jenħtieġ li benefiċċji ta’ akkomodazzjoni jikkostitwixxu benefiċċju ċentrali sa fejn dawn jistgħu jitqiesu bħala assistenza soċjali. |
(71) |
Sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju effettiv mill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali tad-drittijiet u benefiċċji stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u l-isfidi ta’ integrazzjoni partikolari li jiffaċċjaw u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal drittijiet relatati mal-integrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward ta’opportunitajiet edukattivi relatati mal-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali, u aċċess għal proċeduri ta’ rikonoxximent għal diplomi, ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali, b’mod partikolari f’ċirkustanzi fejn hemm nuqqas ta’ evidenza dokumentarja jew inabbiltà li jitħallsu l-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent. |
(72) |
Jenħtieġ li benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jgawdu t-trattament ugwali ma’ ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni internazzjonali fir-rigward is-sigurtà soċjali. |
(73) |
Jenħtieġ li aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi l-kura tas-saħħa fiżika u mentali u għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva jiġu żgurati għal benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, dment li dan ikun żgurat ukoll għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni internazzjonali. |
(74) |
Sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fis-soċjetà, jenħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni, fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, b’kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu is-sosteniment tal-aċċess għall-korsijiet tal-lingwa għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fejn dawn kellhom aċċess għal korsijiet tal-lingwa bħala applikanti. |
(75) |
Il-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jitlob illi jiġi evalwat f’intervalli regolari. |
(76) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi standards għall-għotja ta’ protezzjoni internazzjonali lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi mill-Istati Membri, għal status uniformi għar-rifuġjati u għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jistgħux jinkisbub’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(77) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(78) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards għal:
(a) |
il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali; |
(b) |
status uniformi għal rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; |
(c) |
il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni materjali
1. Dan ir-Regolament japplika għall-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali u għall-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju nazzjonali mogħti mill-Istati Membri lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Statuses umanitarji nazzjonali, fejn jingħataw, ma għandhomx jinvolvu r-riskju ta’ konfużjoni mal-protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“status ta’ rifuġjat” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida bħala rifuġjat; |
(2) |
“status ta’ protezzjoni sussidjarja” tfisser ir-rikonoxximent minn Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; |
(3) |
“protezzjoni internazzjonali” tfisser status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja; |
(4) |
“benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser persuna li ngħatat status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja; |
(5) |
“rifuġjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li, minħabba f’biża’ ġustifikat li jiġi ppersegwitat għar-raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, opinjoni politika jew sħubija fi grupp soċjali partikolari, huwa barra mill-pajjiż taċ-ċittadinanza u ma jistax, jew minħabba dan il-biża’, ma jixtieqx japprofitta ruħu mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż, jew persuna apolida, li, minħabba li qiegħda barra mill-pajjiż tar-residenza abitwali ta’ qabel għall-istess raġunijiet kif imsemmija hawn fuq, ma tistax jew, minħabba f’dan il-biża’, ma tixtieqx tirritorna lejh, u li l-Artikolu 12 ma japplikax għaliha; |
(6) |
“persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma fir-rigward ta’ min intwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li dik il-persuna, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna apolida, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tagħha, tiffaċċja riskju veru li ssofri dannu serju kif definit fl-Artikolu 15, u li għaliha l-Artikolu 17(1) u (2) ma japplikax, u ma tistax, jew, minħabba f’dan ir-riskju, ma tixtieqx tapprofitta ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż; |
(7) |
“applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” tfisser talba magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista’ tinftiehem li qed tfittex status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja; |
(8) |
“applikant” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali; |
(9) |
“membri tal-familja” tfisser, sa fejn il-familja tkun diġà teżisti qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li ġejjin li huma preżenti fit-territorju tal-istess Stat Membru fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:
|
(10) |
“minuri” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta’ 18-il sena; |
(11) |
“minuri mhux akkumpanjat” tfisser persuna minuri li tasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għaliha kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, u għaż-żmien sakemm dik il-persuna minuri ma titteħidx effettivament fir-responsabbiltà ta’ tali adult, inkluża persuna minuri li titħalla mhux akkumpanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri; |
(12) |
“permess ta’ residenza” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, f’format uniformi kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002, li jippermetti lil ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida jirrisjedu legalment fit-territorju tiegħu; |
(13) |
“pajjiż ta’ oriġini” tfisser il-pajjiż jew pajjiżi taċ-ċittadinanza jew, għal persuni apolidi, ta’ residenza abitwali ta’ qabel; |
(14) |
“irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser deċiżjoni minn awtorità determinanti jew qorti jew tribunal kompetenti li jirrevokaw jew ittemmu, inkluż billi jirrifjutaw li jġeddu, il-protezzjoni internazzjonali; |
(15) |
“awtorità determinanti” tfisser korp kważi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru li huwa responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u huwa kompetenti li jieħu deċiżjonijiet fl-istadju amministrattiv tal-proċedura; |
(16) |
“sigurtà soċjali” tfisser il-fergħat tas-sigurtà soċjali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19); |
(17) |
“assistenza soċjali” tfisser benefiċċji mogħtija bl-objettiv li jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet bażiċi ta’ dawk li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi; |
(18) |
“gwardjan” tfisser persuna fiżika jew organizzazzjoni, inkluż korp pubbliku, maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex tassisti, tirrappreżenta u taġixxi f’isem minuri mhux akkumpanjat, kif applikabbli, sabiex jiġi żgurat li l-minuri mhux akkumpanjat jista’ jibbenefika mid-drittijiet u jikkonforma mal-obbligi previsti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-aħjar interessi u l-benesseri ġenerali tagħhom. |
KAPITOLU II
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 4
Preżentazzjoni ta’ informazzjoni u valutazzjoni ta’ fatti u ċirkostanzi
1. L-applikanti għandhom jippreżentaw l-elementi kollha disponibbli għalihom li jissostanzjaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Għal dak il-fini, l-applikanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtorità determinanti u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra u għandhom jibqgħu preżenti u disponibbli fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni tagħhom matul il-proċedura, inkluż matul il-valutazzjoni tal-elementi rilevanti tal-applikazzjoni.
2. L-elementi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu minn dan li ġej:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet tal-applikant; u |
(b) |
id-dokumentazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
3. L-awtorità determinanti għandha tivvaluta l-elementi rilevanti ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2024/1348.
4. Il-fatt li applikant diġà kien soġġett għal persekuzzjoni jew dannu serju, jew għal theddid dirett għal din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu, għandu jitqies bħala indikazzjoni serja ta’ din il-biża’ ġustifikata ta’ persekuzzjoni ta’ dak l-applikant jew ir-riskju reali li jsofri dannu serju, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin biex jitqies li din il-persekuzzjoni jew dan id-dannu serju mhumiex se jiġu ripetuti.
