|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1170 |
30.4.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1170
tat-23 ta’ April 2024
li jemenda l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, u li jikkoreġi l-Anness XIV tiegħu fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 232(1) u 232(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistipula, inter alia, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Wieħed minn dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali hu li dawk il-konsenji jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkat f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom. Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 jipprevedi li l-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistgħu jingħataw permess jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu minn pajjiż terz jew territorju, żona jew kompartiment tiegħu li jkun elenkat għall-ispeċijiet u għall-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew territorji, żoni, jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini. L-Afrika t’Isfel hija elenkata f’dak l-Anness, assenjata lill-Grupp Sanitarju F u reġjonalizzata bħala ZA-1, ristretta għaż-żona Metropolitana ta’ Cape Town. Id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati minn din iż-żona ilu sospiż mit-3 ta’ Mejju 2011. |
|
(5) |
F’Ottubru 2022 sar awditu tal-Kummissjoni (4) fl-Afrika t’Isfel biex jiġu evalwati l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini rreġistrati, u b’mod partikolari l-garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS, African Horse Sickness). L-eżitu ta’ dak l-awditu wera li l-Afrika t’Isfel għamlet progress konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin biex ittejjeb il-livell ta’ sorveljanza u kontroll tal-AHS fiż-żona kkontrollata. Madankollu, ġew identifikati wkoll xi nuqqasijiet. L-Afrika t’Isfel ipprovdiet pjan ta’ azzjoni biex tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditu, u garanzija addizzjonali fir-rigward tas-sorveljanza u l-kontroll tal-AHS għall-finijiet tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dawk il-garanziji pprovduti mill-Afrika t’Isfel, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati miż-żona ZA-1 jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid b’kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-AHS. Għalhekk, għaż-żona ZA-1 fl-Afrika t’Isfel jenħtieġ li jiddaħħlu kundizzjoni speċifika “AHS-ZA” fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 u d-data tal-ftuħ fil-kolonna 9 ta’ dik it-tabella. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “AHS-ZA” fil-Parti 3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/351 (5) emenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (6) billi ħassar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-X”), il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ekwini maħsuba għall-iskarnar (mudell “EQUI-TRANSIT-Y”), peress li fir-Regolament Delegat (UE) 2020/692 ma ġie stabbilit l-ebda rekwiżit speċifiku għat-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali ekwini. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/351 emenda l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u l-mudell tad-dikjarazzjoni għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija wara l-esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum biex jipparteċipaw f’avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija (mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE”) biż-żieda tal-Bahrain Turf Series u s-Saudi Cup. Għalhekk, ir-referenzi għal “EQUI-TRANSIT-X” u “EQUI-TRANSIT-Y” jenħtieġ li jitħassru mill-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, filwaqt li r-referenzi għal “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE” jenħtieġ li jiġu aġġornati u jibqgħu fil-kolonna 5 ta’ dik it-tabella għall-Emirati Għarab Magħquda, għall-Awstralja, għall-Bahrain, għall-Kanada, għal Hong Kong, għall-Ġappun, għall-Qatar, għall-Arabja Sawdija, għal Singapore u għall-Istati Uniti, peress li l-mudell “EQUI-RE-ENTRY-90-RACE” jinkludi avvenimenti speċifiċi tat-tiġrija f’dawk il-pajjiżi terzi biss. |
|
(8) |
L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa flimkien mal-kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu ssodisfati mit-tali konsenji sabiex ikunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni. |
|
(9) |
Il-verifiki mwettqa f’dawn l-aħħar snin fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri wrew nuqqasijiet ripetittivi ma’ ċerti rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-konsenji ta’ klieb, qtates u inmsa li jidħlu fl-Unjoni mill-Belarussja u mir-Russja, u b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri preventivi tar-rabja u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom. B’riżultat ta’ dawk in-nuqqasijiet ta’ konformità, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1130 (7) aġġorna l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi, stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (8) minn fejn test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja mhuwiex obbligatorju għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jidħlu fl-Unjoni, sabiex jitħassru l-entrati għall-Belarussja u għar-Russja minn dik il-lista. |
