European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1329

15.5.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1329

tat-13 ta’ Mejju 2024

li temenda u tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-prevenzjoni tal-isplużjonijiet u l-protezzjoni minnhom f’atmosferi splussivi, it-tagħmir relatat mal-laser, il-partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll, il-magni tal-plastik u tal-lasktu, il-vetturi għall-ġbir tal-iskart, it-tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa l-inġenji tal-ajru, it-trakkijiet industrijali bla sewwieq u s-sistemi tagħhom, iċ-ċikletti megħjuna bl-enerġija elettrika, iċ-ċineg trasportaturi għall-isport tax-xitwa jew għat-turisti, it-trakkijiet imbuttati minn persuni bil-mixi, il-magni tax-xogħol tal-injam għall-minċotti u għall-qtugħ ta’ profili, it-tratturi u l-makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija, l-apparati kummerċjali għall-imballaġġ b’vakwu, l-apparati refriġeranti kummerċjali u l-apparati li jagħmlu s-silġ, il-ġliem għall-qtugħ tal-ħaxix u l-makkinarju għall-ġonna li jitħaddem b’mutur u kkontrollat minn persuni bil-mixi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, it-tagħmir immanifatturat f’konformità mal-istandards armonizzati, jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Permezz tal-ittra M/396 tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) (“it-Talba”) għall-abbozzar, għar-reviżjoni u għat-tlestija tal-ħidma fuq l-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet introdotti b’dik id-Direttiva meta mqabbel mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Abbażi tat-Talba, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandards armonizzati ġodda li ġejjin: EN ISO 3691-4:2023 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u l-verifika ta’ trakkijiet industrijali bla sewwieq u s-sistemi tagħhom, EN ISO 19085-12:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 19085-12:2021/A11:2023, dwar is-sikurezza tal-magni tax-xogħol tal-injam għall-minċotti u għall-qtugħ ta’ profili, EN ISO 25119-1:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-1:2023/A1:2023, dwar il-prinċipji ġenerali tal-partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll ta’ tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija, EN ISO 25119-2:2023 dwar il-fażi tal-konċetwazzjoni ta’ partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll ta’ tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija, EN ISO 25119-3:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-3:2023/A1:2023, dwar l-iżvilupp ta’ serje, hardware u software tat-tratturi u l-makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija, EN ISO 25119-4:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-4:2023/A1:2023, dwar il-produzzjoni, l-operat, il-modifikazzjoni u l-proċessi ta’ appoġġ tat-tratturi u l-makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija, kif ukoll EN IEC 60335-2-119:2024 u l-emenda tiegħu, EN IEC 60335-2-119:2024/A11:2024, dwar l-apparati kummerċjali għall-imballaġġ b’vakwu.

(4)

Barra minn hekk, abbażi tat-Talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586 (4), biex jadattawhom għall-progress teknoloġiku, biex jikkoreġuhom jew jirtirawhom:EN 1218-1:1999+A1:2009; EN 1218-2:2004+A1:2009, EN 1218-5:2004+A1:2009; EN 1417:2014, EN 1501-4:2007; EN 1915-1:2013; EN ISO 13849-1:2015; EN 15194:2017; EN 15700:2011; EN 16307-5:2013; EN IEC 60335-2-89:2022 u l-emenda u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 60335-2-89:2022/A11:2022 u EN IEC 60335-2-89:2022/AC:2023-11; EN IEC 62841-4-5:2021 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-4-5:2021/A11:2021; u EN IEC 62841-4-7:2022 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-4-7:2022/A11:2022. Dan irriżulta fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati emendatorji, ta’ sostituzzjoni jew ta’ korrezzjoni li ġejjin, rispettivament: EN ISO 19085-12:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 19085-12:2021/A11:2023; EN 1417:2023, EN 1501-4:2023; EN 1915-1:2023; EN ISO 13849-1:2023; EN 15194:2017+A1:2023; EN 15700:2023; EN 16307-5:2023; EN IEC 60335-2-89:2022/AC:2023-11; EN IEC 62841-4-5:2021/AC:2024-01; u EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-05 u EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-10.

