|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1128 |
16.5.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 271/2023
tas-27 ta’ Ottubru 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1128]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2023/145 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2023 li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/145 tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentament għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, jitħassar.
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2023/145 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(2) ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1128/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)