European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1163

26.4.2024

LINJA GWIDA (UE) 2024/1163 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Frar 2024

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2024/4)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3 u 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kisba ta’ politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-għodod, l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema sabiex dik il-politika tiġi implimentata b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata sabiex tinkludi aġġustamenti tekniċi u editorjali meħtieġa relatati ma’ ċerti aspetti ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja.

(3)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), li rregolat is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2), tħassret permezz tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (3), li tistabbilixxi l-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET). Il-bidliet introdotti mil-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8) jeħtieġ li jiġu riflessi fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(4)

It-tħabbir, l-allokazzjoni u d-dati tas-saldu tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal għandhom jiġu allinjati biex jiffaċilitaw il-bdil bejn iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ żmien tal-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal għandu jiġi aġġustat biex tiġi evitata sovrapożizzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-arrotondament tal-imgħax għal operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal jenħtieġ li jiġu ċċarati biex jiġi żgurat approċċ armonizzat.

(5)

Ċerti aspetti tal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jenħtieġu kjarifika ulterjuri fir-rigward tal-identità tal-emittent legali tagħhom u l-forma tal-ħruġ u l-parteċipazzjoni tagħhom.

(6)

Hija meħtieġa kjarifika ulterjuri dwar it-trattament tal-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax fil-kuntest tal-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, b ‘mod partikolari fir-rigward ta’ dawk il-parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax li huma amministrati mir-Renju Unit (UK). Jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji tar-Renju Unit, bħal amministraturi oħra tal-parametri referenzjarji li jinsabu barra mill-Unjoni, jitqiesu bħala amministraturi tal-parametri referenzjarji ta’ pajjiżi terzi u jenħtieġ li l-entitajiet taħt superviżjoni tal-Unjoni jużaw parametri referenzjarji pprovduti minn amministraturi ta’ pajjiżi terzi biss jekk ikunu awtorizzati għall-użu fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(7)

Huma meħtieġa kjarifiki fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala kollateral ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà bi drittijiet ta’ kanċellazzjoni step-up tal-kupun.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli tal-eliġibiltà tal-kollateral tal-Ewrosistema applikabbli għall-assi garantiti billi jiġu speċifikati aktar il-każijiet li fihom japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti ta’ eliġibbiltà. L-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiddependi fuq jekk il-garanzija tintużax biex jiġi stabbilit jekk l-assi jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Eurosistema dwar il-kwalità tal-kreditu.

(9)

Huwa meħtieġ li tiġi pprovduta aktar ċarezza fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF) fir-rigward tar-rappurtar tal-kontropartijiet tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza abbażi tal-użu tagħhom tal-approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB), u l-forniment ta’ mudelli li għandhom jimtlew minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (CRA) li tapplika biex tiġi aċċettata bħala istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI).

(10)

Bħala parti mill-miżuri li jtaffu l-kollateral li adotta b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 biex jiffaċilita lill-kontropartijiet tal-Eurosistema biex iżommu biżżejjed kollateral eliġibbli sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet kollha li jipprovdu l-likwiditajiet, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fis-7 ta’ April 2020 li għal użu domestiku, il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom, fil-ħin tas-sottomissjoni tagħhom bħala kollateral mill-kontroparti, jilħqu limitu ta’ daqs minimu ta’ EUR 0, jew kwalunkwe ammont ogħla li jista’ jiġi stabbilit minn bank ċentrali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-BĊN) li jirċevihom bħala kollateral. Fid-dawl tat-tneħħija gradwali ta’ dawn il-miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral, il-Kunsill Governattiv iddeċieda fit-30 ta’ Novembru 2023 li jerġa’ jistabbilixxi l-limitu tad-daqs minimu ta’ EUR 25 000 li l-pretensjonijiet ta’ kreditu mobilizzati fuq bażi individwali għandhom jissodisfaw sabiex ikunu kollateral aċċettabbli għall-użu domestiku skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Meta ħa d-deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill Governattiv qies: il-ħtieġa li jiġi armonizzat l-użu tal-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, il-perċentwal baxx tal-ammont totali ta’ kollateral mobilizzat mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li l-pretensjonijiet ta’ kreditu taħt dak il-limitu jirrappreżentaw, u l-ħtieġa li tittejjeb il-kosteffiċjenza operattiva u tal-kostijiet tal-proċeduri ta’ mobilizzazzjoni u trattament għall-aċċettazzjoni tal-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral.

(11)

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Eurosistema minn riskji assoċjati mal-aċċettazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral, jekk jiġi aċċertat li l-proċeduri u s-sistemi użati minn kontroparti ma għadhomx adegwati għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema, il-BĊN kkonċernat għandu jitħalla jieħu l-miżuri li jqis meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu s-sospensjoni parzjali jew sħiħa tal-mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu minn dik il-kontroparti sakemm il-BĊN kkonċernat ikun wettaq verifika ġdida tal-adegwatezza tal-proċeduri u s-sistemi użati mill-kontroparti biex tissottometti l-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema.

(12)

F’konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tat-22 ta’ Ġunju 2022, fl-ECAF għandu jiġi introdott prinċipju ta’ livell għoli dwar id-divulgazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima fil-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs.

(13)

Jeħtieġ li jsiru aġġustamenti fil-qafas tal-kontroparti tal-Eurosistema rigward l-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema biex jiġi ċċarat aktar it-trattament ta’ kontropartijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (5) it-trattament ta’ kontropartijiet bi ksur tar-rekwiżit kapitali inizjali stabbilit fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, kif ukoll it-trattament ta’ kontropartijiet u ta’ assi eliġibbli maħruġa minn entitajiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-avvenimenti ta’ inadempjenza fi ħdan l-Eurosistema, anki bil-ħsieb li jiġu żgurati t-trasparenza u l-konsistenza, u li jittejbu l-kundizzjonijiet ekwi għall-kontropartijiet tal-Eurosistema għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja.