5. Fejn aspett partikolari wieħed jew aktar tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant mhumiex appoġġati minn evidenza dokumentarja jew evidenza oħra, l-ebda evidenza addizzjonali m’għandha tkun rikjesta fir-rigward ta’ dawk l-aspetti partikolari meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-applikant ikun għamel sforz ġenwin biex jissostanzja l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali; |
(b) |
l-elementi rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-applikant ikunu ġew ippreżentati, u spjegazzjoni sodisfaċenti li tirrigwarda nuqqas ta’ elementi rilevanti oħra tkun ingħatat; |
(c) |
id-dikjarazzjonijiet tal-applikant jinstabu li huma koerenti u plawżibbli u ma jmorrux kontra informazzjoni speċifika u ġenerali disponibbli li tkun rilevanti għall-każ tal-applikant; |
(d) |
il-kredibbiltà ġenerali tal-applikant tkun ġiet stabbilita, b’kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, taż-żmien meta l-applikant applika għall-protezzjoni internazzjonali. |
Artikolu 5
Bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali li jinħolqu in situ
1. Biża’ ġustifikata ta’ persekuzzjoni jew riskju reali li l-persuna ssofri dannu serju jistgħu jiġu bbażati fuq:
(a) |
avvenimenti li jkunu seħħew mindu l-applikant ikun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini; jew |
(b) |
attivitajiet li l-applikant ikun wettaq minn meta l-applikant telaq mill-pajjiż ta’ oriġini, b’mod partikolari meta jiġi stabbilit li l-attivitajiet li jkun invoka jikkostitwixxu l-espressjoni u l-kontinwità ta’ konvinzjonijiet, twemmin jew orjentazzjonijiet miżmuma fil-pajjiż ta’ oriġini. |
2. Meta r-riskju ta’ persekuzzjoni jew id-dannu serju jkun ibbażat fuq ċirkostanzi li l-applikant ikun ħoloq minn meta jkun telaq mill-pajjiż ta’ oriġini għall-iskop uniku jew ewlieni li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti tista’ tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali, dment li kwalunkwe deċiżjoni meħuda fuq l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tirrispetta l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 (il-“Konvenzjoni ta’ Ġinedvra”), il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Atturi ta’ persekuzzjoni jew dannu serju
Atturi ta’ persekuzzjoni jew dannu serju jistgħu jkunu:
(a) |
l-Istat; |
(b) |
partijiet jew organizzazzjonijiet li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat; |
(c) |
atturi mhux tal-Istat, jekk ikun jista’ jiġi muri li l-atturi msemmija fl-Artikolu 7(1) ma jistgħux jew ma jridux jipprovdu protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju. |
Artikolu 7
Atturi ta’ protezzjoni
1. Dawn l-atturi li ġejjin biss jistgħu jipprovdu protezzjoni mill-persekuzzjoni jew dannu serju, dment li jkunu kapaċi u lesti li jipprovdu protezzjoni effettiva u mhux temporanja skont il-paragrafu 2:
(a) |
l-Istat; |
(b) |
awtoritajiet mhux statali stabbli u stabbiliti, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju tal-Istat, |
2. Protezzjoni minn persekuzzjoni jew dannu serju għandha tkun effettiva u ta’ natura mhux temporanja. Dik il-protezzjoni għandha titqies li tkun ġiet ipprovduta meta l-atturi msemmija fil-paragrafu 1 jieħdu passi raġonevoli biex jipprevjenu l-persekuzzjoni jew il-konsegwenzi ta’ dannu serju, fost l-oħrajn, billi joperaw sistema legali effettiva għall-kxif, il-prosekuzzjoni u l-kastig ta’ atti li jikkostitwixxu persekuzzjoni jew dannu serju, u meta applikant ikollu aċċess għal dik il-protezzjoni.
3. Meta tkun qed tivvaluta jekk awtoritajiet mhux statali stabbli u stabbiliti, inklużi organizzazzjoni internazzjonali, jikkontrollawx Stat jew parti sostanzjali mit-territorju tiegħu u jipprovdux protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2, l-awtorità determinanti għandha tqis informazzjoni preċiża u aġġornata dwar il-pajjiżi ta’ oriġini li tkun inkisbet minn sorsi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti u disponibbli u, meta jkunu disponibbli, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi ta’ oriġini speċifiċi u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303.
Artikolu 8
Alternattiva ta’ protezzjoni interna
1. Meta l-Istat jew aġenti tal-Istat ma jkunux l-atturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju, l-awtorità determinanti għandha teżamina, bħala parti mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk applikant huwiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali għaliex l-applikant ikun jista’ jivvjaġġa b’mod sikur u legali lejn parti mill-pajjiż ta’ oriġini u jkun jista’ jikseb dħul għalih u jkun mistenni b’mod raġonevoli li jissetilja fih u jekk, f’dik il-parti tal-pajjiż, l-applikant:
(a) |
ma għandux biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat, jew ma jiffaċċjax riskju reali li jsofri dannu serju; jew |
(b) |
għandu aċċess għal protezzjoni effettiva u mhux temporanja kontra persekuzzjoni jew dannu serju. |
2. Meta l-Istat jew aġenti tal-Istat ikunu l-atturi ta’ persekuzzjoni jew dannu serju, l-awtorità determinanti għandha tassumi li protezzjoni effettiva mhijiex disponibbli għall-applikant u ma hemmx bżonn li jsir eżamikif imsemmi fil-paragrafu 1.
L-awtorità determinanti tista’ twettaq biss eżami kif imsemmi fil-paragrafu 1 biss meta jkun ġie stabbilit b’mod ċar li r-riskju ta’ persekuzzjoni jew ta’ dannu serju jkun ġej minn attur li s-setgħa tiegħu hija limitata b’mod ċar għal żona ġeografika speċifika jew meta l-Istat innifsu jkollu kontroll biss fuq ċerti partijiet tal-pajjiż.
3. L-awtorità determinanti għandha twettaq eżami kif imsemmi fil-paragrafu 1 ladarba tkun stabbiliet li l-kriterji ta’ kwalifika stabbiliti f’dan ir-Regolament altrimenti jkunu japplikaw għal applikant. L-oneru li jintwera li alternattiva ta’ protezzjoni interna hija disponibbli għall-applikant għandu jaqa’ fuq l-awtorità determinanti. L-applikant għandu d-dritt li jressaq evidenza u jissottometti kwalunkwe element li jindika li tali alternattiva mhijiex disponibbli għalih. L-awtorità determinanti għandha tqis l-evidenza mressqa u l-elementi sottomessi mill-applikant.
4. Fl-eżami ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikata li jkun ippersegwitat jew huwiexjiffaċċja riskju reali li jsofri dannu serju, jew għandux aċċess għall-protezzjoni mill-persekuzzjoni jew dannu serju f’parti mill-pajjiż ta’ oriġini kkonċernat skont il-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha, fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, tqis iċ-ċirkostanzi ġenerali prevalenti f’dik il-parti tal-pajjiż u ċ-ċirkostanzi personali tal-applikant stabbiliti fl-Artikolu 4. Għal dak l-għan, l-awtorità determinanti għandha tqis informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti u disponibbli, fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u, meta jkunu disponibbli, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni tal-pajjiżi speċifiċi ta’ oriġini u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti għandha tqis:
(a) |
iċ-ċirkostanzi ġenerali prevalenti fil-parti rilevanti tal-pajjiż ta’ oriġini, inklużi l-aċċessibbiltà, l-effettività u d-durabbiltà tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7; |
(b) |
iċ-ċirkostanzi personali tal-applikant fir-rigward ta’ fatturi bħas-saħħa, l-età, il-ġeneru, inkluża l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini etnika u s-sħubija f’xi minoranza nazzjonali; u |
(c) |
jekk l-applikant ikunx kapaċi jieħu ħsieb il-bżonnijiet bażiċi tiegħu stess. |
6. Meta l-applikant ikun minuri mhux akkumpanjat, l-awtorità determinanti għandha tqis l-aħjar interessi tal-minuri u, b’mod partikolari, id-disponibbiltà ta’ kura u arranġamenti ta’ kustodja xierqa u sostenibbli.
