European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1342

22.5.2024

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1342

tal-21 ta’ Mejju 2024

li jemenda l-Annessi II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għad-deltametrina, metalaksil, tijabendażol u trifloksistrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (maximum residue levels, “MRLs”) għad-deltametrina, għall-metalaksil, għat-tijabendażol u għat-trifloksistrobin ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Matul il-valutazzjoni ta’ dawk l-MRLs f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) identifikat xi informazzjoni bħala mhux disponibbli għal ċerti prodotti. L-informazzjoni disponibbli kienet biżżejjed biex l-Awtorità tipproponi MRLs li huma sikuri għall-konsumaturi u l-lakuni fid-data ġew indikati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament filwaqt li ġiet speċifikata d-data sa meta l-informazzjoni nieqsa kellha titressaq għand l-Awtorità b’sostenn għall-MRLs proposti.

(3)

Għad-deltametrina, din l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ infurzar u l-provi tar-residwi ġiet ipprovduta biex tikkonferma l-MRLs eżistenti għall-“ġewż tas-siġar”, il-bettieħ, id-dulliegħ, kukurbiti oħra bil-qoxra li ma tittikilx, il-kaboċċi Ċiniżi, ir-ross u l-qamħ. L-Awtorità kkonkludiet li d-data pprovduta kienet biżżejjed biex tindirizza l-lakuna fid-data identifikata. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jenħtieġ li jinżammu l-MRLs eżistenti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

L-informazzjoni pprovduta dwar il-provi tar-residwi li janalizzaw simultanjament id-definizzjonijiet tar-residwi għall-infurzar u għall-valutazzjoni tar-riskju ma kinitx biżżejjed biex tikkonferma l-MRLs eżistenti tad-deltametrina għall-isfarġel, newlari, loquats, berquq, ċirasa, ħawħ, “frott żgħir u kukku”, pitravi, krafes, rafan, għall-artiċokks, għeruq tat-tursin, ravanell, salsifikat, swedes, ġdur, “ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi”, “ħxejjex tal-basla”, brunġiel, kales, kohlrabies, kurrat, żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, “infużjonijiet erbali mill-għeruq” u għeruq taċ-ċikwejra. Madankollu, l-Awtorità setgħet tikkonkludi li l-MRLs attwali huma sikuri għall-konsumaturi billi użat fattur ta’ konverżjoni għall-kalkolu mill-ġdid tar-riżultati tal-provi tar-residwi miksuba skont id-definizzjoni tar-residwu għall-infurzar tad-definizzjoni tar-residwu għall-valutazzjoni tar-riskju. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jenħtieġ li jinżammu l-MRLs eżistenti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(5)

L-MRLs attwali għat-tuffieħ, żebbuġ tal-mejda, zunnarija, qara’ aħmar, “brassika li tagħmel il-fjuri”, “legumi”, “ċereali (għajr ir-ross u l-qamħ)”, ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi, għeneb, frawli, “kukurbiti bil-qoxra li tittiekel”, ħass tal-ħaruf, ħabirxa, krexxuni tal-art, rokit Ruman, mustarda ħamra, brassika tal-weraq żgħir, weraq tal-għeneb, krexxuni, mazz, faqqiegħ ikkultivat, għads, piżelli, lupini, te u “prodotti li joriġinaw mill-annimali, inkluż ħalib u bajd” huma bbażati fuq il-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs), li ġew inklużi fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/2005 (3). Minkejja diskrepanza bejn l-Unjoni u d-definizzjonijiet tar-residwi tal-Codex, l-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs attwali huma sikuri għall-konsumaturi. Għalhekk, għal dawn il-prodotti jenħtieġ li jinżammu l-MRLs eżistenti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Għall-“frott taċ-ċitru”, kiwi, escaroles, spinaċi u weraq simili, qaqoċċ, fażola, żrieragħ żejtnin, ħwawar tal-frott, rimi u stigma tal-fjuri, l-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel ma ġietx indirizzata u li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissostitwixxu dawk l-MRLs jew b’MRLs alternattivi disponibbli għall-“frott taċ-ċitru”, jew bil-Limitu ta’ Determinazzjoni (Limit of Determination, “LOD”) speċifiku għall-prodott. MRL aktar baxx għall-“frott taċ-ċitru” kien disponibbli abbażi ta’ GAPs (alternattivi) u bl-għan li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-aktar livell baxx raġonevoli, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs ġodda aktar baxxi għalihom fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Peress li għall-prodotti l-oħra elenkati ma kienx disponibbli GAP ta’ riżerva, huwa xieraq li l-livelli jiġu stabbiliti f’LOD speċifiku għall-prodott.