(15)

Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (6) ġie emendat fir-rigward tar-remunerazzjoni ta’ parteċipazzjonijiet ta’ riżervi minimi. Il-bidliet introdotti bir-Regolament (UE) 2023/1679 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/21) (7) għalhekk jeħtieġ li jiġu riflessi fid-dispożizzjonijiet relatati mar-riżervi minimi fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

(16)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:

(1)

referenzi għat-“TARGET2” huma sostitwiti b’referenzi għat-“TARGET” f’dan li ġej: L-Artikolu 2, il-punti (6) u (26), l-Artikolu 19(1) u (2), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 51(1) u (3), l-Artikolu 53(2), l-Artikolu 61(1), l-Artikolu 177(2), il-punt (d), l-Artikolu 186(2), il-punt (b), l-intestatura tal-Parti Sebgħa A, it-titolu tal-Artikolu 187a, il-formulazzjoni introduttorja tal-Artikolu 187a(1), l-Artikolu 187a(4), it-titolu tal-Artikolu 187b, l-ewwel sentenza, it-titolu tal-Artikolu 187c, l-Artikolu 187c, l-ewwel sentenza, l-Artikolu 187c, il-punt (b), it-titolu tal-Artikolu 187d, u l-Artikolu 187d;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (24-a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(24-a)

‘kreditu ECONS’ tfisser kreditu pprovdut fi ħdan l-ipproċessar ta’ kontinġenza kif imsemmi fil-punt 2.3 u l-punt 3.2 tal-Appendiċi IV għall-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/8) (*1);

(*1)  Il-Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar il-ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).”;"

(b)

il-punt (46) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(46)

‘kreditu intraday’ tfisser kreditu intraday kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), flimkien mal-punt (35) tal-Anness III ta’ dik il-Linja Gwida;”;

(c)

il-punt (91) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(91)

‘TARGET’ tfisser is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer Express, regolata mil-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8);”;

(d)

jiddaħħal il-punt (91a) li gej:

“(91a)

‘kont TARGET’ tfisser kont TARGET kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (59), tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), flimkien mal-punt (59) tal-Anness III ta’ dik il-Linja Gwida;”;

(3)

fl-Artiklu 7, il-paragrafu 6 huwa mibdul b’li ġej:

“6.   LTROs huma eżegwiti permezz ta’ proċeduri ta sejħa għall-offerti b’rata varjabbli, sakemm ma jiġix deċiż mill-Eurosistema li dawn għandhom jiġu eżegwiti permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti b’rata fissa. F’każ bħal dan, ir-rata applikabbli għal proċeduri ta’ sejħa għall-offerti b’rata fissa tista’ tiġi indiċjata ma’ rata ta’ referenza sottostanti (eż. rata MRO medja) matul il-ħajja tal-operazzjoni, b’firxa jew mingħajr. Meta r-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkulata bħala medja ta’ rata ta’ referenza sottostanti matul il-ħajja tal-operazzjoni, din għandha tiġi kkalkolata billi tiġi arrotondata l-medja għal mill-inqas it-tmien pożizzjoni deċimali.”

;

(4)

fl-Artikolu 8(2), il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;”;

(5)

fl-Artikolu 10(4), il-punt (e) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(e)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;”;

(6)

fl-Artikolu 11(5), il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;”;

(7)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa mibdul b’dan li ġej:

“5.   Depożiti għal terminu fiss għandhom jinżammu f’kontijiet mal-BĊN domestiku.”

;

(b)

fil-paragrafu 6, il-punt (d) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(d)

hu eżegwit b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;”;

(8)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“2.   Iċ-ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE għandhom jinħarġu f’forma ta’ entrata fil-kotba f’depożitorju tat-titoli fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro. Dawn għandhom jinżammu f’forma ta’ entrata fil-kotba.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt (e) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(e)

huma eżegwiti b’mod deċentralizzat mill-BĊNi;”;

(9)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-kontropartijiet jistgħu jaċċedu għall-faċilità ta’ self marġinali wara li jagħmlu talba lill-BĊN domestiku tagħhom sa mhux aktar tard minn 18:15 Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) (*2), il-ħin limitu għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti, skont l-Appendiċi V tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8). Fl-aħħar jum tan-negozju tal-Eurosistema ta’ perjodu minimu ta’ żamma ta’ riżerva, l-iskadenza biex jintalab aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali għandha sseħħ 15-il minuta wara. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tapplika skadenzi aktar tard. It-talba għal aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali għandha tispeċifika l-ammont ta’ kreditu meħtieġ. Il-kontroparti għandha tikkonsenja assi eliġibbli suffiċjenti bħala kollateral għat-tranżazzjoni, ħlief jekk dawk l-assi jkunu diġà ġew iddepożitati minn qabel mill-kontroparti mal-BĊN domestiku skont l-Artikolu 18(4).

(*2)  Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali (Central European Summer Time).”;"

(b)

L-ewwel sentenza tal-paragrafu 6 hija sostituta b’dan li ġej:

“Jekk fi tmiem jum ta’ negozju, il-bilanċ totali fuq il-kontijiet TARGET ta’ kontroparti mal-BĊN domestiku tagħha wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll ta’ tmiem il-jum ikun negattiv, dan il-bilanċ negattiv għandu awtomatikament jitqies bħala talba għal rikors (“talba awtomatika”) għall-faċilità ta’ self marġinali.”;

(10)

fl-Artiklu 20, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Il-maturità ta’ kreditu estiż taħt il-faċilità ta’ self marġinali għandha tkun mil-lejl għan-nhar. Il-kreditu għandu jitħallas lura fil-jum ta’ wara li: (a) TARGET; u (b) l-SSSs rilevanti jkunu operattivi, fil-ħin li fih dawk is-sistemi jiftħu.”

;

(11)

L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kontropartijiet jistgħu jaċċedu għall-faċilità ta’ depożitu wara li jagħmlu talba lill-BĊN domestiku tagħhom sa mhux aktar tard minn 18:15 Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) (*3), il-ħin limitu għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti, skont l-Appendiċi V tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8). Fl-aħħar jum tan-negozju tal-Eurosistema ta’ perjodu minimu ta’ żamma ta’ riżerva, l-iskadenza biex jintalab aċċess għall-faċilità ta’ depożitu għandha sseħħ 15-il minuta wara. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Eurosistema tista’ tiddeċiedi li tapplika skadenzi aktar tard. It-talba għal aċċess għall-faċilità ta’ depożitu għandha tispeċifika l-ammont li għandu jiġi ddepożitat.