KAPITOLU III
KWALIFIKA BIEX WIEĦED IKUN RIFUĠJAT
Artikolu 9
Atti ta’ persekuzzjoni
1. Att għandu jitqies bħala att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra meta jkun:
(a) |
serju biżżejjed fin-natura jew ir-ripetizzjoni tiegħu li jikkostitwixxi vjolazzjoni serja ta’ drittijiet bażiċi tal-bniedem, b’mod partikolari d-drittijiet li ma tistax issir deroga minnhom skont l-Artikolu 15(2) tal-KEDB; jew |
(b) |
akkumulazzjoni ta’ diversi miżuri, inkluż ksur ta’ drittijiet tal-bniedem, li hija serja biżżejjed li taffettwa individwu f’manjiera simili għal att imsemmi fil-punt (a). |
2. Atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikati fil-paragrafu 1, jistgħu, fost oħrajn, jieħdu l-forma ta’:
(a) |
atti ta’ vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta’ vjolenza sesswali; |
(b) |
miżuri legali, amministrattivi, miżuri mill-pulizija jew miżuri ġudizzjarji li huma fihom infushom diskriminatorji jew li huma implimentati b’mod diskriminatorju; |
(c) |
prosekuzzjoni jew kastig li huwa sproporzjonat jew diskriminatorju; |
(d) |
ċaħda ta’ rimedju ġudizzjarju li tirriżulta f’kastig sproporzjonat jew diskriminatorju; |
(e) |
prosekuzzjoni jew kastig għar-rifjut li wieħed iwettaq servizz militari f’konflitt, fejn it-twettiq ta’ servizz militari jkun jinkludi delitti jew atti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet għall-esklużjonijiet kif dikjarat fl-Artikolu 12(2); |
(f) |
atti ta’ natura speċifika għall-ġeneru jew għat-tfal. |
3. Biex applikant jissodisfa d-definizzjoni ta’ “rifjuġat” kif stabbilit fl-Artikolu 3, il-punt (5), għandu jkun hemm konnessjoni bejn ir-raġunijiet għal perseguzzjoni msemmija fl-Artikolu 10 u l-atti ta’ persekuzzjoni kif kwalifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-assenza ta’ protezzjoni minn atti bħal dawn.
Artikolu 10
Raġunijiet tal-persekuzzjoni
1. L-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-raġunijiet għal persekuzzjoni:
(a) |
il-kunċett ta’ razza għandu, b’mod partikolari, jinkludi kunsiderazzjonijiet ta’ kulur, dixxendenza, jew sħubija fi grupp etniku partikolari; |
(b) |
il-kunċett ta’ reliġjon għandu, b’mod partikolari, jinkludi t-twemmin teistiku, nonteistiku, u ateistiku, il-parteċipazzjoni fi, jew l-astensjoni minn, qima formali fil-privat jew fil-pubbliku, jew b’mod individwali jew f’komunità ma’ oħrajn, atti oħra reliġjużi jew espressjonijiet ta’ opinjoni, jew forom ta’ kondotta personali jew komunali bbażati fuq jew magħmula obbligatorja minn xi twemmin reliġjuż; |
(c) |
il-kunċett ta’ nazzjonalità ma għandux jiġi ristrett għal ċittadinanza jew nuqqas tagħha, iżda għandu b’mod partikolari, jinkludi sħubija fi grupp stabbilit mill-identità kulturali, etnika, jew lingwistika tiegħu, oriġini ġeografika jew politika jew ir-relazzjoni tiegħu mal-popolazzjoni ta’ Stat ieħor; |
(d) |
Il-kunċett ta’ sħubija fi grupp soċjali partikolari għandu jinkludi, b’mod partikolari, is-sħubija fi grupp:
|
(e) |
il-kunċett ta’ opinjoni politika għandu, b’mod partikolari, jinkludi ż-żamma ta’ opinjoni, ħsieb jew twemmin dwar kwistjoni relatata mal-atturi potenzjali ta’ persekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 6 u għall-politika jew il-metodi tagħhom, kemm jekk dik l-opinjoni, ħsieb jew twemmin ikun aġixxa fuqu l-applikant u kemm jekk le. |
Skont iċ-ċirkostanzi fil-pajjiż ta’ oriġini, il-kunċett ta’ sħubija fi grupp soċjali partikolari kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi sħubija fi grupp ibbażat fuq karatteristika komuni ta’ orjentazzjoni sesswali. Aspetti relatati mal-ġeneru, inkluża l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, għandhom jingħataw il-kunsiderazzjoni li jixirqilhom sabiex tiġi determinata sħubija fi grupp soċjali partikolari jew identifikata karatteristika ta’ grupp bħal dan.
2. Fil-valutazzjoni ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikata ta’ persekuzzjoni, huwa irrilevanti jekk l-applikant fil-verità għandux il-karatteristika razzjali, reliġjuża, nazzjonali, soċjali jew politika li tattira l-persekuzzjoni, dment li tali karatteristika tkun attribwita għall-applikant mill-attur ta’ persekuzzjoni.
3. Fil-valutazzjoni ta’ jekk applikant għandux biża’ ġustifikata li jiġi ppersegwitat, l-awtorità determinanti ma tistax raġonevolment tistennali dak l-applikant jadatta jew jibdel l-imġiba, il-konvinzjonijiet jew l-identità tiegħu, jew li jastjeni minn ċerti prattiki, fejn tali mġiba, konvinzjonijiet jew prattiki jkunu inerenti għall-identità tiegħu, biex jiġi evitat ir-riskju ta’ persekuzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.
Artikolu 11
Waqfien
1. Persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ma tibqax rifuġjat fejn japplikaw wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz tkun għamlet użu mill-ġdid b’mod volontarju mill-protezzjoni tal-pajjiż taċ-ċittadinanza; |
(b) |
billi kienet tilfet iċ-ċittadinanza tagħha, il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħar stat tkun akkwistatha mill-ġdid b’mod volontarju; |
(c) |
il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun akkwistat ċittadinanza ġdida u tgawdi mill-protezzjoni tal-pajjiż ta’ dik iċ-ċittadinanza ġdida tagħha; |
(d) |
il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida tkun stabbiliet lilha nnifisha mill-ġdid b’mod volontarju fil-pajjiż li hija tkun telqet minnu jew li baqgħet barra minnu minħabba biża’ li tiġi ppersegwitata; |
(e) |
il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz ma tistax aktar, minħabba li ċ-ċirkostanzi li f’konnessjoni magħhom hija tkun ġiet magħrufa bħala rifuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, tkompli tirrifjuta milli tagħmel użu mill-protezzjoni tal-pajjiż taċ ċittadinanza; |
(f) |
il-persuna apolida jista’, minħabba li ċ-ċirkostanzi li bihom hija ġiet rikonoxxuta bħala rifuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, tirritorna lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel. |
Il-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal rifuġjat li jistà jinvoka raġunijiet b’saħħithom li joħorġu minn persekuzzjoni preċedenti talli rrifjuta li juża l-protezzjoni tal-pajjiż taċ-ċittadinanza jew, minħabba li kien persuna apolida, tal-pajjiz tar-residenza abitwali ta’ qabel.
2. Sabiex tivvaluta jekk il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, japplikawx, l-awtorità determinanti għandha:
(a) |
tqis informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti u disponibbli fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u dak internazzjonali u, meta disponibbli, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni tal-pajjiżi speċifiċi ta’ oriġini u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303; |
(b) |
tqis jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi hijiex ta’ natura sinifikanti u mhux temporanja b’tali mod li l-biża’ tar-rifuġjat minn persekuzzjoni ma tistax tibqa’ titqies bħala ġustifikata. |
Artikolu 12
Esklużjoni
1. Persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għandha tiġi eskluża milli tkun rifuġjat meta dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida:
(a) |
taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(D) tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, li tirrigwarda l-protezzjoni jew l-għajnuna minn organi jew aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti apparti l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati; meta din il-protezzjoni jew għajnuna tkun waqfet għal xi raġuni, mingħajr ma l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun miftiehma definittivament f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħar stat għandha ipso facto tkun intitolata għall-benefiċċji ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
hija tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih il-persuna li tkun iċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun ħadet ir-residenza tagħha bħala li għandha d-drittijiet u l-obbligi li huma marbuta mal-pussess taċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż, jew drittijiet u obbligi ekwivalenti. |
2. Persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għandha tiġi eskluża milli tkun rifuġjat meta jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida:
(a) |
tkun ikkommettiet delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra, jew delitt kontra l-umanità, kif definit fl-istrumenti internazzjonali mfassla biex jagħmlu provvediment rigward dawn id-delitti; |
(b) |
tkun ikkommettiet delitt serju mhux politiku barra mill-pajjiż tar-rifuġju qabel l-ammissjoni ta’ dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida bħala rifuġjat, jiġifieri l-mument tal-ħruġ ta’ stat ta’ rifuġjat; partikolarment azzjonijiet krudili, anke jekk kommessi b’għan allegatament politiku, jistgħu jiġu klassifikati bħala delitti serji mhux politiċi; |
(c) |
tkun instabet ħatja ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbilit fil-Preambolu għal u l-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. |
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika għal persuni li jinċitaw jew inkella jipparteċipaw b’mod ieħor fit-twettiq tad-delitti jew l-atti msemmija fih.