(7)

L-informazzjoni addizzjonali pprovduta dwar il-provi tar-residwi ġiet ikkombinata mad-data eżistenti u dan ippermetta lill-Awtorità tikseb MRLs aktar baxxi għall-“frott tal-kannamieli”, “ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu (minbarra s-sorfolja)”, “infużjonijiet erbali mill-fjuri”, “infużjonijiet erbali mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi”, bżar ħelu u kaboċċi bir-ras u MRL ogħla għall-għanbaqar. L-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs il-ġodda huma sikuri għall-konsumaturi. Għalhekk, għal dawn il-prodotti, jenħtieġ li jiġu inklużi MRLs ġodda fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(8)

L-Awtorità identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs eżistenti għal-lanġas, il-patata u l-ħass u kkonkludiet li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissostitwixxu dawk l-MRLs jew b’MRLs alternattivi aktar baxxi disponibbli għal-lanġas u l-ħass, jew inkella jissostitwixxu dawk l-MRLs bl-LOD speċifiku għall-prodott. Peress li kien disponibbli GAP ta’ riżerva li jwassal għal MRL aktar baxx għal-lanġas u l-ħass, iżda mhux għall-patata, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs ġodda u aktar baxxi għal-lanġas u l-ħass biss, iżda li jitbaxxa l-MRL għal-LOD speċifiku għall-prodott għall-patata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, in-noti f’qiegħ il-paġna li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar dawk il-prodotti jenħtieġ li jitħassru mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(9)

L-Awtorità rċeviet diversi applikazzjonijiet skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex timmodifika l-MRLs eżistenti għad-deltametrina fit-tadam u fl-okra/swaba tan-nisa, fil-ħarrub (4) u fil-qamħirrum (5). Fir-rigward tat-tadam u tal-okra/swaba tan-nisa, l-Awtorità rrakkomandat li jiżdiedu l-MRLs għal dawk il-prodotti. Għalhekk, il-MRLs għat-tadam u għall-okra/swaba tan-nisa jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell identifikat mill-Awtorità. Għall-ħarrub, l-Awtorità, wara li inizjalment identifikat tħassib dwar konsum fit-tul għall-MRL propost, fil-valutazzjoni tad-data konfermatorja sussegwenti, ikkonkludiet li l-valur propost kien sikur għall-konsumaturi. Għalhekk huwa xieraq li dan l-MRL jiġi stabbilit kif propost. Fir-rigward tal-qamħirrum, l-Awtorità kkonkludiet li d-data pprovduta kienet biżżejjed biex jinkiseb MRL ġdid iżda li dan il-livell kien aktar baxx minn dak eżistenti li huwa bbażat fuq CXL, li huwa sikur għall-konsumaturi. L-MRL eżistenti jenħtieġ li għalhekk jinżamm.

(10)

Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni għad-deltametrina fuq il-mangos u l-papaja. L-applikant sostna li l-użi awtorizzati tad-deltametrina fuq għelejjel bħal dawn fil-Brażil iwasslu għal residwi ogħla mill-MRLs stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex jiġu evitati ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li d-data mressqa kienet biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda (ogħla) li tqiesu sikuri għall-konsumaturi (6). Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għall-mangos u l-papaja jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(11)

Għall-metalaksil, il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea rrakkomandaw li tinbidel id-definizzjoni tar-residwu għall-monitoraġġ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għal “total ta’ metalaksil (total ta’ enantjomeri) u metaboliti (ħielsa + konjugati) M3 (N- (2,6-dimetilfenil)-N-(idrossiaċetil)alanina ester metiliku) u M8 (N-(2-idrossimetil-6- metilfenil)-N-(metossiaċetil) alanina ester (total ta’ enantjomeri), espress bħala metalaksil”. Il-Kummissjoni tqis din id-definizzjoni ġdida ta’ residwu bħala xierqa.

(12)

Biex jindirizza l-lakuni fid-data identifikati mill-Awtorità fil-qafas tar-rieżami tal-MRL għall-metalaksil skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-applikant ipprovda data ġdida dwar il-metodi analitiċi u l-provi tar-residwi. Għall-fażola tal-kawkaw u l-ħops, l-Awtorità kkonkludiet (7) li d-data pprovduta kienet biżżejjed biex tindirizza l-lakuna identifikata u li l-provi addizzjonali tar-residwi għall-fażola tal-kawkaw juru li MRL ġdid (aktar baxx) huwa sikur għall-konsumaturi. L-Awtorità kkonkludiet li l-MRL il-ġdid huwa sikur għall-konsumaturi. Għalhekk, għall-ħops, l-MRL eżistenti jenħtieġ li jinżamm u għall-fażola tal-kawkaw l-MRL il-ġdid (aktar baxx) jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għal-lumi, xkomp, mandolin, tuffieħ, lanġas, għeneb, basal, bżar ħelu, bettieħ, dulliegħ, qaqoċċ, fażola tas-sojja u “l-prodotti li joriġinaw mill-annimali”, l-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna identifikata fid-data qabel ma kinitx indirizzata u li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jissostitwixxu dawk l-MRLs jew b’MRLs alternattivi, meta disponibbli, jew inkella jissostitwixxu dawk l-MRLs b’LOD speċifiku għall-prodott. Peress li kien disponibbli GAP ta’ riżerva li jwassal għal MRL aktar baxx għall-ixkomp, mandolin, basal, bżar ħelu, bettieħ, dulliegħ u qaqoċċ, huwa xieraq li jiġu stabbiliti MRLs ġodda aktar baxxi. Għall-“ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu” kien possibbli li tiġi estrapolata data fuq ġewwa minn varjetajiet ta’ ħass b’weraq miftuħ u huwa xieraq li l-MRLs tagħhom jinżammu. Peress li għal-lumi, tuffieħ, lanġas u fażola tas-sojja ma kien disponibbli l-ebda GAP ta’ riżerva, huwa xieraq li dawn l-MRLs jitbaxxew għal-LOD speċifiku għall-prodott. Għall-“prodotti li joriġinaw mill-annimali”, l-Awtorità rrevediet l-MRLs eżistenti abbażi ta’ kalkoli aġġornati tal-piż dijetetiku u pproponiet MRLs ġodda (aktar baxxi) għall-kliewi u l-ġewwieni li jittiekel mill-majjali, min-nagħaġ u mill-mogħoż u MRLs ogħla għall-kliewi, il-fwied u għall-ġewwieni li jittiekel mill-bovini u l-ekwini. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għall-“prodotti li joriġinaw mill-annimali” jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, in-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar dawk il-prodotti jenħtieġ li jitħassru mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(13)

Skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni għall-metalaksil-M fil-frott taż-żejt tal-palm u l-boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod). L-applikant sostna li l-użi awtorizzati tal-metalaksil-M fil-palmi taż-żejt fil-Kolombja u fil-boċċi tal-bżar fil-Vjetnam iwasslu għal residwi ogħla mill-MRLs fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 u li huma meħtieġa MRLs ogħla biex jiġu evitati ostakli kummerċjali għall-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li d-data mressqa kienet biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda li jkunu sikuri għall-konsumaturi (8). Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għall-frott taż-żejt tal-palm u l-boċċi tal-bżar jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità.

(14)

Fit-13 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni Codex Alimentarius adottat CXLs ġodda għall-metalaksil (9). F’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), fejn jeżistu standards internazzjonali jew fejn it-tlestija tagħhom tkun imminenti, dawn iridu jitqiesu fl-iżvilupp jew fl-adattament tal-liġi dwar l-ikel, ħlief meta dawn l-istandards jew partijiet rilevanti jkunu mezz ineffettiv jew mhux adattat biex jintlaħqu l-objettivi leġittimi tal-liġi dwar l-ikel, jew meta jkun hemm ġustifikazzjoni xjentifika, jew meta dawn jirriżultaw f’livell differenti ta’ protezzjoni minn dak stabbilit bħala xieraq fl-Unjoni. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 13, il-punt (e) ta’ dak ir-Regolament, l-Unjoni għandha tippromwovi l-konsistenza bejn l-istandards tekniċi internazzjonali u l-liġi dwar l-ikel filwaqt li tiżgura li l-livell għoli ta’ protezzjoni adottat fl-Unjoni ma jitbaxxiex. L-Awtorità vvalutat ir-riskji għall-konsumaturi u pproduċiet rapport xjentifiku (11). Fil-każijiet fejn l-Awtorità kienet identifikat riskju potenzjali għas-saħħa tal-konsumatur, l-Unjoni ppreżentat riżervi (12) , (13) lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi dwar is-CXLs proposti. Dan kien il-każ għall-metalaksil fit-tuffieħ, fil-lanġas u fil-kaboċċi bir-ras. Dawk is-CXLs, li għalihom l-Unjoni ma resqitx riżerva lill-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi peress li l-Awtorità ma identifikatx riskji għall-konsumaturi fl-Unjoni, jistgħu jitqiesu sikuri. Dan huwa l-każ għas-CXLs għall-metalaksil fl-għeneb, il-basal, il-patata u l-bżar. Għalhekk, dawn is-CXLs jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(15)

Għat-tijabendażol, ingħatat informazzjoni dwar l-esponiment potenzjali tal-konsumatur għall-metabolit benżimidażol, il-provi tar-residwi u l-istabbiltà tal-ħżin biex jiġu kkonfermati l-MRLs eżistenti għat-tuffieħ, l-avokado u l-patata. L-awtorità kkonkludiet (14) li d-data pprovduta kienet biżżejjed biex tindirizza l-lakuna identifikata u ħarġet MRL ġdid (aktar baxx) ibbażat fuq aktar provi tar-residwi li tressqu għall-avocado. L-Awtorità kkonkludiet li l-MRL il-ġdid huwa sikur għall-konsumaturi. Għalhekk jenħtieġ li għat-tuffieħ u l-patata jinżammu l-MRLs eżistenti u għall-avocados jenħtieġ li l-MRL il-ġdid jiġi inkluż fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità identifikat tħassib potenzjali dwar il-konsum tal-konsumatur fuq terminu qasir għall-MRL eżistenti għall-papaja. Għalhekk, għall-papaja l-MRL eżistenti jenħtieġ jitnaqqas għal-LOD speċifiku għall-prodott. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, in-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar dawk il-prodotti jenħtieġ li jitħassru mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(16)

