European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1320

16.5.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1320

tal-15 ta’ Mejju 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 fir-rigward tal-lista ta’ żoni infettati għat-trażżin tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 (2) ilu japplika minn Awwissu tal-2020 bil-għan li jipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (“il-pest speċifikat”).

(2)

Wara l-istħarriġ li twettaq skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, l-Italja kkonfermat li l-eradikazzjoni tal-pest speċifikat fil-muniċipalitajiet ta’ Alberobello, Castellana Grotte, Monopoli, Polignano a Mare u Putignano fil-provinċja ta’ Bari u fil-muniċipalità ta’ Fasano fil-provinċja ta’ Taranto ma għadhiex possibbli.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-muniċipalitajiet jiżdiedu mal-lista rispettiva ta’ żoni infettati taħt trażżin, kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, fir-rigward tal-provinċji ta’ Taranto u Bari.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201

L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (ĠU L 269, 17.8.2020, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1201/oj).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-punt 3, “Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Taranto”: “Fasano” tiddaħħal wara “Faggiano”.

(2)

Il-punt 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.

Il-muniċipalitajiet li jinsabu fil-provinċja ta’ Bari:

 

Alberobello

 

Castellana Grotte

 

Locorotondo

 

Monopoli

 

Polignano a Mare

 

Putignano”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1320/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)