|
(10) |
Sabiex jitqies l-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu riflessi l-aġġornamenti reċenti li saru fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fir-rigward tal-entrati għall-Belarussja u għar-Russja, billi fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tiġi indikata l-kundizzjoni speċifika għall-klieb, għall-qtates u għall-inmsa li jkollhom test validu tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja qabel ma jidħlu fl-Unjoni mill-Belarussja u mir-Russja. Dawk l-emendi tal-Parti 1 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li japplikaw mis-16 ta’ Settembru 2024, peress li dik hija d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1130. |
|
(11) |
L-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-ungulati. Ċerti stati tal-Brażil huma elenkati f’dak l-Anness bħala awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ laħam frisk tal-annimali bovini. |
|
(12) |
Il-Brażil informa lill-Kummissjoni li xi wħud mill-istati tal-Brażil li bħalissa huma elenkati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-annimali bovini b’kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 waqqfu jlaqqmu l-annimali rilevanti kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli ta’ dik il-marda, u li dawk l-istati ġew rikonoxxuti internazzjonalment bħala ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim, f’konformità mal-proċedura tad-WOAH għar-rikonoxximent uffiċjali tal-istatus tal-marda (9). |
|
(13) |
Wara awditu tal-Kummissjoni, imwettaq mill-10 sas-27 ta’ Ottubru 2023, sabiex tiġi evalwata s-sistema ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali u b’mod partikolari għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Brażil (10), u skambji ulterjuri ma’ dak il-pajjiż terz, il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għad-dħul fl-unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-annimali bovini applikabbli għal pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu li fih ma jsirx tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġew issodisfati minn ċerti stati Brażiljani li waqqfu t-tilqim u li ġew rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim mid-WOAH. Għalhekk, il-kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” imsemmija fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi sostitwita bil-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” għall-istati msemmija fiha. |
|
(14) |
Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “Programm ta’ tilqim ikkontrollat” fil-Parti 3 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi ċċarata aktar billi ssir referenza għas-sitwazzjonijiet meta l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju, jew żona tiegħu tkun waqfet tlaqqam l-annimali kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer minħabba sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli fir-rigward ta’ dik il-marda. |
|
(15) |
Fl-aħħar nett, id-deskrizzjoni tal-kundizzjoni speċifika “Ma sar l-ebda tilqim” fil-Parti 3 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tiġi ċċarata aktar billi titħassar ir-referenza għas-sorveljanza seroloġika regolari peress li l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew territorju tista’ twettaq ukoll metodi oħra ta’ sorveljanza biex turi n-nuqqas tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer. |
|
(16) |
It-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. |
|
(17) |
Il-Moldova applikat mal-Kummissjoni biex tkun awtorizzata għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam, u pprovdiet garanziji rigward il-konformità mar-rekwiżiti għan-notifika u għar-rapportar tal-mard elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 rilevanti għal-laħam frisk tal-pollam, u garanziji rigward il-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali, jew ma’ rekwiżiti ekwivalenti. F’Novembru 2023 sar awditu tal-Kummissjoni (11) fil-Moldova biex tiġi evalwata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-esportazzjoni ta’ laħam frisk tal-pollam fl-Unjoni. L-eżiti ta’ dak l-awditu wrew li l-Moldova għamlet progress konsiderevoli fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Moldova pprovdiet ukoll pjan ta’ azzjoni sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport tal-awditu. |
|
(18) |
Madankollu, mid-29 ta’ Diċembru 2023, il-Moldova nnotifikat lill-Kummissjoni b’diversi tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, Highly Pathogenic Avian Influenza) fil-pollam. Wara dawk it-tifqigħat, il-Moldova stabbiliet żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla il-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(19) |
Il-Moldova ssottomettiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri li ħadet biex tipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI. Abbażi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam jenħtieġ li jiġi awtorizzat mit-territorju kollu tal-Moldova, ħlief għad-distretti li kienu affettwati mit-tifqigħat riċenti tal-HPAI. Għalhekk, peress li r-reġjonalizzazzjoni hija applikata f’dak il-pajjiż terz, iż-żona MD-1 jenħtieġ li tiġi elenkata fil-kolonna 2 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, u jenħtieġ li tiddaħħal entrata għall-Moldova b’deskrizzjoni ta’ dik iż-żona fit-tabella stabbilita fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. |
