European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1308

13.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1308

tat-30 ta’ April 2024

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1869 tas-16 ta’ Ottubru 2017 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-iskop li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fid-19 ta’ Lulju 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1294 (2), li taħtar lis-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mis-16 ta’ Awwissu 2022 sat-30 ta’ April 2024.

(3)

Fid-29 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1247 (3), biex estenda l-mandat tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2026.

(4)

Fis-27 ta’ Marzu 2024, ir-Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni tal-EUAM Iraq mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Anders WIBERG bħala Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2024.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 266, 17.10.2017, p. 12.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/1294 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (EUAM Iraq/1/2022) (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 123).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1247 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1869 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fl-Iraq (EUAM Iraq) (ĠU L, 2024/1247, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1247/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1308/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)