4. Ladarba l-awtorità determinanti tkun stabbiliet, abbażi ta’ valutazzjoni tas-serjetà tad-delitti jew l-atti mwettqa mill-persuna kkonċernata u tar-responsabbiltà individwali ta’ dik il-persuna, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi kollha relatati ma’ dawk id-delitti jew atti u s-sitwazzjoni ta’ dik il-persuna, japplikaw waħda jew aktar mir-raġunijiet ta’ esklużjoni rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, l-awtorità determinanti għandha teskludi lill-applikant mill-istatus ta’ rifuġjat mingħajr ma titwettaq valutazzjoni ta’ proporzjonalità marbuta mal-biża’ li tkun ppersegwitata.
5. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, meta tkun qed twettaq eżami skont il-paragrafi 2 u 3 fir-rigward ta’ minuri, l-awtorità determinanti għandha tqis, fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-minuri li jiġi kkunsidrat bħala responsabbli taħt il-liġi kriminali li kieku l-minuri kkometta d-delitt fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali dwar l-età tar-responsabbiltà kriminali.
KAPITOLU IV
STATUS TA’ RIFUĠJAT
Artikolu 13
L-għoti ta’ status ta’ rifuġjat
L-awtorità determinanti għandha tagħti status ta’ rifuġjat lil ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tikkwalifika bħala rifuġjat skont il-Kapitoli II u III.
Artikolu 14
Irtirar ta’ status ta’ rifuġjat
1. L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta’ rifuġjat ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida meta:
(a) |
dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun waqfet milli tkun rifuġjat f’konformità mal-Artikolu 11; |
(b) |
dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kellha tkun jew hija eskluża milli tkun rifuġjat f’konformità mal-Artikolu 12; |
(c) |
il-preżentazzjoni qarrieqa ta’ fatti ta’ dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, inkluż l-użu ta’ dokumenti foloz, jew l-ommissjoni ta’ fatti kienu deċiżivi għall-għoti ta’ stat ta’ rifuġjat; |
(d) |
ikun hemm bażi raġonevoli biex dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida titqies bħala periklu għas-sigurtà tal-Istat Membru li fih dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun preżenti; |
(e) |
dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tkun instabet ħatja b’sentenza finali ta’ delitt partikolarment serju u tikkostitwixxi periklu għall-komunità tal-Istat Membru li fih dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida hija preżenti. |
2. F’sitwazzjonijiet li fihom japplikaw il-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità determinanti tista’ tiddeċiedi li ma tagħtix status ta’ rifuġjat, meta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezjoni internazzjonali tkun għadha ma tteħditx.
3. Persuni li għalihom japplikaw il-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu intitolati għad-drittijiet stabbiliti, jew simili għal dawk stabbiliti, fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dment li huma preżenti fl-Istat Membru.
4. L-awtorità determinanti li tkun tat l-istatus ta’ rifuġjat għandha, fuq bażi individwali, turi li l-benefiċjarju tal-istatus ta’ rifuġjat ikun waqaf milli jkun rifuġjat, jew qatt ma kellu jieħu l-istatus ta’ rifuġjat jew m’għandux ikun aktar benefiċjarju ta’ status ta’ rifuġjat għar-raġunijiet dikjarati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Matul il-proċedura tal-irtirar, għandu japplika l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2024/1348.
KAPITOLU V
KWALIFIKA GĦALL-PROTEZZJONI SUSSIDJARJA
Artikolu 15
Dannu serju
Dannu serju kif imsemmi fl-Artikolu 3(6), jikkonsisti:
(a) |
mill-piena kapitali jew l-eżekuzzjoni; |
(b) |
mit-tortura jew it-trattament inuman jew degradanti jew il-kastig ta’ applikant fil-pajjiż ta’ oriġini; jew |
(c) |
minn theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ċivili minħabba vjolenza indiskriminataf’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern. |
Artikolu 16
Waqfien
1. Benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja għandu jieqaf milli jkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ dak l-istatus jkunu waqfu milli jeżistu jew ikunu nbidlu sa tali punt li l-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa.
2. Sabiex tivvaluta jekk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja jkunu waqfu milli jeżistu jew ikunu nbiddlu sa tali punt li l-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa, l-awtorità determinanti għandha:
(a) |
tqis fuq informazzjoni preċiża u aġġornata miksuba mis-sorsi rilevanti u disponibbli nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali u, meta jkunu disponibbli, l-analiżi komuni dwar is-sitwazzjoni tal-pajjiżi speċifiċi ta’ oriġini u n-noti ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/2303; |
(b) |
tqis jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi hijiex ta’ natura sinifikanti u mhux temporanja b’tali mod li l-benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja m’għadux jiffaċċja riskju reali ta’ dannu serju. |
3. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja li jista’ jinvoka raġunijiet konvinċenti li jirriżultaw minn dannu serju preċedenti talli rrifjuta li jagħmel użu mill-protezzjoni tal-pajjiż taċ-ċittadinanza jew, bħala persuna apolida, tal-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel.
Artikolu 17
Esklużjoni
1. Ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għandhom jiġu esklużi milli jkunu eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja meta jkun hemm raġunijiet serji biex jitqies li dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida:
(a) |
tkun ikkommettiet delitt kontra l-paċi, delitt ta’ gwerra jew delitt kontra l-umanità, kif definit fl-istrumenti internazzjonali mfassla biex jagħmlu provvediment rigward dawn id-delitti; |
(b) |
tkun ikkommettiet delitt serju qabel ma waslet fuq it-territorju tal-Istat Membru jew instabet ħatja ta’ delitt serju wara li waslet; |
(c) |
tkun instabet ħatja ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti kif dikjarat fil-Preambolu għal u fl-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; |
(d) |
tikkostitwixxi periklu għall-komunità jew għas-sigurtà nazzjonali. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għal persuni li jinċitaw jew inkella jipparteċipaw b’mod ieħor fit-twettiq tad-delitti jew l-atti msemmija fih.
3. Persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tista’ tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja meta dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, qabel l-ammissjoni tagħha fl-Istat Membru kkonċernat, tkun ikkommettiet delitt wieħed jew aktar barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 li kienu jwasslu għal kastig ta’ ħabs li kieku ġew kommessi fl-Istat Membru kkonċernat, u jekk dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun telqet biss mill-pajjiż ta’ oriġini sabiex tevita sanzjonijiet li jirriżultaw minn dawk id-delitti.
4. Ladarba l-awtorità determinanti tkun stabbiliet, abbażi ta’ valutazzjoni tas-serjetà tad-delitti jew l-atti mwettqa mill-persuna kkonċernata u tar-responsabbiltà individwali ta’ dik il-persuna, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha li jikkonċernaw dawn id-delitti jew atti u s-sitwazzjoni ta’ dik il-persuna, li japplikaw waħda jew aktar mir-raġunijiet ta’ esklużjoni rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, l-awtorità determinanti għandha teskludi lill-applikant mill-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja mingħajr ma twettaq valutazzjoni tal-proporzjonalità marbuta mal-biża’ minn dannu serju.
5. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, meta tkun qed twettaq eżami taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta’ minuri, l-awtorità determinanti għandha tqis, fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-minuri li jiġi kkunsidrat responsabbli taħt il-liġi kriminali li kieku l-minuri wettaq id-delitt fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali dwar l-età tar-responsabbiltà kriminali jew, meta applikabbli, kundanna għal delitt serju wara l-wasla tal-minuri.
KAPITOLU VI
STATUS TA’ PROTEZZJONI SUSSIDJARJA
Artikolu 18
Għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja
L-awtorità determinanti għandha tagħti status ta’ protezzjoni sussidjarja lil persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja skont il-Kapitoli II u V.
Artikolu 19
Irtirar ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja
1. L-awtorità determinanti għandha tirtira l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, meta:
(a) |
dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida tkun waqfet milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja f’konformità mal-Artikolu 16; |
(b) |
dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, wara li tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, messha kienet jew hija eskluża milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja f’konformità mal-Artikolu 17; |
(c) |
il-preżentazzjoni qarrieqa ta’ fatti ta’ dik il-persuna li tkun ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, inkluż l-użu ta’ dokumenti foloz, jew l-ommissjoni ta’ fatti kienu deċiżivi għall-għoti tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja. |
2. L-awtorità determinanti li tat l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għandha, fuq bażi individwali, turi li l-benefiċjarju tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jkun waqaf milli jkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, jew qatt ma kellu jingħata status ta’ protezzjoni sussidjarja, jew m’għandux jibqa’ benefiċjarju ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Matul il-proċedura tal-irtirar, għandu japplika l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2024/1348.
KAPITOLU VII
KONTENUT TA’ DRITTIJIET TA’ PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI U OBBLIGI TA’ BENEFIĊJARJI TA’ PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
TAQSIMA I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 20
Regoli ġenerali
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
2. Il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għad-drittijiet previsti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu ladarba tingħata protezzjoni internazzjonali u għaż-żmien kollu li matulu jinżamm status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja.
3. Meta permess ta’ residenza ma jinħariġx lil benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali fi żmien 15-il jum tal-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri proviżorji, bħar-reġistrazzjoni jew il-ħruġ ta’ dokument, biex jiżgura li l-benefiċjarju jkollu aċċess effettiv għad-drittijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fl-Artikoli 25 u 27, sa meta jinħareġ il-permess ta’ residenza f’konformità mal-Artikolu 24.
4. Meta jiġi applikat dan il-Kapitolu, u meta jiġi stabbilit li persuna għandha bżonnijiet speċjali minħabba li huma, pereżempju, minuri, minuri mhux akkumpanjat, persuna b’diżabilità, persuna anzjana, mara tqila, ġenitur waħdu b’wild minuri jew wild adult dipendenti, vittma tat-traffikar ta’ bnedmin, persuna b’marda serja, persuna b’disturb mentali jew persuna li tkun ġiet soġġetta għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawk il-ħtiġijiet speċjali.
5. Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu li jikkonċernaw minuri, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni primarja għall-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 21
Protezzjoni minn refoulement
Il-prinċipju ta’ non-refoulement għandu jiġi rrispettat f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali.
Artikolu 22
Informazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ingħatat tali protezzjoni. Dik l-informazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I, għandha:
(a) |
tingħata f’lingwa li l-benefiċjarju jista’ jifhem jew suppost jifhem b’mod raġonevoli; u |
(b) |
tagħmel referenzi espliċiti għall-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi previsti fl-Artikolu 27 dwar il-moviment fi ħdan l-Unjoni. |
Artikolu 23
Iż-żamma tal-unità tal-familja
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ta protezzjoni internazzjonali lil benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom joħorġu, skont il-proċeduri nazzjonali, permessi ta’ residenza lill-membri tal-familja ta’ dak il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali li individwalment ma jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali u li japplikaw għal permess ta’ residenza f’dak l-Istat Membru, meta l-paragrafi 3, 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx u sa fejn huwa kompatibbli mal-istatus legali personali tal-membru tal-familja.
2. Permess ta’ residenza maħruġ skont il-paragrafu 1 għandu jkollu l-istess data ta’ skadenza bħall-permess ta’ residenza maħruġ lill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali u għandu jkun jista’ jiġġedded sakemm il-permess ta’ residenza li nħareġ lill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jiġġedded. Il-perjodu ta’ validità tal-permess ta’ residenza mogħti lill-membru tal-familja m’għandux jestendi lil hinn mid-data tal-iskadenza tal-permess ta’ residenza miżmum mill-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali.
3. L-ebda permess ta’ residenza ma għandu jinħareġ skont dan ir-Regolament għal membru tal-familja li huwa jew jista’ jiġi eskluż minn protezzjoni internazzjonali skont il-Kapitoli III u V.
4. Permess ta’ residenza ma għandux jinħareġ skont dan ir-Regolament lil konjuġi jew lill-imsieħba mhux miżżewwġin f’relazzjoni stabbli meta jkun hemm indikazzjonijiet qawwija li ż-żwieġ jew is-sħubija ġew ikkuntrattati biss għall-fini li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tidħol jew tirrisjedi fl-Istat Membru kkonċernat.
5. Meta raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew politika pubblika relatati mal-membru tal-familja kkonċernat jirrikjedu dan, permess ta’ residenza m’għandux jinħareġ għal dak il-membru tal-familja, u tali permessi ta’ residenza li jkunu diġà nħarġu għandhom jiġu rtirati u m’għandhomx jiġġeddu.
6. Membri tal-familja li jkunu nħarġu permess ta’ residenza skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu intitolati għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 32, 34 u 35.
7. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-Artikolu għal qraba oħra stretti, inklużi aħwa, li kienu jgħixu flimkien bħala parti mill-familja qabel ma l-applikant wasal fit-territorju tal-Istat Membru, u li huma dipendenti fuq il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-Artikolu lil minuri miżżewweġ, dment li dan huwa fl-aħjar interessi ta’ dak il-minuri.
TAQSIMA II
Drittijiet u obbligi relatati mar-residenza u l-permanenza
Artikolu 24
Permessi ta’ residenza
1. Il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-dritt għal permess ta’ residenza għaż-żmien kollu li matulu jkollhom status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja.
2. Permess ta’ residenza għandu jinħareġ kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ingħatat status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u mhux aktar tard minn 90 jum minn notifika tad-deċiżjoni tal-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, bl-użu tal-format uniformi kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.
3. Permess ta’ residenza għandu jinħareġ mingħajr ħlas jew għal tariffa li ma taqbiżx it-tariffa pagabbli mingħand iċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-ħruġ tal-karti tal-identità.
4. Permess ta’ residenza għandu jkollu perjodu inizjali ta’ validità ta’ mill-inqas tliet snin għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat u mill-inqas sena għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.
Mal-iskadenza, il-permessi ta’ residenza għandhom jiġġeddu għal mill-inqas tliet snin għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat u għal mill-inqas sentejn għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.
It-tiġdid ta’ permessi ta’ residenza għandu jiġi organizzat b’tali mod li tiġi żgurata l-kontinwità tal-perjodu ta’ residenza permessa, mingħajr interruzzjoni bejn il-perjodu kopert mill-iskadenza tal-permess u l-permess imġedded, dment li l-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jaġixxi f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti li tipprevedi l-formalitajiet amministrattivi għat-tiġdid.
5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrevokaw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza biss meta huma jkunu rtiraw l-istatus ta’ rifuġjat f’konformità mal-Artikolu 14 jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja f’konformità mal-Artikolu 19.