Għat-trifloksistrobin, il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea rrakkomandaw li tinbidel id-definizzjoni tar-residwi għall-monitoraġġ tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali għal “Total ta’ trifloksistrobina u [(E, E)-metossiimino-{2-[1-(3-trifluworometilfenil)etilideneamino-ossimetil]fenil}aċidu aċetiku] (CGA 321113), espress bħala trifloksistrobina (F)”. Il-Kummissjoni tqis din id-definizzjoni ġdida ta’ residwu bħala xierqa.

(17)

Xi wħud mil-lakuni fid-data identifikati mill-Awtorità fil-qafas tar-rieżami tal-MRL għat-trifloksistrobin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ġew indirizzati fir-Regolament (UE) 2018/832, fir-rigward tal-metodi analitiċi u d-disponibbiltà kummerċjali tal-metabolit CGA321113. Biex jindirizza l-lakuni fid-data identifikati mill-Awtorità, l-applikant ipprovda data ġdida dwar il-provi tar-residwi għall-“ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu”, għall-fażola bl-imżiewed u l-ħafur. L-Awtorità kkonkludiet (15) li d-data pprovduta kienet biżżejjed biex tindirizza l-lakuna fid-data identifikata u li l-provi tar-residwi addizzjonali wasslu għal MRLs ġodda li huma sikuri għall-konsumaturi. Għalhekk, dawn l-MRLs il-ġodda jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-frott tal-passjoni, ħjar, ħjar tal-pikles u kaboċċi Ċiniżi, l-Awtorità kkonkludiet li l-lakuna fid-data identifikata qabel ma ġietx indirizzata u li l-maniġers tar-riskju jistgħu jikkunsidraw li jżommu dawk l-MRLs bis-CXLs eżistenti, disponibbli għall-ħjar u l-ħjar tal-pikles jew jissostitwixxu dawk l-MRLs b’LOD speċifiku għall-prodott. Peress li l-GAP ta’ riżerva li jwassal għal MRL sikur għall-konsumaturi kien disponibbli fl-istess livell għall-ħjar u l-ħjar tal-pikles, huwa xieraq li jinżammu dawk l-MRLs, filwaqt li għall-frott tal-passjoni u l-kaboċċi Ċiniżi ma kienx disponibbli GAP ta’ riżerva, allura huwa xieraq li dawn l-MRLs jitbaxxew għal-LOD speċifiku għall-prodott. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, in-noti f’qiegħ il-paġna rispettivi li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar dawk il-prodotti jenħtieġ li jitħassru mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(18)

Flimkien mad-data konfermatorja, l-applikant ressaq ukoll diversi applikazzjonijiet biex jiġu mmodifikati l-MRLs eżistenti għat-trifloksistrobina f’diversi għelejjel skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li d-data mressqa kienet biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda għall-bżar ħelu, kales, għeruq taċ-ċikwejra u għasel li jkunu sikuri għall-konsumaturi (16). Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li dawn il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Meta vvalutat id-data dwar l-escaroles imressqa, l-Awtorità identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRL (ogħla) propost, filwaqt li kkonfermat li l-MRL attwali huwa sikur għall-konsumaturi. Għalhekk huwa xieraq li l-MRL tiegħu jinżamm fil-livell eżistenti. Rigward iċ-ċikwejra, l-Awtorità kkonkludiet li d-data mressqa ma kinitx biżżejjed biex jinħareġ MRL ġdid. Għalhekk huwa xieraq li l-MRL tiegħu jinżamm fil-livell eżistenti li huwa l-LOD speċifiku għall-prodott.

(19)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawk il-laboratorji pproponew LOD speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għall-prodotti kollha.

(20)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa.

(21)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(22)

Sabiex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali ta’ prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi miżura tranżizzjonali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur għoli.

(23)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma l-MRL modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi fin-negozju tal-ikel ikunu jistgħu iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(24)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament, għandu jibqa’ japplika għall-prodotti tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni qabel il-11 ta’ Ġunju 2024, għajr għall-MRLs għad-deltametrina fuq il-lanġas, il-patata u l-ħass u għat-tijabendażol fuq il-papaja.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-11 ta’ Ġunju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.

(2)  Opinjoni motivata “Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review and modification of the existing maximum residue levels for deltamethrin in tomatoes and okra/lady’s fingers”. EFSA Journal 2022;20(3):7107.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/832 tal-5 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċjantraniliprol, iċ-ċimoksanil, id-deltametrina, id-difenokonażol, il-fenamidon, il-flubendiammid, il-fluwopikolid, il-folpet, il-fosetil, il-mandestrobin, il-mepikwat, il-metażaklor, il-propamokarb, il-propargit, il-pirimetanil, is-sulfoksaflor u t-trifloksistrobin f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/832/oj).