(*3)  Is-CET iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.";"

(b)

il-paragrafu 3 huwa mħassar;

(12)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Il-maturità tad-depożiti taħt il-faċilità ta’ depożitu għandha tkun mil-lejl għan-nhar. Id-depożiti miżmuma taħt il-faċilità ta’ depożitu għandhom jimmaturaw fil-jum ta’ wara li fih it-TARGET ikun operattiv, fil-ħin li fih tinfetaħ din is-sistema.”

;

(13)

L-Artikolu 25(2) huwa emendat kif gej:

(a)

it-tieni sentenza tinbidel b’li gej:

“Il-karatteristiċi operazzjonali tal-proċeduri standard u rapidi ta’ sejħiet għall-offerti huma identiċi, ħlief għall-perjodu ta’ żmien u l-firxa ta’ kontropartijiet.”;

(b)

It-tabella 5 hija mħassra;

(c)

It-Tabella 5a li ġejja hija miżjuda:

“Tabella 5a

Perjodu ta’ żmien indikattiv għal proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti standard u rapidi (il-ħinijiet huma ddikjarati fil-Ħin tal-Ewropa Ċentrali (*4) )

 

Proċeduri standard ta’ sejħiet għall-offerti

Proċeduri mgħaġġla ta’ sejħiet għall-offerti

 

MRO

LTRO regolari

Tħabbir ta’ sejħa għal offerti

T-1

15:40

T-1

15:55

T

ss:mm

Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ offerti

T

09:30

T

10:00

+

00:30

Tħabbir tar-riżultati ta’ sejħa għall-offerti

T

11:30

T

12:00

+

01:35

Saldu ta’ tranżazzjonijiet

T+1

T+1

T

(d)

It-tabella 6 hija mħassra;

(14)

fl-Artikolu 28(3), it-Tabella 7 hija mibdula b’li ġej:

“Tabella 7

Jiem tan-negozju normali għal MROs u LTROs regolari

Kategorija ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ

Jum tan-negozju normali (T)

MROs

Kull nhar ta’ Tlieta (*5)

LTROs regolari

L-aħħar nhar ta’ Tlieta ta’ kull xahar kalendarju (*6)

(15)

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Ordnijiet ta’ ħlas relatati mal-parteċipazzjoni f’operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew l-użu tal-faċilitajiet permanenti għandhom jiġu ssaldati fil-kontijiet tal-kontropartijiet ma’ BĊN jew fil-kontijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra li tipparteċipa fit-TARGET.”

;

(16)

fl-Artikolu 58, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sabiex jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta kreditu tal- Eurosistema, il-kontropartijiet iridu jipprovdu lill-Eurosistema b’assi li huma eliġibbli bħala kollateral għal dawk l-operazzjonijiet. Billi l-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema jinkludu kreditu intraday, kollateral provdut minn kontropartijiet fir-rigward ta’ kreditu intraday għandu jikkonforma wkoll mal-kriterji tal-eliġibbiltà kif speċifikati f’din il-Linja Gwida, kif imsemmi fil-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8).”

;

(17)

L-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i), l-ewwel inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“—

rata tas-suq monetarju tal-euro li l-użu tagħha huwa permess fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7), eż. ir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) (inkluż €STR komposta jew medja ta’ kuljum), Euribor, jew indiċi simili, għall-ewwel jew/u l-aħħar kupun ir-rata ta’ referenza tista’ tkun interpolazzjoni lineari bejn żewġ maturitajiet tal-istess rata tas-suq monetarju tal-euro eż. interpolazzjoni lineari bejn żewġ maturitajiet differenti ta’ Euribor,

(*7)  Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016. p. 1).”;"

(b)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kupuni b’diversi stadji jew varjabbli b’passi marbuta ma’ SPTs, sakemm:

(i)

il-konformità mal-SPTs mill-emittent, jew kwalunkwe impriża li tappartjeni għall-istess grupp ta’ emittenti ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, tkun soġġetta għal verifika minn parti terza indipendenti f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-istrument ta’ dejn; u

(ii)

l-avveniment step-up u/jew il-pagament step-up assoċjat ma jkunux ġew ikkanċellati jew diżapplikati mill-emittent jew b’mezzi oħra.”;

(c)

il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   B’deroga mill-paragrafu 4, l-istruttura tal-kupun ma għandhiex issir ineliġibbli fil-każ ta’ kupuni b’diversi stadji jew varjabbli bi stadji marbuta ma’ SPTs bis-sempliċi eżistenza tad-dritt tal-emittent li jikkanċella jew ma japplikax l-avveniment step-up u/jew il-pagament step-up assoċjat.”

;

(18)

fl-Artikolu 69, jiddaħħal dan il-paragrafu 1a kif ġej:

“1a.   Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-garanti ta’ strument ta’ dejn fejn il-garanzija ma tintużax biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dak l-istrument ta’ dejn mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal assi negozjabbli.”

;

(19)

fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Sabiex ikunu eliġibbli, il-garanti tal-istrumenti ta’ dejn għandhom ikunu stabbiliti fiż-ŻEE, sakemm ma tintużax garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dak l-istrument ta’ dejn mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal strumenti speċifiċi ta’ dejn, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4. Il-possibbiltà li tintuża klassifikazzjoni tal-garanti ECAI biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-kwalità tal-kreditu għal strumenti ta’ dejn speċifiċi hija stabbilita fl-Artikolu 84.”

;

(20)

l-intestatura tal-Parti Erbgħa, it-Titolu II, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, is-Subtaqsima 3 tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà għal ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-BĊE jew mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom”;

(21)

L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Kriterji ta’ eliġibbiltà għal ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-BĊE jew mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom ”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-BĊE u ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fit-Titolu II ta’ din il-Parti Erbgħa.”

