Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1175 |
19.4.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1175
tad-19 ta’ April 2024
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha. |
(3) |
Fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli enfasizza t-tħassib tal-Unjoni dwar iż-żieda fil-vjolenza kontra l-Palestinjani minn abitanti ta’ insedjamenti estremisti fix-Xatt tal-Punent okkupat, li laħaq livelli mingħajr preċedent. L-Unjoni kompliet ittenni l-kundanna qawwija tagħha tal-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti u appellat għar-responsabbiltà. L-Unjoni appellat ukoll lil Iżrael biex jipprevjeni l-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti u biex jiżgura li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli. Mill-attakki terroristiċi tal-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti żdiedet drastikament. |
(4) |
F’dak il-kuntest, jenħtieġ li erba’ persuni u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura A “Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura B “Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1175/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)