Artikolu 25
Dokument tal-ivvjaġġar
1. Sakemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ politika pubblika relatati ma’ benefiċjarju ta’ status ta’ rifuġjat ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar fil-forma stabbilita fl-Iskeda għall-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u li jikkonformaw mal-istandards minimi ta’ sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 għal benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat. Tali dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal aktar minn sena.
2. Sakemm raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ politika pubblika relatati ma’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar li jikkonformaw mal-istandards minimi ta’ sigurtà u l-bijometriċi deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lil benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja li ma jistgħux jiksbu jew iġeddu passaport nazzjonali. Tali dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom ikunu validi għal aktar minn sena.
3. Fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-acquis ta’ Schengen għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar fil-forma stabbilita fl-Iskeda mehmuża mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u li jikkonformaw mal-istandards minimi għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-bijometriċi ekwivalenti għal dawk deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji ta’ status ta’ rifuġjat, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-Dokument 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jistgħu jinqraw minn magna.
Fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-acquis ta’ Schengen għandhom joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar li jikkonformaw mal-istandards minimi għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-bijometriċi ekwivalenti għal dawk deskritti fir-Regolament (KE) Nru 2252/2004 lill-benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni internazzjonali li ma jistgħux jiksbu jew iġeddu passaport nazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti fid-Dokument 9303 dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar li jistgħu jinqraw minn magna.
Artikolu 26
Libertà ta’ moviment fi ħdan l-Istat Membru
Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu mil-libertà ta’ moviment fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru li jkun tahom il-protezzjoni internazzjonali, inkluż id-dritt li jagħżlu l-post ta’ residenza tagħhom f’dak it-territorju, taħt l-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet bħal dawk provduti għal ċittadini ta’ pajjiż terz residenti legalment fit-territorji tagħhom li ġeneralment huma fl-istess ċirkostanzi.
Artikolu 27
Moviment fi ħdan l-Unjoni
Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ma għandux ikollhom id-dritt li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor għajr dak l-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li:
(a) |
japplikaw u jkunu ammessi biex jirrisjedu fi Stat Membru ieħor skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru jew skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni jew tal-ftehimiet internazzjonali; |
(b) |
jiċċaqalqu b’mod liberu skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen. |
TAQSIMA III
Drittijiet relatati mal-integrazzjoni
Artikolu 28
Aċċess għall-impjiegi
1. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom id-dritt li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ xogħol bħala impjegati jew xogħol għal rashom soġġett għar-regoli ġeneralment applikabbli għall-professjoni kkonċernata jew għas-settur pubbliku, immedjatament wara li tkun ingħatat il-protezzjoni.
2. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali fir-rigward ta’:
(a) |
termini ta’ impjieg, inkluż età minima ta’ impjieg, u kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u t-tkeċċija, sigħat tax-xogħol, leave u vaganzi, u rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; |
(b) |
libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta ħaddiema jew impjegati ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħhom huma involuti f’okkupazzjoni speċifika, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji mogħtija minn dawn l-organizzazzjonijiet; |
(c) |
opportunitajiet ta’ edukazzjoni relatata mal-impjieg għal adulti, taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għall-aġġornament ta’ ħiliet u esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol; |
(d) |
informazzjoni u servizzi ta’ konsulenza offruti minn uffiċċji tal-impjiegi. |
3. Meta jkun meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw aċċess sħiħ għall-attivitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2.
Artikolu 29
Aċċess għall-edukazzjoni
1. Minuri li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali fir-rigward tal-aċċess tas-sistema edukattiva.
Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom ikomplu jgawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali biex ilestu l-edukazzjoni sekondarja irrispettivament minn jekk jilħqux l-età maġġuri.
2. Adulti li jingħataw protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-sistema ġenerali tal-edukazzjoni, aktar taħriġ jew taħriġ mill-ġdid.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw għotjiet u self lill-adulti li ngħataw protezzjoni internazzjonali, meta dik il-possibbiltà hija pprovduta skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 30
Aċċess għal proċeduri għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki u għall-validazzjoni ta’ ħiliet
1. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali fil-kuntest tal-proċeduri eżistenti ta’ rikonoxximent għal diplomi u ċertifikati barranin u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffaċilitaw l-aċċess sħiħ għall-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li ma jistgħux jipprovdu evidenza dokumentarja tal-kwalifiki tagħhom.
3. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għal skemi xierqa għall-valutazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-eżiti tat-tagħlim u l-esperjenza preċedenti tagħhom.
Artikolu 31
Sigurtà soċjali u assistenza soċjali
1. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom igawdu trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali u tal-assistenza soċjali.
Aċċess għal ċerta forom ta’ assistenza soċjali speċifikata fil-liġi nazzjonali jista’ jingħata bil-kundizzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali f’miżuri ta’ integrazzjoni, meta l-parteċipazzjoni f’tali miżuri hija obbligatorja, dment li dawn huma aċċessibbli u bla ħlas.
2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għoti ta’ trattament ugwali fir-rigward tal-assistenza soċjali jista’ jkun limitat għal benefiċjarji ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja għal benefiċċji bażiċi, meta dik il-possibbiltà hija prevista skont il-liġi nazzjonali.
Il-benefiċċji bażiċi għandhom jinkludu mill-inqas il-punti li ġejjin:
(a) |
appoġġ ta’ introjtu minimu; |
(b) |
assistenza f’każ ta’ mard jew tqala; |
(c) |
assistenza tal-ġenituri, inkluża l-assistenza għall-kura tat-tfal; u |
(d) |
benefiċċji għall-akkomodazzjoni, sa fejn dawk il-benefiċċji jingħataw lil ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat skont il-liġi nazzjonali. |
Artikolu 32
Kura tas-saħħa
1. Il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-kura tas-saħħa taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali.
2. Benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali li għandhom bżonnijiet speċjali, bħal nisa tqal, persuni b’diżabilità, persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom oħra serji ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali jew minuri li kienu l-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ abbuż, negliġenza, sfruttament, tortura, jew trattament krudili, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn konflitt armat għandhom jiġu provduti b’kura tas-saħħa adegwata, inkluż it-trattament ta’ mard mentali meta jkun meħtieġ, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħal ċittadini tal-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 33
Minuri mhux akkumpanjati
1. Kemm jista’ jkun malajr wara li tingħata protezzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ minuri mhux akkumpanjati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont il-liġi nazzjonali, biex jaħtru gwardjan.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu lill-istess persuna maħtura bħala [rappreżentant skont l-Artikolu 23(2), punt (b) tar-Regolament (UE) 2024/1348 jew skont l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2024/1346 biex taġixxi bħala l-gwardjan, mingħajr il-ħtieġa għal ħatra formali.
[Rappreżentranti kif imsemmija fl-Artikolu 23(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2024/1348 jew l-Artikolu 27(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2024/1346 għandhom jibqgħu responsabbli għal minuri mhux akkumpanjati sakemm jinħatar gwardjan.
Organizzazzjonijiet jew persuni fiżiċi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew jistgħu potenzjalment joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minuri mhux akkumpanjati ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jinħatru bħala l-gwardjan ta’ dak il-minuri.