;

(22)

fl-Artikolu 90, il-punt (b)(iii), l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“—

rata tas-suq monetarju tal-euro li l-użu tagħha huwa permess fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1011, eż. €STR (inkluż €STR kompost jew medju ta’ kuljum), Euribor, jew indiċijiet simili;”;

(23)

L-Artikolu 93 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 93

Daqs minimu tal-pretensjonijiet ta’ kreditu

Għal użu domestiku, pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom, fil-ħin tas-sottomissjoni tagħhom bħala kollateral mill-kontroparti, jilħqu limitu ta’ daqs minimu ta’ EUR 25 000, jew kwalunkwe ammont ogħla li jista’ jiġi stabbilit mill-BĊN domestiku. Għall-użu transkonfinali, għandu japplika limitu ta’ daqs minimu ta’ EUR 500 000.”

;

(24)

fl-Artikolu 95, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-debituri u l-garanti tal-pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli għandhom ikunu korporazzjonijiet mhux finanzjarji, entitajiet tas-settur pubbliku (minbarra korporazzjonijiet finanzjarji pubbliċi), banek tal-iżvilupp multilaterali jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-garanti ta’ pretensjoni ta’ kreditu fejn il-garanzija ma tintużax biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dik il-pretensjoni ta’ kreditu mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal assi mhux negozjabbli.”

;

(25)

fl-Artikolu 96, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-garanti fir-rigward ta’ pretensjoni ta’ kreditu għandu jkun stabbilit ukoll fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, sakemm ma tintużax garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dik il-pretensjoni ta’ kreditu mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal assi mhux negozjabbli.”

;

(26)

fl-Artikolu 97, il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

garanti (biss fejn teżisti garanzija u l-garanzija tintuża biex tiġi stabbilita l-konformità tal-pretensjoni ta’ kreditu mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal assi mhux negozjabbli);”;

(27)

L-Artikolu 100 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 100

Verifiki tal-proċeduri u s-sistemi użati għas-sottomissjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu

1.   Il-BĊNi, jew superviżuri jew awdituri esterni, għandhom iwettqu verifika tal-adegwatezza tal-proċeduri u tas-sistemi użati mill-kontroparti biex tissottometti l-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema qabel l-ewwel mobilizzazzjoni ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu mill-kontroparti. Il-verifika tal-proċeduri u tas-sistemi sussegwentement għandha titwettaq mill-inqas darba kull ħames snin. Fil-każ ta’ bidliet sinifikanti f’tali proċeduri jew sistemi, tista’ ssir verifika ġdida.”;

2.   Jekk il-BĊNi, jew is-superviżuri jew l-awdituri esterni jaċċertaw li l-proċeduri u s-sistemi użati mill-kontroparti ma għadhomx adegwati għas-sottomissjoni tal-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema, il-BĊN involut fil-verifika għandu jieħu l-miżuri li jqis meħtieġa, li jistgħu jinkludu s-sospensjoni parzjali jew sħiħa tal-mobilizzazzjoni ta’ talbiet ta’ kreditu mill-kontroparti sakemm issir verifika ġdida tal-adegwatezza tal-proċeduri u s-sistemi użati mill-kontroparti biex tissottometti l-informazzjoni dwar pretensjonijiet ta’ kreditu lill-Eurosistema.”

;

(28)

L-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   It-talbiet ta’ kreditu għandhom ikunu trasferibbli bis-sħiħ u kapaċi li jiġu mobilizzati mingħajr restrizzjoni għall-benefiċċju tal-Eurosistema. Il-ftehim ta’ pretensjoni ta’ kreditu, arranġamenti kuntrattwali oħra bejn il-kontroparti u d-debitur jew, fejn teżisti garanzija fir-rigward ta’ tali pretensjoni ta’ kreditu, il-garanzija, ma għandu jkun fiha l-ebda dispożizzjoni restrittiva dwar il-mobilizzazzjoni bħala kollateral, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprovdix li tali restrizzjonijiet kuntrattwali ma jistgħux ikollhom impatt fuq it-trasferibbiltà u l-mobilizzazzjoni tat-talba ta’ kreditu jew ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Eurosistema fir-rigward tal-immobilizzar tal-kollateral.

2.   Il-pretensjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu jistgħu jiġu rrealizzati mingħajr restrizzjoni għall-benefiċċju tal-Eurosistema. Il-ftehim dwar it-talba ta’ kreditu, arranġamenti kuntrattwali oħra bejn il-kontroparti u d-debitur jew, fejn teżisti garanzija fir-rigward ta’ tali pretensjoni ta’ kreditu, il-garanzija, ma għandu jkun fiha l-ebda dispożizzjoni restrittiva dwar ir-realizzazzjoni tal-pretensjoni ta’ kreditu użata bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, inkluż kwalunkwe forma, ħin jew rekwiżit ieħor fir-rigward tar-realizzazzjoni.”

;

(b)

il-paragrafu 3a huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3a.   Il-BĊNi għandhom jużaw mekkaniżmu biex jiżguraw li r-riskju ta’ tpaċċija jkun ġie eskluż jew immitigat b’mod sinifikanti meta jaċċettaw talbiet ta’ kreditu bħala kollateral.”

;

(29)

fl-Artikolu 107a, il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-liġi li tirregola d-DECC, l-oriġinatur, id-debituri u, fejn rilevanti, il-garanti tal-pretensjonijiet ta’ kreditu sottostanti, il-ftehimiet ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu sottostanti u kwalunkwe ftehim li jiżgura t-trasferiment dirett jew indirett tal-pretensjonijiet ta’ kreditu sottostanti mill-oriġinatur lill-emittent għandha tkun il-liġi tal-ġurisdizzjoni fejn ikun stabbilit l-emittent. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għall-garanti tal-pretensjonijiet ta’ kreditu sottostanti fejn tintuża garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-pretensjoni ta’ kreditu.”

;

(30)

fl-Artikolu 113, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Garanziji pprovduti minn garanti li jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ dan it-Titolu.”

