|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1262 |
15.5.2024 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1262
tat-13 ta’ Marzu 2024
li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2010/63/UE jirrikjedi li l-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi jkunu pprovduti b’post fejn joqogħdu, ambjent u kura li huma adatti għal saħħithom u t-trattament xieraq tagħhom. L-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma ta’ dawk l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/63/UE jirrikjedi li l-annimali jinqatlu b’uġigħ, tbatija u skonfort minimi, permezz tal-metodi xierqa ta’ qtil speċifiċi għall-ispeċi previsti fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Meta kienet qed tiġi adottata d-Direttiva, ma kienx hemm biżżejjed evidenza xjentifika disponibbli dwar ir-rekwiżiti xierqa ta’ akkomodazzjoni u kura għal ċerti speċijiet, inklużi ċ-ċefalopodi, il-ħut taż-żebra u l-għasafar passeriformi, u dwar il-metodi xierqa ta’ qtil għaċ-ċefalopodi. Għalhekk, fl-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE ma ġie inkluż l-ebda rekwiżit speċifiku għall-ispeċi għal dawk l-ispeċijiet jew għall-qtil taċ-ċefalopodi fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Mill-2010 ’l hawn, inkiseb għarfien xjentifiku ġdid dwar ir-rekwiżiti tal-benessri taċ-ċefalopodi, tal-ħut żebra u tal-għasafar passeriformi miżmuma fil-magħluq, kif ukoll għall-qtil taċ-ċefalopodi b’mod li jikkawża b’uġigħ, tbatija u skonfort minimi, u għalhekk jenħtieġ li l-Annessi III u IV tad-Direttiva 2010/63/UE jiġu adattati skont dan. |
|
(5) |
Uħud mir-rekwiżiti l-ġodda identifikati għall-ħut żebra u ċ-ċefalopodi li ma kinux inklużi fl-Anness III tad-Direttiva 2010/63/UE jenħtieġ li jiġu introdotti għall-ispeċijiet akkwatiċi kollha jew għall-annimali kollha. |
|
(6) |
L-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 54(3) tad-Direttiva 2010/63/UE turi li bosta Stati Membri jqisu x-xokk ipotermiku bħala metodu xieraq ta’ qtil għall-ħut żebra abbażi tal-evidenza xjentifika attwali. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn li jirriżulta minn eżenzjonijiet regolari mogħtija skont l-Artikolu 6(4)(a) tad-Direttiva 2010/63/UE, jenħtieġ li dan il-metodu jkun permess għall-qtil tal-ħut żebra. |
|
(7) |
Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE, ħarġet evidenza xjentifika ġdida dwar l-inadegwatezza tal-użu ta’ gassijiet inerti (argon u nitroġenu) biex jinqatlu r-rodituri, u għalhekk jenħtieġ li l-użu tagħhom ma jibqax permess għall-qtil tar-rodituri. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2010/63/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV għad-Direttiva 2010/63/UE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2025, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-4 ta’ Diċembru 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/63/oj.
ANNESS
L-Annessi III u IV tad-Direttiva 2010/63/UE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Id-daqsijiet tal-gruppi akbar minn 10 ma għandhomx ikunu permessi mingħajr skeda ta’ monitoraġġ definita bi frekwenza suffiċjenti biex tkun identifikata u mitigata l-aggressjoni.”;
(*2) jew taħt il-limitu ta’ detezzjoni. 0,1 mg/L jindika l-ammont totali ta’ ammonja, NH3/NH4 +. Dan jikkorrispondi għal 0,002 mg/L of NH3 fi 28 °C u pH 7,5.
(*3) Tul tal-mantell dorsali.
(*4) Grupp sa 40 individwu.
(*5) Użu ta’ tankijiet b’forma ċilindrika għandu jkun preferut. Il-valuri minimi għandhom jiżdiedu b’ 5 % jekk jintużaw tankijiet mhux ċilindriċi.
(*6) Meta għadhom żgħar, fl-istadju paralarvali, il-klamari u l-qarnit għandhom jinżammu f’tankijiet ċilindriċi, b’massimu ta’ 20 faqas għal kull litru u għandhom jiġu adottati metodi biex tiġi limitata l-interazzjoni viżiva.”.;
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2024/1262/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)