Meta organizzazzjoni tinħatar bħala gwardjan, għandha kemm jista’ jkun malajr taħtar persuna fiżika responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet tal-gwardjan fir-rigward tal-minuri mhux akkumpanjat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bil-ħsieb li jiġu ssalvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal u l-benesseri ġenerali tal-minuri mhux akkumpanjati, il-gwardjan għandu:
(a) |
jiżgura li l-minuri mhux akkumpanjat jkollu aċċess għad-drittijiet kollha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament; |
(b) |
jassisti u, meta jkun applikabbli, jirrappreżenta lill-minuri mhux akkumpanjat fil-każ li jiġi rtirat l-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja tal-minuri mhux akkumpanjat; u |
(c) |
meta jkun applikabbli, jassisti fir-rintraċċar tal-familja kif previst fil-paragrafu 7. |
Il-gwardjani:
(a) |
għandu jkollhom il-kompetenza esperta meħtieġa u jirċievu taħriġ inizjali u kontinwu xieraq dwar id-drittijiet u l-ħtiġijiet tal-minuri mhux akkumpanjati, inklużi dawk relatati ma’ kwalunkwe standard applikabbli ta’ salvagwardja tat-tfal; |
(b) |
għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità previsti fil-liġi nazzjonali b’rabta ma’ kwalunkwe informazzjoni li jkunu kisbu matul xogħolhom; |
(c) |
ma għandux ikollhom rekord verifikat ta’ delitti u reati relatati mat-tfal jew ta’ delitti u reati li jwasslu għal dubji serji dwar il-kapaċità tagħhom li jassumu rwol ta’ responsabbiltà fir-rigward tat-tfal. |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru kull gwardjan biex jirrappreżenta għadd proporzjonat u limitat biżżejjed ta’ minuri mhux akkumpanjati sabiex jiżguraw li l-gwardjani jkunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv u li l-minuri mhux akkumpanjati jkollhom aċċess effettiv għad-drittijiet u l-benefiċċji tagħhom.
4. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm entitajiet, inklużi awtoritajiet ġudizzjarji, jew persuni li huma responsabbli għas-superviżjoni u l-monitoraġġ tal-gwardjani fuq bażi kontinwa sabiex jiżguraw li huma jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod sodisfaċenti.
Entitajiet u persuni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jirrevedu l-prestazzjoni tal-gwardjani, b’mod partikolari meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-gwardjani mhumiex qed iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod sodisfaċenti. Tali entitajiet jew persuni għandhom jeżaminaw, mingħajr dewmien, kwalunkwe ilment imressaq minn minuri mhux akkumpanjati kontra l-gwardjani tagħhom.
Meta jkun meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostitwixxu lill-persuna li taġixxi bħala gwardjan, b’mod partikolari meta jqisu li dik il-persuna ma tkunx wettqet il-kompiti tagħha b’mod adegwat.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw lill-minuri mhux akkumpanjati, b’mod adattat għall-età u b’tali mod li jiżguraw li l-minuri jifhmu, kif iressqu lment kontra l-gwardjani tagħhom b’mod konfidenzjali u sikur.
5. Filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu lil minuri mhux akkumpanjati:
(a) |
ma’ qarib adult; |
(b) |
ma’ familja tar-rispett (foster); |
(c) |
f’ċentri speċjalizzati f’akkomodazzjoni għal minuri; jew |
(d) |
f’akkomodazzjoni oħra adattata għall-minuri. |
L-opinjonijiet tal-minuri mhux akkumpanjati għandhom jitqiesu skont l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom.
6. Sa fejn ikun possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minuri mhux akkumpanjati kkonċernati u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Tibdil ta’ residenza ta’ minuri mhux akkumpanjati għandu jinżamm għall-minimu.
7. Meta t-traċċar ta’ membri tal-familja ta’ minuri mhux akkumpanjat ikun beda qabel ma’ dak il-minuri jkun ingħata protezzjoni internazzjonali, dak għandu jkompli wara l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali. Meta t-traċċar tal-membri tal-familja ma jkunx għadu beda, huwa għandu jibda kemm jista’ jkun malajr wara l-għoti ta’ status ta’ rifuġjat jew status ta’ rifuġjat, dment li dak ikun fl-aħjar interessi tal-minuri.
Meta jista’ jkun hemm theddida għall-ħajja jew l-integrità tal-minuri jew tal-qraba stretti tal-minuri, b’mod partikolari jekk huma baqgħu fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, wieħed irid jieħu ħsieb li jiġi żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni dwar dawk il-persuni jsiru fuq bażi kunfidenzjali biex jiġi evitat li s-sikurezza tagħhom titqiegħed fil-periklu.
Artikolu 34
Aċċess għall-akkomodazzjoni
1. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorju tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali li ġeneralment jinsabu fl-istess ċirkostanzi.
2. Prattiki nazzjonali għat-tixrid ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jiġu ttrattati b’mod ugwali sakemm ma jiġix ġustifikat trattament differenti. Tali prattiki nazzjonali għandhom jiżguraw opportunitajiet ugwali fir-rigward tal-aċċess għall-akkomodazzjoni
Artikolu 35
Aċċess għal miżuri ta’integrazzjoni
1. Sabiex tiġi inkoraġġita u ffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà tal-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali, il-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni provduti jew iffaċilitati mill-Istat Membru li jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u huma kkunsidrati xierqa mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari korsijiet tal-lingwa, programmi ta’ orjentazzjoni ċivika u ta’ integrazzjoni u taħriġ vokazzjonali.
2. Benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għandhom jipparteċipaw fil-miżuri ta’ integrazzjoni meta l-parteċipazzjoni hija obbligatorja fl-Istat Membru li jkun tahom protezzjoni internazzjonali. Tali miżuri ta’ integrazzjoni għandhom ikunu aċċessibbli u bla ħlas.
3. B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(1), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffa għal ċerti miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorji meta l-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jkollu mezzi suffiċjenti u meta tali spejjeż ma jpoġġux piż mhux raġonevoli fuq il-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali.
4. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx japplikaw sanzjonijiet kontra l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali meta dawn ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħhom.
Artikolu 36
Ripatrijazzjoni
Tista’ tiġi pprovduta assistenza lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali li jixtiequ jirritornaw f’pajjiżhom.
KAPITOLU VIII
KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA
Artikolu 37
Kooperazzjoni
Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u jikkomunika l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
L-Istati Membri għandhom, f’kuntatt mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 38
Persunal
L-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikunu rċevew jew għandhom jirċievu t-taħriġ meħtieġ u għandhom jiġu marbuta bil-prinċipju ta’ kunfidenzjalità f’relazzjoni ma’ kull informazzjoni personali li jiksbu matul it-twettiq ta’ dmirijiethom, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Sat-13 ta’ Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha, meta jkun xieraq, tipproponi l-emendi meħtieġa.
Mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza rilevanti kif stabbilit fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha xierqa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi f’dak il-paragrafu.
Artikolu 40
Emenda għad-Direttiva 2003/109/KE
Id-Direttiva 2003/109/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fir-rigward ta’ persuni li ngħatalhom protezzjoni internazzjonali, il-perjodu bejn id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat dik il-protezzjoni internazzjonali u d-data tal-għoti tal-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1347 (*1) għandu jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. (*1) Ir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal status uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1347, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj).”;" |
(2) |
fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “3a. Meta benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali jinstab fi Stat Membru ieħor għajr dak li ta l-protezzjoni internazzjonali, mingħajr id-dritt ta’ permanenza jew ta’ residenza f’konformità mal-liġi rilevanti nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali, il-perjodu ta’ permanenza legali fl-Istat Membru li ta l-protezzjoni internazzjonali li jippreċedi din is-sitwazzjoni ma għandux jitqies fil-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, b’mod partikolari meta l-benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali juri li r-raġuni għas-soġġorn jew ir-residenza mingħajr dritt kienet minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll ta’ dak il-benefiċċjarju, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, li l-kalkolu tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jiġi interrott.” |
(3) |
fl-Artikolu 26, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Jannar 2006. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu, u (3a) sat-12 ta’ Ġunju 2026. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni minnufih.”. |
Artikolu 41
Tħassir
Id-Direttiva 2011/95/UE hija mħassra b'effett mit-12 ta’ Ġunju 2026. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Sal-punt li d-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (21) kompliet tkun vinkolanti fuq Stati Membri mhux marbuta bid-Direttiva 2011/95/UE, id-Direttiva 2004/83/KE hija mħassra b'effett mid-data li fiha dawk l-Istati Membri huma marbuta b'dan ir-Regolament. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 42
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 97.