(4)  Opinjoni motivata “Modification of the existing maximum residue level for deltamethrin in carobs/Saint John’s breads”. EFSA Journal 2020;18(10):6271.

(5)  Opinjoni motivata “Modification of the existing maximum residue level for deltamethrin in maize/corn”. EFSA Journal 2022;20(7):7446.

(6)  Opinjoni motivata “Setting of import tolerances for deltamethrin in mangoes and papayas”. EFSA Journal 2022;20(3):7198.

(7)  Opinjoni motivata “Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for metalaxyl-M”. EFSA Journal 2021;19(12):6996.

(8)  Opinjoni motivata “Setting of import tolerances for metalaxyl-M in oil palms fruits and peppercorn”. EFSA Journal 2023;21(5):8008.

(9)  Joint FAO/WHO Food Standards Programme Codex Alimentarius Commission. Appendiċi III. Il-ħamsa u erbgħin sessjoni. Virtwali, il-21–25 ta’ Novembru, it-12–13 u d-19 ta’ Diċembru 2022 u s-6 ta’ Frar 2023. https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-701-45%252FFinal%252520Report%252520CAC45%252FCompiled%2BREP22_CAC.pdf.

(10)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta'’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).

(11)  Appoġġ xjentifiku għat-tħejjija ta’ pożizzjoni tal-UE għat-53 Sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi (CCPR). EFSA Journal 2022;20(9):7521.

(12)  Il-Kummenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-Codex CX/PR 22/53/5:https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-718-53%252FCRDs%252Fpr53_crd13revx.pdf.

(13)  Ir-Rapport tat-53 sessjoni tal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi REP22/PR53: https://www.fao.org/fao-who-codexalimentarius/sh-proxy/en/?lnk=1&url=https%253A%252F%252Fworkspace.fao.org%252Fsites%252Fcodex%252FMeetings%252FCX-718-53%252FREPORT%252FFINAL%2BREPORT%252FREP22_PR53e.pdf.

(14)  Opinjoni motivata “Evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for thiabendazole. EFSA Journal 2022;20(8):7539.

(15)  Opinjoni motivata “Modification of existing maximum residue levels in various crops and evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for trifloxystrobin”. EFSA Journal 2022;20(1):7048.

(16)  Modification of the existing maximum residue level for trifloxystrobin in honey. EFSA Journal 2023;21(8):8189.


ANNESS

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonni għad-deltametrina, għall-metalaksil, għat-tijabendażol u għat-trifloksistrobina huma sostitwiti b’dan li ġej:

" Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Deltametrina (ċis-deltametrina) (F)

Metalaksil u metalaksil-M (metalaksil inklużi taħlitiet oħrajn ta' isomeri kostitwenti, inkluż il-metalaksil-M (total ta’ isomeri)) (R)

Tijabendażol (R)

Trifloksistrobina (R) (F)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

 

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

0,02

 

7

0,5

0110010

Grejpfrut

 

0,7

 

 

0110020

Larinġ

 

0,7

 

 

0110030

Lumi

 

0,01  (*1)

 

 

0110040

Xkomp

 

0,4

 

 

0110050

Mandolin

 

0,4

 

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

 

0120000

Ġewż tas-siġar

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,02  (*1)

0,02

0120010

Lewż

 

 

 

 

0120020

Gewż tal-Brażil

 

 

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

 

 

0120040

Qastan

 

 

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

 

 

0120060

Ġellewż

 

 

 

 

0120070

Macadamia

 

 

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

 

 

0120110

Ġewż

 

 

 

 

0120990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0130000

Pomu

 

0,01  (*1)

 

0,7

0130010

Tuffieħ

0,2

 

4

 

0130020

Lanġas

0,09

 

4

 

0130030

Sfarġel

0,1

 

3

 

0130040

Naspli

0,1

 

3

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

0,1

 

3

 

0130990

Oħrajn (2)

0,1

 

0,01  (*1)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

3

0140010

Berquq

0,15

 

 

 

0140020

Ċiras (ħelu)

0,1

 

 

 

0140030

Ħawħ

0,15

 

 

 

0140040

Għanbaqar

0,1

 

 

 

0140990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

 

0,01  (*1)

 

0151000

(a)

għeneb

0,2

1,5

 

3

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

 

 

 

0152000

(b)

frawli

0,2

0,6

 

1

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

0,08

0,02  (*1)

 

3

0153010

Tut

 

 

 

 

0153020

Tut salvaġġ

 

 

 

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

 

 

 

0153990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

0,6

 

 

3

0154010

Mirtill

 

0,01  (*1)

 

 

0154020

Cranberries

 

0,01  (*1)

 

 

0154030

Ribes (abjad, aħmar u iswed)

 

0,4

 

 

0154040

Ribes bix-xewk (aħdar, aħmar u isfar)

 

0,3

 

 

0154050

Warda Skoċċiża

 