(5)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-Cenelec, ivvalutat jekk l-istandards abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-Cenelec jikkonformawx mat-Talba.

(6)

Wara li eżaminat l-istandard EN 15700:2023 dwar is-sikurezza għaċ-ċineg trasportaturi għall-isport tax-xitwa jew għall-użu rikreattiv, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fil-punt 1.7.4.2. (u) tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, jiġifieri r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut tal-istruzzjonijiet għall-użu fir-rigward tal-informazzjoni obbligatorja dwar l-emissjonijiet tal-istorbju fl-arja.

(7)

Issemmiet ir-referenza tal-istandard armonizzat EN 15194:2017 dwar iċ-ċikletti megħjuna bl-enerġija elettrika b’żewġ restrizzjonijiet li jkopru r-riskji assoċjati ma’ temperaturi estremi, nirien u splużjonijiet, kif ukoll dawk li jkopru l-vibrazzjonijiet. Peress li l-istandard armonizzat EN 15194:2017+A1:2023 jindirizza biss ir-riskji assoċjati ma’ temperaturi estremi, nirien u splużjonijiet, jenħtieġ li tinżamm ir-restrizzjoni li tindirizza l-vibrazzjonijiet.

(8)

L-istandards armonizzati abbozzati, riveduti u emendati mis-CEN u mis-Cenelec abbażi tat-Talba, għajr l-istandard armonizzat EN 15700:2023 u 15194:2017+A1:2023, jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards, b’restrizzjoni fejn rilevanti, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jagħtu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE. Biex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE jkunu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 1417:2023, EN 1501-4:2023, EN 1915-1:2023, EN ISO 3691-4:2023, EN ISO 13849-1:2023, EN 15194:2017+A1:2023, EN 15700:2023, EN 16307-5:2023, EN ISO 19085-12:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 19085-12:2021/A11:2023, EN ISO 25119-1:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-1:2023/A1:2023, EN ISO 25119-2:2023, EN ISO 25119-3:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-3:2023/A1:2023, EN ISO 25119-4:2023 u l-emenda tiegħu, EN ISO 25119-4:2023/A1:2023, EN IEC 60335-2-89:2022 u l-emenda u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 60335-2-89:2022/A11:2022 u EN IEC 60335-2-89:2022/AC:2023-11, EN IEC 60335-2-119:2024 u l-emenda tiegħu, EN IEC 60335-2-119:2024/A11:2024, EN IEC 62841-4-5:2021 u l-korrezzjoni u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-4-5:2021/A11:2021 u EN IEC 62841-4-5:2021/AC:2024-01, kif ukoll EN IEC 62841-4-7:2022 u l-emenda u l-korrezzjonijiet tiegħu, EN IEC 62841-4-7:2022/A11:2022, EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-05 u EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-10, jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(10)

L-istandards armonizzati EN 16590-1:2014, EN 16590-2:2014, EN 16590-3:2014 u EN 16590-4:2014, li r-referenzi tagħhom huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586, jenħtieġ li jitqiesu obsoleti, peress li ma għadhomx jirrappreżentaw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

(11)

Huwa meħtieġ li jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi tal-istandards armonizzati EN 1218-1:1999+A1:2009, EN 1218-2:2004+A1:2009, EN 1218-5:2004+A1:2009, EN 1417:2014, EN 1501-4:2007, EN 1915-1:2013, EN ISO 13849-1:2015, EN 15194:2017, EN 15700:2011 u EN 16307-5:2013, peress li dawn ġew riveduti, u ta’ EN 16590-1:2014, EN 16590-2:2014, EN 16590-3:2014 u EN 16590-4:2014, peress li jitqiesu li ma għadhomx validi. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586.

(12)

L-istandard armonizzat EN 1127-2:2014 dwar il-prevenzjoni u l-protezzjoni tal-isplużjonijiet, b’kunċetti u metodoloġija bażiċi, li r-referenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586, ġie elenkat bi żball bħala standard tat-tip A minflok standard tat-tip B, fir-rigward tal-makkinarju. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-iżball u l-korrezzjoni tiegħu jiġu riflessi fl-Ewwel u fit-Tieni Parti tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586, kif xieraq.

