European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1146

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 292/2023

tas-27 ta’ Ottubru 2023

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1146]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/822 tas-17 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 461/2010 rigward il-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 4b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010) tal-Anness XIV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat bi:

32023 R 0822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/822 tas-17 ta’ April 2023 (ĠU L 102I, 17.4.2023, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2023/822 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2023.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal Schafhauser


(1)   ĠU L 102I, 17.4.2023, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1146/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)