0,01  (*1)

 

 

0154060

Ċawsli (abjad u iswed)

 

0,01  (*1)

 

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0,01  (*1)

 

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0,01  (*1)

 

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

 

0160000

Frott mixxellanju

 

 

 

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0,05  (*1)

 

 

0161010

Tamal

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161020

Tin

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

1

 

0,01  (*1)

0,3

0161040

Larinġ tal-qsari

0,01  (*1)

 

7

0,01  (*1)

0161050

Karambola

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161060

Kaki

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161070

Għanbaqar ta’ Ġava

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0162010

Frott tal-kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

 

0,02  (*1)

 

 

0162020

Liċċi

 

0,01  (*1)

 

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0,01  (*1)

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0,01  (*1)

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0,01  (*1)

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0,01  (*1)

 

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0,01  (*1)

 

 

0163010

Avokado

0,01  (*1)

 

15

0,01  (*1)

0163020

Banana

0,01  (*1)

 

6

0,05

0163030

Mango

0,05

 

5

0,01  (*1)

0163040

Papaja

0,1

 

0,01  (*1)

0,6

0163050

Rummien

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163060

Ċerimoja

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163070

Gwava

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163080

Ananas

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163090

Frott tas-siġra tal-ħobż

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163100

Durian

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163110

Frott tal-annona

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0163990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

 

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

 

 

0211000

(a)

patata

0,01  (*1)

0,02

0,04

0,02

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

0,01  (*1)

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

3

 

0212030

Jammijiet

 

 

0,01  (*1)

 

0212040

Ararut

 

 

0,01  (*1)

 

0212990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħrajn tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

0,02

 

0,01  (*1)

 

0213010

Pitravi

 

0,02  (*1)

 

0,02

0213020

Zunnarija

 

0,1

 

0,1

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0,01  (*1)

 

0,03

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0,1

 

0,08

0213050

Artiċokks

 

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0213060

Zunnarija bajda

 

0,1

 

0,04

0213070

Tursin ta’ Hamburg

 

0,01  (*1)

 

0,08

0213080

Ravanell

 

0,06

 

0,08

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0,02  (*1)

 

0,04

0213100

Swedes

 

0,01  (*1)

 

0,04

0213110

Lift

 

0,01  (*1)

 

0,04

0213990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0220000

Ħxejjex tal-basla

 

 

0,01  (*1)

 

0220010

Tewm

0,06

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0220020

Basal

0,06

0,03

 

0,01  (*1)

0220030

Xalotti

0,06

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0220040

Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

0,3

0,3

 

0,1

0220990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

 

0,01  (*1)

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

 

 

0231010

Tadam

0,1

0,3

 

0,7

0231020

Bżar ħelu

0,15

0,4

 

0,9

0231030

Brunġiel

0,4

0,01  (*1)

 

0,7

0231040

Bamja

0,15

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0231990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b’qoxra li tittiekel

0,2

 

 

0,3

0232010

Ħjar

 

0,5

 

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0,01  (*1)

 

 

0232030

Zukkini

 

0,01  (*1)

 

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

 

 

0,3

0233010

Bettieħ

0,01  (*1)

0,15

 

 

0233020

Qara’ aħmar

0,2

0,01  (*1)

 

 

0233030

Dulliegħ

0,01  (*1)

0,15

 

 

0233990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,02

0,05  (*1)

 

0,01  (*1)

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0240000

ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-għelejjel tal-weraq żgħar tal-brassika)

 

 

0,01  (*1)

 

0241000

(a)

brassika li tagħmel il-fjuri

0,1

0,2

 

 

0241010

Brokkli

 

 

 

0,6

0241020

Pastard

 

 

 

0,5

0241990

Oħrajn (2)

 

 

 

0,5

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

0,01  (*1)

 

 

 

0242010

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0,15

 

0,6

0242020

Kaboċċi kkapoċċati

 

0,06

 

0,5

0242990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

 

 

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

0,2

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0243020

Kaboċċi (“kales”)

0,15

0,3

 

2

0243990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0244000

(d)

ġdur

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

3

0,01  (*1)

15

0251010

Ħass tal-ħaruf

2

 

 

 

0251020

Ħass

0,4

 

 

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

0,01  (*1)

 

 

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

2

 

 

 

0251050

Krexxuni tal-art

2

 

 

 

0251060

Aruka

2

 

 

 

0251070

Mustarda ħamra

2

 

 

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

2

 

 

 

0251990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

1,5

0,01  (*1)

 

0252010

Spinaċi

 

 

 

20

0252020

Burdlieq

 

 

 

15

0252030

Weraq tas-selq

 

 

 

0,01  (*1)

0252990

Oħrajn (2)

 

 

 

0,01  (*1)

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

2

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

2

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0,4

0,15

0,01  (*1)

0256000

(f)

Ħxejjex aromatiċ u fjuri li jittieklu

 

3

0,02  (*1)

30

0256010

Maxxita

2

 

 

 