(13)

Fir-rigward tal-makkinarju, l-istandard armonizzat EN ISO 11554:2017 dwar il-metodi tal-ittestjar għar-raġġi tal-laser fit-tagħmir relatat mal-laser, li r-refenza tiegħu hija ppubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586, ġie elenkat bi żball bħala standard tat-tip C minflok standard tat-tip B. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-iżball u l-korrezzjoni tiegħu jiġu riflessi fit-Tieni u t-Tielet Parti tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586, kif xieraq.

(14)

Biex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien ħalli jadattaw il-makkinarju tagħhom li huwa kopert bl-istandard armonizzat EN 1218-1:1999+A1:2009, EN 1218-2:2004+A1:2009, EN 1218-5:2004+A1:2009, EN 1501-4:2007, EN 16590-1:2014, EN 16590-2:2014, EN 16590-3:2014, EN 16590-4, EN 1915-1:2013, EN ISO 13849-1:2015, EN 15194:2017, EN 15700:2011 jew EN 16307-5:2013, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġi differit.

(15)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 tiġi emendata kif xieraq.

(16)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-referenzi tal-istandards armonizzati elenkati fit-Tielet Parti, il-punt 2, ir-ringieli 121, 266, 324a, 343, 405, 495, 495a, 502a,513a, 671a u 681a tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma ppubblikati b’restrizzjoni.”; u

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1)(a) tal-Anness I għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2027.

Il-punt (1)(b) tal-Anness I għandu japplika mill-15 ta’ Novembru 2025.

Il-punt (2)(a) tal-Anness I għandu japplika mill-15 ta’ Novembru 2025.

Il-punt (2)(b) tal-Anness I għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2026.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)   ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/42/oj.

(3)  Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/37/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586 tas-26 ta’ Lulju 2023 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 2.8.2023, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1586/oj).


ANNESS I

L-Anness I mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tieni Parti, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

titħassar ir-ringiela 66;

(b)

jitħassru r-ringieli 89 u 90;

(c)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

“66a.

EN ISO 13849-1:2023

Sikurezza tal-makkinarju – Partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll – Parti 1: Prinċipji ġenerali għad-disinn (ISO 13849-1:2023)”;

(2)

fit-Tielet Parti, il-punt 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru r-ringieli 103, 104, 106, 112, 125, 173, 502, 542, 550 u 551;

(b)

titħassar ir-ringiela 495;

(c)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

“112a.

EN 1417:2023

Magni tal-plastik u tal-lasktu – Imtieħen b’żewġ rombli – Rekwiżiti tas-sikurezza”;

“125a.

EN 1501-4:2023

Vetturi għall-ġbir tal-iskart – Rekwiżiti ġenerali u rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 4: Kodiċi tat-test tal-istorbju fil-vetturi għall-ġbir tal-iskart”;

“173a.

EN 1915-1:2023

Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa l-inġenji tal-ajru – Rekwiżiti ġenerali – Parti 1: Rekwiżiti bażiċi tas-sikurezza”;

“189a.

EN ISO 3691-4:2023

Trakkijiet industrijali – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Parti 4: Trakkijiet industrijali bla sewwieq u s-sistemi tagħhom”;

“495a.

EN 15194:2017+A1:2023

Ċikletti – Ċikletti megħjuna bl-enerġija elettrika – Biċikletti EPAC

Restrizzjoni: L-istandard armonizzat EN 15194:2017+A1:2023 ma jagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fil-punti 1.5.9 u 3.6.3.1 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, li jirrikjedu li l-makkinarju jkun iddisinjat u mibni biex iqis ir-riskji li jirriżultaw mill-vibrazzjonijiet, u li l-makkinarju jrid jiġi pprovdut bil-kejl tal-vibrazzjonijiet trażmessi mill-makkinarju lill-operatur tal-makkinarju”;

“502a.

EN 15700:2023

Sikurezza għaċ-ċineg trasportaturi għall-isport tax-xitwa jew għall-użu rikreattiv

Restrizzjoni: Fir-rigward tal-paragrafu 7.3 ta’ dan l-istandard armonizzat, il-konformità ma’ dan l-istandard armonizzat ma tagħtix preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza 1.7.4.2.(u) tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE”;

“542a.