;

(31)

L-Artikolu 118(1) huwa emendat kif gej:

(a)

il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fil-każ ta’ assi negozjabbli skont l-Artikolu 70, fiż-ŻEE, sakemm ma tintużax garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dak l-assi negozjabbli mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal strument ta’ dejn speċifiku. Il-possibbiltà li tintuża klassifikazzjoni tal-garanti ECAI biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu rilevanti għall-assi negozjabbli hija indirizzata fl-Artikolu 84;";

(b)

il-punt (c) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(c)

fil-każ ta’ pretensjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 96, fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro, sakemm ma tintużax garanzija biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dik il-pretensjoni ta’ kreditu mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal assi mhux negozjabbli. L-għażla li tintuża valutazzjoni tal-kreditu fir-rigward ta’ garanti biex tiġi stabbilita l-konformità ta’ dik il-pretensjoni ta’ kreditu mar-rekwiżiti rilevanti tal-kwalità tal-kreditu għal pretensjonijiet ta’ kreditu hija indirizzata fl-Artikolu 108”;

(32)

fl-Artikolu 120, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

“4.   L-ECAIs għandhom ikunu trasparenti fir-rigward tal-inkorporazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima fil-metodoloġiji u l-klassifikazzjonijiet tagħhom, fejn tali riskju tat-tibdil fil-klima jista’ jkun sors ta’ riskju ta’ kreditu. Huma għandhom jipprovdu aġġornamenti regolari lill-BĊE dwar l-attivitajiet tagħhom f’dan il-qasam.”

;

(33)

L-Artikolu 122 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Biex tikseb approvazzjoni tal-ECAF għal sistema IRB, kontroparti għandha tippreżenta talba lill-BĊN domestiku. Sistema IRB tista’ tiġi approvata biss fl-ECAF jekk il-kontroparti tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tużaha għal skopijiet ta’ rekwiżiti kapitali. Meta sistema IRB tkun ġiet hekk awtorizzata, iżda tali awtorizzazzjoni tiġi sussegwentement irtirata, l-approvazzjoni ECAF tiġi rtirata fl-istess ħin.”

;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

informazzjoni dwar l-approċċ tagħha li tassenja probabbiltajiet ta’ inadempjenza lid-debituri, kif ukoll data fuq il-gradi ta’ klassifika u probabbiltajiet ta’ sena ta’ inadempjenza assoċjati użati għad-determinazzjoni tal-gradi ta’ klassifika eliġibbli; Il-probabbiltà ta’ inadempjenza, kif imsemmi fl-Artikolu 59(3), irrapportata mis-sistema IRB tal-kontroparti għandha tkun il-probabbiltà ‘finali’ tal-inadempjenza użata għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, inkluż kwalunkwe limitu minimu regolatorju superviżorju, suppliment, aġġustament xieraq, marġni ta’ konservattiviżmu, prevalenza u mmappjar tal-iskali prinċipali;”;

(34)

fl-Artikolu 123(4), il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

in-notifiki lill-BĊN domestiku tal-fatti jew ċirkostanzi li jistgħu materjalment jinfluwenzaw l-użu kontinwu tas-sistema IRB għall-finijiet tal-ECAF jew il-mod li fih is-sistema IRB twassal għall-istabbiliment tal-kollateral eliġibbli, inkluż b’mod partikolari tibdiliet materjali għas-sistema tal-kontroparti IRB li jista’ jkollha impatt fuq il-mod li fiha sistema għall-gradi ta’ klassifikazzjoni IRB jew probabbiltajiet tal-inadempjenza jikkorrispondu mal-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, kwalunkwe bidla li taffettwa l-probabbiltajiet ta’ inadempjenza, kif imsemmi fl-Artikolu 122(3), il-punt (d), użata mis-sistema IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.”;

(35)

L-Artikolu 144a(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

kont TARGET ta’ kwalunkwe kontroparti, kif previst fl-Artikolu 27(6) tal-Parti I tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8); jew”;

(b)

il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

b’awtorizzazzjoni minn qabel, kwalunkwe kont TARGET ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra indikata mill-kontroparti.”;

(c)

il-punt (c) hu mħassar;

(36)

fl-Artikolu 154(1), il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fir-rigward tal-proċeduri ta’ tmiem il-jum u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, f’każijiet fejn ikun għad fadal xi bilanċ negattiv fil-kontijiet TARGET ta’ kontroparti wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll ta’ tmiem il-jum u talba awtomatika għal rikors għall-faċilità ta’ self marġinali hija għalhekk ikkunsidrata li tirriżulta, kif stabbilit fl-Artikolu 19(6), l-obbligu li jiġu ppreżentati assi eliġibbli suffiċjenti bil-quddiem bħala kollateral jew, fil-każ ta’ kontroparti li l-aċċess tagħha għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jkun ġie limitat skont l-Artikolu 158, l-obbligu li jinżamm ir-rikors tagħha għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema fil-limitu definit;”;

(37)

L-Artikolu 158 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 55, il-punt (b)(i), iżda li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, skont ir-rekwiżiti superviżorji, u l-kontropartijiet li huma soġġetti għal superviżjoni ta’ standard komparabbli kif imsemmi fl-Artikolu 55, il-punt (b)(iii), iżda li ma jissodisfawx rekwiżiti komparabbli għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, fuq bażi individwali u/jew ikkonsolidata, għandhom jiġu awtomatikament limitati milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta’ prudenza. Il-limitazzjoni għandha tikkorrispondi għal-livell ta’ aċċess għal operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema prevalenti fiż-żmien li tali nonkonformità hija nnotifikata lill-Eurosistema. Din il-limitazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura diskrezzjonali oħra li tista’ tieħu l-Eurosistema. Il-kontropartijiet għandhom jiġu sospiżi awtomatikament milli jaċċessaw operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema għal raġunijiet ta’ prudenza, sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor fuq it-talba tal-BĊN rilevanti, fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma tkunx ġiet restawrata permezz ta’ miżuri adegwati u f’waqthom sa mhux aktar tard minn 20 ġimgħa mid-data ta’ referenza tal-eżerċizzju tal-ġbir tad-data li fih ġie identifikat in-nuqqas ta’ konformità;

(b)

in-nuqqas ta’ konformità ġie identifikat barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju tal-ġbir tad-data u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ma tkunx ġiet restawrata fi żmien tmien ġimgħat mill-jum li fih l-awtorità superviżorja rilevanti tkun ikkonfermat li l-kontroparti ma għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji u mhux aktar tard minn 20 ġimgħa wara t-tmiem tat-trimestru rilevanti.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 3b li ġej:

“3b.   L-Eurosistema tista’ tissospendi, tillimita, jew teskludi, għal raġunijiet ta’ prudenza, aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema minn kontropartijiet li jiksru r-rekwiżit kapitali inizjali stabbilit fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.”