0256020

Kurrat salvaġġ

1,5

 

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

1,5

 

 

 

0256040

Tursin

1,5

 

 

 

0256050

Salvja

1,5

 

 

 

0256060

Klin

1,5

 

 

 

0256070

Timu

1,5

 

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

1,5

 

 

 

0256090

Weraq tar-rand

1,5

 

 

 

0256100

Stregun

1,5

 

 

 

0256990

Oħrajn (2)

1,5

 

 

 

0260000

Legumi

0,2

 

0,01  (*1)

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0,02  (*1)

 

0,8

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0,02  (*1)

 

0,09

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0,02  (*1)

 

1,5

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0,02  (*1)

 

0,09

0260050

Għads

 

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0260990

Oħrajn (2)

 

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

 

 

0,01  (*1)

 

0270010

Spraġ

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,05

0270020

Kardun

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270030

Krafes

0,3

0,01  (*1)

 

1

0270040

Bużbież ta’ Firenze

0,3

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270050

Qaqoċċ

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,3

0270060

Kurrat

0,3

0,03

 

0,7

0270070

Rabarbru

0,3

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270090

Qlub tal-palm

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0270990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

0,05

 

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

0,01  (*1)

 

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

0,01  (*1)

 

 

 

0290000

Algi u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

 

 

0,01  (*1)

0,2

0300010

Fażola

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

 

0300020

Għads

1

0,01  (*1)

 

 

0300030

Piżelli

1

0,02  (*1)

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

1

0,02  (*1)

 

 

0300990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

 

0,02  (*1)

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,2

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401070

Fażola tas-sojja

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,05

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,4

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401110

Żerriegħa tal-għosfor

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,01  (*1)

0,02  (*1)

 

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

 

 

 

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

0,6

0,01  (*1)

 

0,3

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,01  (*1)

0,015

 

0,01  (*1)

0402040

Kapok

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0402990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0500000

ĊEREALI

 

 

0,01  (*1)

 

0500010

Xgħir

2

0,01  (*1)

 

0,5

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

2

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0500030

Qamħirrum

2

0,02  (*1)

 

0,02

0500040

Millieġ komuni

2

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0500050

Ħafur

2

0,01  (*1)

 

0,3

0500060

Ross

1

0,01  (*1)

 

5

0500070

Segala

2

0,01  (*1)

 

0,3

0500080

Sorgu

2

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0500090

Qamħ

1

0,01  (*1)

 

0,3

0500990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0,01  (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

 

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

5

0,05  (*1)

 

 

0620000

Kafeni

0,1  (*1)

0,05  (*1)

 

 

0630000

Infusjonijiet erbali minn

 

0,05  (*1)

 

 

0631000

(a)

mill-fjuri

9

 

 

 

0631010

Kamumella

 

 

 

 

0631020

Ibisku

 

 

 

 

0631030

Ward

 

 

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

 

 

0631050

Tilju

 

 

 

 

0631990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

9

 

 

 

0632010

Frawli

 

 

 

 

0632020

Rooibos

 

 

 

 

0632030

Matè/te tal-Paragwaj

 

 

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0633000

(c)

mill-għeruq

0,3

 

 

 

0633010

Valerjana

 

 

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

 

 

0633990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0639000

(d)

kull parti oħra tal-pjanta

0,05  (*1)

 

 

 

0640000

Żerriegħa tal-kawkaw

0,05  (*1)

0,05

 

 

0650000

Ħarrub

0,7

0,05  (*1)

 

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

15

0,05  (*1)

40

0800000

ĦWAWAR

 

 

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

 

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

 

 

0810030

Karfus

 

 

 

 

0810040

Kosbor

 

 

 

 

0810050

Kemmun

 

 

 

 

0810060

Xibt

 

 

 

 

0810070

Bużbież

 

 

 

 

0810080

Fienu

 

 

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,05  (*1)

 

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0,05  (*1)

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0,05  (*1)

 

 

0820030

Karwija

 

0,05  (*1)

 

 

0820040

Kardamomu

 

0,05  (*1)

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0,05  (*1)

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (bojod, ħodor u suwed)

 

2

 

 

0820070

Vanilja

 

0,05  (*1)

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0,05  (*1)

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0,05  (*1)

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

 

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

 

 

0840010

Għud is-sus

0,5

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

 

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,5

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

 

 

0840990

Oħrajn (2)

0,5

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

 

 

0850020

Kappar

 

 

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0860000

Ħwawar ta’ qalb il-fjura

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

 

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

 

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0,01  (*1)

0,01  (*1)

 

0900010

Pitravi ħelu

0,01  (*1)

 

 

0,02

0900020

Kannamieli

0,01  (*1)

 

 

0,01  (*1)

0900030

Għeruq taċ-ċikwejra

0,04

 

 

0,02

0900990

Oħrajn (2)

0,01  (*1)

 

 

0,01  (*1)

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

 

 

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin

 

 

 

 

1011000

(a)

il-ħnieżer

 

 