EN 16307-5:2023

Trakkijiet industrijali – Rekwiżiti tas-sikurezza u verifika – Parti 5: Rekwiżiti supplimentari għal trakkijiet imbuttati minn persuni bil-mixi”;

“585a.

EN ISO 19085-12:2021

Magni tax-xogħol tal-injam – Sikurezza – Parti 12: Magni għall-minċotti/qtugħ ta’ profili (ISO 19085-12:2021)

EN ISO 19085-12:2021/A11:2023”;

“604a.

EN ISO 25119-1:2023

Tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija – Partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll – Parti 1: Prinċipji ġenerali għad-disinn u għall-iżvilupp (ISO 25119-1:2018)

EN ISO 25119-1:2023/A1:2023”;

“604b.

EN ISO 25119-2:2023

Tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija – Partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll – Parti 2: Fażi tal-konċettwazzjoni (ISO 25119-2:2019)”;

“604c.

EN ISO 25119-3:2023

Tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija – Partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll – Parti 3: Żvilupp ta’ serje, hardware u software (ISO 25119-3:2018)

EN ISO 25119-3:2023/A1:2023”;

“604d.

EN ISO 25119-4:2023

Tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u għall-forestrija – Partijiet relatati mas-sikurezza tas-sistemi ta’ kontroll – Parti 4: Produzzjoni, operat, modifikazzjoni u proċessi ta’ appoġġ (ISO 25119-4:2018)

EN ISO 25119-4:2023/A1:2023”;

“655a.

EN IEC 60335-2-119:2024

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-119: Rekwiżiti partikolari għal apparati kummerċjali għall-imballaġġ b’vakwu

EN IEC 60335-2-119:2024/A11:2024”;

(d)

ir-ringieli 651, 698 u 699 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“651.

EN IEC 60335-2-89:2022

Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-89: Rekwiżiti partikolari għal apparati refriġeranti kummerċjali u għal apparati li jagħmlu s-silġ b’unità refriġeranti inkorporata jew remota jew b’kompressur li jaħdem b’mutur (IEC 60335-2-89:2019)

EN IEC 60335-2-89:2022/A11:2022

EN IEC 60335-2-89:2022/AC:2023-11’;

“698.

EN IEC 62841-4-5:2021

Għodod elettriċi li jinżammu fl-idejn u jitħaddmu b’mutur, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lawns u ġonna – Sikurezza – Parti 4-5: Rekwiżiti partikolari għal ġliem għall-qtugħ tal-ħaxix (IEC 62841-4-5:2021)

EN IEC 62841-4-5:2021/A11:2021

EN IEC 62841-4-5:2021/AC:2024-01’;

“699.

EN IEC 62841-4-7:2022

Għodod elettriċi li jinżammu fl-idejn u jitħaddmu b’mutur, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal lawns u ġonna – Sikurezza – Parti 4-7: Rekwiżiti partikolari għal strumenti kkontrollati minn persuni bil-mixi li joborxu l-lawns u jagħtu l-arja lil wiċċ il-ħamrija (IEC 62841-4-7:2022)

EN IEC 62841-4-7:2022/A11:2022

EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-05

EN IEC 62841-4-7:2022/AC:2023-10”.


ANNESS II

L-Anness I mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Ewwel Parti, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Referenza tal-istandard.

EN ISO 12100:2010, Sikurezza tal-makkinarju – Prinċipji ġenerali għad-disinn – Valutazzjoni tar-riskju u tnaqqis tar-riskju (ISO 12100:2010).”

(2)

fit-Tielet Parti, il-punt 2, titħassar ir-ringiela 259;

(3)

fit-Tieni Parti, il-punt 2, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali:

“26a.

EN 1127-2:2014

Atmosferi splussivi – Prevenzjoni u protezzjoni tal-isplużjonijiet – Parti 2: Kunċetti bażiċi u metodoloġija għat-tħaffir f’minjieri”;

“53a.

EN ISO 11554:2017

Ottika u fotonika – Lasers u tagħmir relatat mal-laser – Metodi tal-ittestjar għall-enerġija b’raġġi tal-laser, l-enerġija u l-karatteristiċi temporali (ISO 11554:2017)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1329/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)