;

(c)

il-paragrafu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“8.   Fil-każ li jseħħ avveniment ta’ inadempjenza, l-Eurosistema tista’, f’konformità mal-Artikolu 166, tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema fir-rigward ta’ kontropartijiet li huma inadempjenti skont l-Artikolu 165 kif implimentati fi kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew regolatorju applikat mill-BĊN rilevanti.”

;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:

“8a.   L-Eurosistema tista’ tissospendi immedjatament, aktar milli tillimita, l-aċċess tal-kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema fejn japplikaw dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kundizzjonijiet għal limitazzjoni kif stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 jiġu ssodisfati;

(b)

l-iskopertura pendenti tal-kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema fiż-żmien tan-nuqqas ta’ konformità tkun żero;

(c)

il-kontroparti kellha skopertura ta’ kreditu intraġurnata u awtokollateralizzazzjoni żero matul l-aħħar 90 jum ta’ negozju qabel id-deċiżjoni li tiġi imposta l-miżura.”

;

(38)

fl-Artikolu 159(4), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

(a)

“assi maħruġa, maħruġa b’mod konġunt, servizzjati jew garantiti minn kontropartijiet, jew entitajiet marbuta mill-qrib ma’ kontropartijiet soġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra, inklużi miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni skont l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 jew dispożizzjonijiet rilevanti simili tat-Trattat jew minn Stat Membru li jirrestrinġu l-użu tal-fondi; u/jew”;

(39)

L-Artikolu 165 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 165

Każijiet ta’ inadempjenza

1.   Kull BĊN għandu japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li jipprovdu għal avvenimenti ta’ inadempjenza li huma kkunsidrati jew awtomatiċi (“avvenimenti awtomatiċi ta’ inadempjenza”) jew diskrezzjonali (“avvenimenti diskrezzjonali ta’ inadempjenza”), kif stabbilit f’dan l-Artikolu.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala avvenimenti awtomatiċi ta’ inadempjenza, kif imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ġudizzjarja jew awtorità oħra kompetenti għall-implimentazzjoni fir-rigward tal-kontroparti ta’ proċedura għall-istralċ tal-kontroparti jew il-ħatra ta’ stralċjarju jew uffiċjal analogu fuq il-kontroparti jew xi proċedura oħra analogu. Għall-finijiet ta’ dan il-punt (a), it-teħid ta’ miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE kontra kontroparti ma għandux jikkwalifika bħala avveniment awtomatiku ta’ inadempjenza;

(b)

il-kontroparti ssir soġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra, inklużi miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni skont l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 jew dispożizzjonijiet rilevanti simili tat-Trattat li jirrestrinġu l-kapaċità tal-kontroparti li tuża l-fondi tagħha;

(c)

il-kontroparti ma tkunx għadha soġġetta għas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema kif meħtieġ mill-Artikolu 55, il-punt (a);

(d)

il-kontroparti ma tibqax soġġetta għal superviżjoni armonizzata tal-Unjoni/taż-ŻEE jew superviżjoni komparabbli skont l-Artikolu 55, il-punt (b);

(e)

il-kontroparti ssir entità ta’ stralċ kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (99a).

3.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala avvenimenti diskrezzjonali ta’ inadempjenza, kif imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

tittieħed deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja kompetenti jew awtorità oħra biex timplimenta, fir-rigward tal-kontroparti, miżura ta’ intervent, għajr skont il-paragrafu 2, il-punt (a), li tirrestrinġi l-attivitajiet kummerċjali tagħha, inkluż moratorju, jew miżura ta’ riorganizzazzjoni jew proċedura analoga oħra maħsuba biex tissalvagwardja jew tirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kontroparti u biex jiġi evitat li tittieħed deċiżjoni tat-tip imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a);

(b)

il-kontroparti ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti operazzjonali tal-BĊN domestiku msemmija fl-Artikolu 55, il-punt (d);

(c)

issir dikjarazzjoni mill-kontroparti bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja jew kwalunkwe tranżazzjoni oħra mal-BĊN domestiku tagħha jew ma’ xi BĊN ieħor, jew il-kontroparti ma tibqax issegwi l-objettivi tagħha skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha jew dokumenti kostituttivi analogi jew issir dikjarazzjoni mill-kontroparti tal-intenzjoni tagħha li ma tibqax issegwi l-għanijiet tagħha skont l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tagħha jew dokumenti kostituttivi analogi, jew ftehim jew arranġament ġenerali volontarju jiġi konkluż mill-kontroparti mal-kredituri tagħha, jew jekk il-kontroparti tkun, jew titqies li tkun, insolventi jew titqies li ma tkunx tista’ tħallas id-djun tagħha;

(d)

jittieħdu passi proċedurali qabel ma tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafu 2, il-punt (a) jew il-punti (a) jew (f), ta’ dan il-paragrafu, inkluża proposta biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu attivitajiet taħt jew: (a) Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew (b) id-Direttiva 2014/65/UE, kif implimentata fl-Istat Membru rilevanti li l-munita tiegħu hija l-euro;

(e)

jinħatar amministratur temporanju jew uffiċjal analogu ieħor bis-setgħat li jirrestrinġi l-kapaċità tal-kontroparti li tissodisfa l-obbligi tagħha lejn l-Eurosistema;

(f)

riċevitur, fiduċjarju jew uffiċjal analogu jinħatar fuq il-proprjetà kollha jew fuq kwalunkwe parti materjali tal-proprjetà tal-kontroparti, sa fejn ikun applikabbli;

(g)

issir jew tkun implikata mill-kontroparti rappreżentazzjoni skorretta jew mhux vera jew dikjarazzjoni prekuntrattwali oħra skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi fir-rigward ta’:

(i)

tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja jew kwalunkwe tranżazzjoni oħra mal-BĊN domestiku tiegħu jew ma’ xi BĊN ieħor, jew