0,01  (*1)

0,04

1011010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

 

1011020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

 

1011030

Fwied

0,03  (*1)

0,05  (*1)

 

 

1011040

Kliewi

0,03  (*1)

0,15

 

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,15

 

 

1011990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

 

1012000

(b)

l-annimali bovini

 

 

0,1

 

1012010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

0,04

1012020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

0,06

1012030

Fwied

0,03  (*1)

0,06

 

0,07

1012040

Kliewi

0,03  (*1)

0,4

 

0,04

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,4

 

0,07

1012990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1013000

(c)

in-nagħaġ

 

 

0,01  (*1)

 

1013010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

0,04

1013020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

0,06

1013030

Fwied

0,03  (*1)

0,05  (*1)

 

0,07

1013040

Kliewi

0,03  (*1)

0,15

 

0,04

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,15

 

0,07

1013990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

 

0,1

 

1014010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

0,04

1014020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

0,06

1014030

Fwied

0,03  (*1)

0,05  (*1)

 

0,07

1014040

Kliewi

0,03  (*1)

0,15

 

0,04

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,15

 

0,07

1014990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1015000

(e)

l-ekwini

 

 

0,01  (*1)

 

1015010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

0,04

1015020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

0,06

1015030

Fwied

0,03  (*1)

0,06

 

0,07

1015040

Kliewi

0,03  (*1)

0,4

 

0,04

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,4

 

0,07

1015990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1016000

(f)

il-pollam

 

 

0,01  (*1)

0,04

1016010

Muskoli

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

 

1016020

Xaħam

0,1

0,01  (*1)

 

 

1016030

Fwied

0,02  (*1)

0,05  (*1)

 

 

1016040

Kliewi

0,02  (*1)

0,05  (*1)

 

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)

0,05  (*1)

 

 

1016990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

 

1017000

(g)

annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

 

0,01  (*1)

 

1017010

Muskoli

0,03

0,01  (*1)

 

0,04

1017020

Xaħam

0,5

0,01  (*1)

 

0,06

1017030

Fwied

0,03  (*1)

0,05  (*1)

 

0,07

1017040

Kliewi

0,03  (*1)

0,15

 

0,04

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

0,15

 

0,07

1017990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1020000

Ħalib

0,05

0,01  (*1)

 

0,02  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

 

0,1

 

1020020

tan-nagħaġ

 

 

0,01  (*1)

 

1020030

Mogħoż

 

 

0,1

 

1020040

Żwiemel

 

 

0,01  (*1)

 

1020990

Oħrajn (2)

 

 

0,01  (*1)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,04

1030010

Tiġieġ

 

 

 

 

1030020

Papri

 

 

 

 

1030030

Wiżż

 

 

 

 

1030040

Summien

 

 

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

0,07

1050000

Anfibji u rettili

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,02  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,02  (*1)

1070000

Annimali terrestri vertebrati slavaġ

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0,01  (*1)

0,02  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

 

 

(+)

Kombinament ta’ pestiċidi u prodotti li għalih teżisti nota f’qiegħ il-paġna. Il-lista tan-noti f’qiegħ il-paġna hija pprovduta hawn taħt.

Deltametrina (ċis-deltametrina) (F)

(F) Solubbli fix-xaħam

Metalaksil u metalaksil-M (metalaksil inklużi taħlitiet oħrajn ta' isomeri kostitwenti, inkluż il-metalaksil-M (total ta’ isomeri)) (R)

(R) Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: Metalaksil — kodiċi 100000 , minbarra 1040000: Total ta’ metalaksil (total ta’ enantjomeri) u metaboliti (ħielsa + konjugati) M3 (N- (2,6-dimetilfenil)-N-(idrossiaċetil)alanina ester metiliku) u M8 (N-(2-idrossimetil-6- metilfenil)-N-(metossiaċetil) alanina ester (total ta’ enantjomeri), espress bħala metalaksil

Tijabendażol (R)

(R) Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: Tijabendażol - kodiċi 100000 , minbarra 1020000 u 1040000: total ta’ tijabendażol u 5-idrossitijabendażol, espress bħala tijabendażol

Tijabendażol — kodiċi 1020000: total tat-tijabendażol, 5-idrossitijabendażol u l-konjugat tas-sulfat tiegħu, espress bħala tijabendażol

Trifloksistrobina (R) (F)

(R) Id-definizzjoni tar-residwi tvarja għall-kombinazzjonijiet li ġejjin tal-pestiċida u n-numru tal-kodiċi: Trifloksistrobina - kodiċi 1000000 minbarra 1040000: total ta' triflossistrobin u l-aċidu metabolit (E,E)-metossimino- {2-[1-(3-trifluwometil-fenil)-etilideneammino-ossimetil]-fenil}-aċetiku (CGA 321113) tagħha, espress bħala trifloksistrobina (F)

(F) Solubbli fix-xaħam"


(*1)  Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, jenħtieġ li ssir referenza għall-Anness I


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1342/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)