(2) ĠU C 207, 30.6.2017, p. 67.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024.
(4) Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
(5) Ir-Regolament (UE) 2024/1350 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi Regolament Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni u l-Ammissjoni Umanitarja, u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147 (ĠU L, 2024/1350, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1350/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L, 2024/1351, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1351/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1348/oj).
(10) Id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L, 2024/1346, 22.5.2024, , ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1346/oj).
(11) Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
(15) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(16) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(17) Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali ( ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12).
ANNESS I
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali
Mill-aktar fis possibbli wara li tkun ingħatat il-protezzjoni internazzjonali, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta, bħala minimu, lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali rigward id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-istatus ta’ rifuġjat jew l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja tagħhom. Meta meħtieġ, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta minn awtoritajiet, fornituri ta’ servizzi jew punti ta’ kuntatt rilevanti differenti.
I.
Informazzjoni dwar drittijiet u obbligi relatati mar-residenza u l-permanenza:
(a) |
Dritt għal permess ta’ residenza għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (l-Artikolu 24):
|
(b) |
Dritt għal permess ta’ residenza għall-membri tal-familja ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali (l-Artikolu 23):
|
(c) |
Dritt għal pretensjoni ta’ dokument tal-ivvjaġġar (l-Artikolu 25):
|
(d) |
Dritt għal-libertà ta’ moviment fi ħdan l-Istat Membru u restrizzjonijiet possibbli fuq dak il-moviment (l-Artikolu 26):
|
(e) |
Dritt għal-libertà ta’ moviment fl-Unjoni (l-Artikolu 27):
|
II.
Informazzjoni dwar drittijiet relatati mal-integrazzjoni:
(a) |
Dritt ta’ aċċess għall-impjieg (l-Artikolu 28):
|
(b) |
Dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni għall-minuri (l-Artikolu 29(1))
|
(c) |
Dritt ta’ aċċess għas-sistema edukattiva ġenerali għall-adulti (l-Artikolu 29(2)):
|
(d) |
Dritt għal proċeduri ta’ aċċess għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki u għall-validazzjoni ta’ ħiliet (l-Artikolu 30):
|
(e) |
Informazzjoni dwar skemi xierqa għall-valutazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-eżiti tat-tagħlim u l-esperjenza preċedenti (l-Artikolu 30(3)):
|
(f) |
Dritt għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini fir-rigward tas-sigurtà soċjali (l-Artikolu 31)
|
(g) |
Dritt għal assistenza soċjali (l-Artikolu 31):
|
(h) |
Dritt għall-kura tas-saħħa taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà bħaċ-ċittadini nazzjonali (l-Artikolu 32):
|
(i) |
Dritt ta’ aċċess għall-akkomodazzjoni taħt kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istat Membru (l-Artikolu 34):
|
(j) |
Dritt ta’ aċċess għal miżuri ta’ integrazzjoni meqjusa xierqa, soġġett għal parteċipazzjoni obbligatorja meta jkun applikabbli (l-Artikolu 35):
|
III.
Informazzjoni dwar drittijiet speċifiċi għal minuri mhux akkumpanjati (l-Artikolu 33):
— |
Informazzjoni dwar id-dritt għal gwardjan u d-dmirijiet tal-gwardjan; |
— |
Id-dettalji għat-tressiq ta’ lment kontra gwardjan. |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 2011/95/UE |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, il-punt (a) |
Artikolu 3, il-punt (3) |
Artikolu 2, il-punt (b) |
Artikolu 3, il-punt (4) |
Artikolu 2, il-punt (c) |
— |
Artikolu 2, il-punt (d) |
Artikolu 3, il-punt (5) |
Artikolu 2, il-punt (e) |
Artikolu 3, il-punt (1) |
Artikolu 2, il-punt (f) |
Artikolu 3, il-punt (6) |
Artikolu 2, il-punt (g) |
Artikolu 3, il-punt (2) |
Artikolu 2, il-punt (h) |
Artikolu 3, il-punt (7) |
Artikolu 2, il-punt (i) |
Artikolu 3, il-punt (8) |
Artikolu 2, il-punt (j), formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 3, il-punt (9), formulazzjoni introduttorja |
Artikolu 2, il-punt (j), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3, il-punt (9)(a) |
Artikolu 2, il-punt (j), it-tieni inċiż |
Artikolu 3, il-punt (9)(b) |
Artikolu 2, il-punt (j), it-tielet inċiż |
Artikolu 3, il-punt (9)(c) |
Artikolu 2, il-punt (k) |
Artikolu 3, il-punt (10) |
Artikolu 2, il-punt (l) |
Artikolu 3, il-punt (11) |
Artikolu 2, il-punt (m) |
Artikolu 3, il-punt (12) |
Artikolu 2, il-punt (n) |
Artikolu 3, il-punt (13) |
— |
Artikolu 3, il-punti (14), (15), (16), (17) u (18) |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 4(1) u (2) |
— |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(3), il-punti (a) sa (e) |
- (1) |
Artikolu 4(4) u (5) |
Artikolu 4(4) u (5) |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
— |
Artikolu 8(2) u (3) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(4) |
— |
Artikolu 8(5) u (6) |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 10(1) u (2) |
— |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 11(2), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 11(3) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 12(2), il-punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 12(2), il-punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 12(4) u (5) |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 14(1), il-punt (a) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 14(3), il-punt (a) |
Artikolu 14(1), il-punt (b) |
Artikolu 14(3), il-punt (b) |
Artikolu 14(1), il-punt (c) |
Artikolu 14(4), il-punt (a) |
Artikolu 14(1), il-punt (d) |
Artikolu 14(4), il-punt (b) |
Artikolu 14(1), il-punt (e) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 14(6) |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 16(2), il-punti (a) u (b) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 17(1), il-punti (a), (b), (c) u (d) |
Artikolu 17(1), il-punti (a), (b), (c) u (d) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 17(3) |
— |
Artikolu 17(4) u (5) |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 19(1), il-punt (a) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 19(1), il-punt (b) |
Artikolu 19(3), il-punt (a) |
Artikolu 19(1), il-punt (b) |
Artikolu 19(3), il-punt (b) |
Artikolu 19(1), il-punt (c) |
Artikolu 19(4) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 22 |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 21 |
Artikolu 21(2) |
— |
Artikolu 21(3) |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 23(1) |
— |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 23(1) u (4) |
— |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 23(4) |
Artikolu 23(5) |
Artikolu 23(5) |
Artikolu 23(7) |
Artikolu 24(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 26(4) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 25 |
Artikolu 25 |
Artikolu 26(1) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 26(2) |
Artikolu 28(2), il-punti (c) u (d) |
Artikolu 26(3) |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 26(4) |
Artikolu 31 |
Artikolu 27 |
Artikolu 29 |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 30(1) u (2) |
— |
Artikolu 30(3) |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 31(1) l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 31(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 30 |
Artikolu 32 |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 33(1) l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 33(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 31(2), (3), (4), (5) u (6) |
Artikolu 33(2), (3), (4), (5), (6) u (7) |
Artikolu 32 |
Artikolu 34 |
Artikolu 33 |
Artikolu 26 |
Artikolu 34 |
Artikolu 35(1) |
— |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 35 |
Artikolu 36 |
Artikolu 36 |
Artikolu 37 |
Artikolu 37 |
Artikolu 38 |
Artikolu 38 |
Artikolu 39 |
Artikolu 39 |
— |
— |
Artikolu 40 |
Artikolu 40 |
Artikolu 41 |
Artikolu 41 |
Artikolu 42 |
Artikolu 42 |
— |
(1) Ara l-Artikolu 33(2) tar-Regulament (UE) 2024/1348.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1347/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)