|
(20) |
L-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom minn fejn huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam mill-ungulati, mill-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa. Il-Montenegro huwa elenkat f’dan l-Anness għall-prodotti tal-laħam tal-annimali porċini, miżmuma jew selvaġġi, bit-trattament speċifiku assenjat għall-mitigazzjoni tar-riskju D previst fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(21) |
F’Jannar 2024, il-Montenegro nnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ewwel okkorrenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, li huwa marda virali infettiva li taffettwa l-annimali porċini miżmuma u selvaġġi, fiċ-ċingjali. Meta titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika l-ġdida fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Montenegro u meta jitqies li t-temperatura minima ta’ 70 °C imsemmija fit-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D mhijiex effettiva biex jiġi diżattivat il-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li jiġi assenjat it-trattament aktar sever għall-mitigazzjoni tar-riskju C lill-Montenegro għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-annimali porċini miżmuma minn dak il-pajjiż terz. Barra minn hekk, l-użu tat-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D jenħtieġ li jkun limitat għall-Montenegro għat-trattament tal-perżut nej li jikkonsisti f’fermentazzjoni u maturazzjoni naturali ta’ mhux inqas minn 9 xhur u li jirriżulta f’ċerti karatteristiċi kif previst fid-deskrizzjoni tat-trattament D fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(22) |
Ulterjorment, minħabba riskju ogħla għat-trażmissjoni tal-mard permezz tal-prodotti tal-laħam tal-annimali porċini selvaġġi, id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tat-tali prodotti tal-laħam tal-annimali porċini selvaġġi, ħlief għar-razez domestiċi, mill-Montenegro jenħtieġ li jiġi sospiż. Għalhekk, id-dħul għal dak il-pajjiż terz fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi emendat. |
|
(23) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(24) |
Barra minn hekk, l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa. Ir-referenzi żbaljati għall-kolonni għall-kundizzjonijiet speċifiċi u għall-garanziji tas-saħħa tal-annimali tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ta’ dak l-Anness jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fit-titoli tal-Partijiet 3 u 4 tiegħu. |
|
(25) |
Għalhekk, l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(26) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut f’konformità mal-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 2(a) u (b) tal-Parti A tal-Anness għandu japplika mis-16 ta’ Settembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).
(4) DG(SANTE) 2022-7514, https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4650.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/351 tas-17 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, il-mudelli tad-dikjarazzjonijiet u l-mudelli tad-dikjarazzjonijiet uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L, 2024/351, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/351/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/403/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1130 tad-19 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/1130, 26.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1130/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/2021-01-01).
(9) https://www.woah.org/en/disease/foot-and-mouth-disease/#ui-id-2.
(10) DG(SANTE) 2023-7917, https://ec.europa.eu/food/audits-analysis/audit-report/details/4720.
(11) DG(SANTE) 2023-8070.
ANNESS
PARTI A
L-Annessi IV, VIII, XIII, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness VIII, il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Anness XV, fil-Parti 1, it-Taqsima A, l-entrata tal-Montenegro hija sostitwita b’dan li ġej:
|
PARTI B
L-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
it-titolu tal-Parti 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “PARTI 3 Kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-kolonna 4 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ”; |
|
(2) |
it-titolu tal-Parti 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “PARTI 4 Garanziji tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-kolonna 5 tat-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 ”. |
(***) Għall-perżut nej biss wara trattament li jikkonsisti f’fermentazzjoni u maturazzjoni naturali ta’ mhux inqas minn 9 xhur u li jirriżulta fil-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
valur Aw ta’ mhux aktar minn 0,93, |
|
— |
Valur pH ta’ mhux aktar minn 6,0.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1170/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)