(ii)

konformità ma’ kwalunkwe liġijiet jew regolamenti li għalihom tista’ tkun soġġetta, li tista’ thedded it-twettiq mill-kontroparti tal-obbligi tagħha taħt l-arranġament li tkun daħlet fih għall-fini li jiġu effettwati operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(h)

l-awtorizzazzjoni tal-kontroparti biex twettaq attivitajiet skont id-Direttiva 2014/65/UE, kif implimentata fl-Istat Membru rilevanti li l-munita tiegħu hija l-euro, tiġi sospiża jew revokata;

(i)

il-kontroparti tiġi sospiża minn jew ikollha l-parteċipazzjoni tagħha tterminata fi kwalunkwe sistema ta’ ħlas li permezz tagħha jsiru pagamenti taħt tranżazzjonijiet ta’ politika monetarja jew (ħlief għal tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ kambju barrani) tiġi sospiża minn jew ikollha l-parteċipazzjoni tagħha tterminata fi kwalunkwe SSS użat għas-saldu ta’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(j)

miżuri bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 41(1) u 43(1) u l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2013/36/UE jittieħdu kontra l-kontroparti;

(k)

fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bil-maqlub, il-kontroparti tonqos milli tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw miżuri ta’ kontroll tar-riskju;

(l)

fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, il-kontroparti tonqos li tħallas il-prezz tax-xiri jew il-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tonqos milli tikkunsinja assi mixtrija jew mixtrija mill-ġdid; jew fir-rigward ta’ self kollateralizzat il-kontroparti tonqos li tikkunsinja assi jew li tirrimborża l-kreditu fid-dati applikabbli għal dawk il-ħlasijiet u kunsinni;

(m)

fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps tal-kambju barrani għall-finijiet ta’ politika monetarja u depożiti b’terminu fiss ta’ żmien, il-kontroparti tonqos milli tħallas l-ammont f’euro jew fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps tal-kambju barrani għall-finijiet ta’ politika monetarja, tonqos milli tħallas l-ammonti ta’ valuta barranija fid-dati applikabbli għal dawk il-ħlasijiet;

(n)

iseħħ każ ta’ inadempjenza, mhux materjalment differenti minn dawk definiti f’dan l-Artikolu, fir-rigward tal-kontroparti taħt ftehim konkluż għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riżervi barranin jew tal-fondi proprji tal-BĊE jew ta’ kwalunkwe BĊN;

(o)

il-kontroparti tonqos milli tipprovdi informazzjoni rilevanti, u b’hekk tikkawża konsegwenzi serji għall-BĊN domestiku;

(p)

il-kontroparti tonqos milli twettaq kwalunkwe obbligu ieħor tagħha skont arranġamenti għal tranżazzjonijiet bil-maqlub u tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ kambju barrani u, jekk tkun kapaċi tirrimedja, ma tirrimedjax dan in-nuqqas fi żmien massimu ta’ 30 jum fil-każ ta’ tranżazzjonijiet kollateralizzati u massimu ta’ 10 jum għal tranżazzjonijiet ta’ swaps tal-kambju barrani wara li jingħata avviż mill-BĊN li jobbligaha tagħmel dan;

(q)

iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tal-kontroparti, inklużi l-fergħat tagħha, taħt kwalunkwe ftehim jew tranżazzjoni mal-Eurosistema li tkun daħlet fihom għall-iskop li jiġu effettwati operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(r)

il-kontroparti ssir suġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti minn Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro li jirrestrinġu l-abbiltà tal-kontroparti li tuża l-fondi tagħha;

(s)

l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-kontroparti huma suġġetti għal ordni ta’ iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-kontroparti;

(t)

l-assi kollha tal-kontroparti jew parti sostanzjali minnhom jiġu assenjati lil entità oħra jew l-operazzjonijiet jew in-negozju kollu jew parti sostanzjali minnhom tal-kontroparti jinbiegħu, jiġu xolti, likwidati jew ma jitkomplewx jew tittieħed kwalunkwe deċiżjoni għal dan l-għan;

(u)

kwalunkwe avveniment ieħor imminenti jew eżistenti li jhedded it-twettiq mill-kontroparti tal-obbligi tagħha skont l-arranġamenti li daħlet fihom għall-fini li twettaq operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema jew skont kwalunkwe regola kuntrattwali u/jew statutorja oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn il-kontroparti u l-BĊE jew kwalunkwe wieħed mill-BĊNi; jew il-kontroparti tonqos milli twettaq, tikser jew tonqos milli twettaq kif dovut kwalunkwe obbligu, ftehim jew tranżazzjoni oħra mal-BĊN domestiku tagħha skont l-arranġamenti li tkun daħlet fihom għall-fini li twettaq operazzjonijiet tal-politika monetarja jew skont kwalunkwe regola kuntrattwali u/jew statutorja oħra li tapplika għar-relazzjoni bejn il-kontroparti u l-BĊE jew kwalunkwe wieħed mill-BĊNi.

4.   Fil-każ tal-avvenimenti diskrezzjonarji ta’ inadempjenza msemmija fil-paragrafu 3, l-avveniment ta’ inadempjenza għandu jiġi ddikjarat mill-BĊN rilevanti skont il-proċeduri tal-Eurosistema adottati mill-Kunsill Governattiv u għandu jiġi pperfezzjonat biss man-notifika ta’ avviż ta’ inadempjenza. Dan l-avviż ta’ inadempjenza jista’ jipprovdi “perjodu ta’ grazzja” ta’ tlett ijiem tan-negozju biex jiġi rranġat il-każ inkwistjoni.”

;

(40)

L-Artikolu 166 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Kull BĊN għandu japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li jiżguraw li għal raġunijiet ta’ prudenza l-BĊN huwa intitolat li jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin:”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Kull BĊN għandu japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li jiżguraw li:

(a)

wara li jseħħ avveniment awtomatiku ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 165(2), il-BĊN għandu jkun intitolat li jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji elenkati fil-paragrafu 1, ħlief għar-rimedju tal-limitazzjoni tal-kontroparti kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b); u

(b)

wara li jseħħ avveniment diskrezzjonali ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 165(3), il-BĊN għandu jkun intitolat li jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji elenkati fil-paragrafu 1.”

;

(c)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kull BĊN jista’ japplika arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji li, jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza, jintitolaw lill-BĊN domestiku li jeżerċita kwalunkwe wieħed mir-rimedji li ġejjin, minbarra r-rimedji msemmija fil-paragrafu 1a:”;

(41)

fl-Artikolu 187a(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

is-soluzzjoni ta’ kontinġenza kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), flimkien mal-punt (20) tal-Anness III ta’ dik il-Linja Gwida, tiġi attivata bħala riżultat tal-interruzzjoni; u”;

(42)

fl-Artikolu 187b, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Is-saldu ta’ operazzjonijiet tas-suq miftuħ f’euro kif stabbilit fit-Titolu III, Kapitolu 2 ta’ din il-Linja Gwida ma għandux jiġi pproċessat permezz tas-soluzzjoni ta’ kontinġenza kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (20), tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8), flimkien mal-punt (20) tal-Anness III, ta’ dik il-Linja Gwida. Bħala konsegwenza, is-saldu ta’ dawn l-operazzjonijiet jista’ jiġi ttardjat sakemm jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet normali tat-TARGET.”;

(43)

L-Annessi I, VI, VIa u IXc huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-6 ta’ Mejju 2024. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Marzu 2024.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Frar 2024.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(3)  Linja Gwida (UE) 2022/912 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2022 dwar ġenerazzjoni ġdida tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET) u li tħassar il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (BĊE/2022/8) (ĠU L 163, 17.6.2022, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2023/1679 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Awwissu 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/378 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2021/1) (BĊE/2023/21)(ĠU L 216, 1.9.2023, p. 96).

(*4)  Il-Ħin Ċentrali Ewropew (CET) iqis il-bidla għall-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.

T tfisser ‘jum tan-negozju’.”;

(*5)  Skedar speċjali jista’ jseħħ minħabba l-vaganzi.

(*6)  Minħabba l-perjodu tal-vaganzi, l-operazzjoni ta’ Diċembru normalment titressaq ’il quddiem b’ġimgħa, jiġifieri għat-Tlieta ta’ qabel tax-xahar.”;


ANNESS

L-Annessi I, VI, VIa u IXc għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“10.

Il-proporzjonijiet ta’ riżerva huma dawk speċifikati mill-BĊE fir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1) soġġetti għal-limitu massimu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2531/98.”;

(b)

il-paragrafu 13 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“13.

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), il-parteċipazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ riżervi minimi huma remunerati b’0 %.

Il-bilanċ ta’ tmiem il-jum tat-TARGET matul il-perjodu ta’ tfixkil fit-tul tat-TARGET fuq diversi jiem ta’ negozju kif imsemmi fl-Artikolu 187a jiġi kkunsidrat fir-remunerazzjoni tar-riżervi minimi b’mod retroattiv wara li jiġi solvut t-tfixkil tat-TARGET.

Il-bilanċ ta’ tmiem il-jum tat-TARGET, applikat fuq in-numru ta’ jiem tat-tfixkil fit-tul tat-TARGET fuq diversi jiem ta’ negozju, jiġi ddeterminat skont l-aħjar informazzjoni disponibbli għall-BĊE. Kwalunkwe bilanċ miżmum fis-soluzzjoni ta’ kontinġenza użata matul tfixkil fit-tul tat-TARGET fuq diversi jiem ta’ xogħol, matul l-istess jum jew għal perjodu itwal, jiġi remunerat b’żero fil-mija.

Meta istituzzjoni tonqos milli tikkonforma ma’ obbligi oħra skont ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE relatati mas-sistema ta’ riżerva minima tal-Eurosistema (eż. jekk id-data rilevanti ma tiġix trażmessa fil-ħin jew ma tkunx preċiża), il-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2531/98, ir-Regolament (KE) Nru 2532/98, ir-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) u d-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 (BĊE/2021/45).”;

(2)

fl-Anness VI, it-taqsima I, il-paragrafu 5, ir-referenzi għat-“TARGET2” huma sostitwiti b’referenzi għat- “TARGET”;

(3)

fl-Anness VIa, fil-paragrafu 5 tat-taqsima II, il-punti (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

SSS u r-rabtiet tiegħu għandhom jipprovdu servizzi ta’ saldu fil-jiem kollha tan-negozju tat-TARGET;

(b)

SSS għandu jopera matul l-ipproċessar ta’ binhar kif imsemmi fl-Appendiċi V tal-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2022/912 (BĊE/2022/8)”;

(4)

fl-Anness IXc, it-taqsima II, il-paragrafu 3, il-punt (d) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Ir-rekord storiku tal-avvenimenti ta’ inadempjenza tas-CRA li jkopru mill-inqas tliet snin u preferibbilment ħames snin kif ukoll id-definizzjoni ta’ inadempjenza użata mis-CRA, sabiex l-Eurosistema twettaq monitoraġġ ex post tal-prestazzjoni tas-CRA f’konformità mal-qafas ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni. Dan jifforma wkoll il-bażi għall-immappjar tal-klassifikazzjonijiet skont l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema. Is-sottomissjoni għandha tinkludi:

(i)

data globali diżaggregata dwar il-klassifikazzjonijiet kollha, inklużi dawk li mhumiex eliġibbli għall-ECAF, pereżempju minħabba restrizzjonijiet ġeografiċi jew restrizzjonijiet oħrajn;

(ii)

tabelli korrispondenti ta’ tranżizzjoni tal-klassifikazzjoni u statistika dwar l-inadempjenza.

Id-data dwar il-klassifikazzjonijiet diżaggregati trid tiġi sottomessa fil-mudelli applikabbli pprovduti mill-BĊE, li fihom istruzzjonijiet dwar il-preżentazzjoni tad-data. Id-data għandha tkopri l-klassifikazzjonijiet kollha tal-assi, tal-emittenti u tal-garanti li huma eliġibbli għall-finijiet ta’ ECAF skont din il-Linja Gwida kif ukoll informazzjoni statika dwar l-assi, l-emittenti u l-garanti relatati kif ipprovdut fil-mudelli.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/1163/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)