European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1119

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 280/2023

tas-27 ta’ Ottubru 2023

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1119]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/894 tal-4 ta’ April 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni mill-impriżi tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom ta’ informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tagħhom u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/895 tal-4 ta’ April 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formoli għad-divulgazzjoni mill-impriżi tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni tar-rapport tagħhom dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħhom u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/894 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/895 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 1p (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 jinbidel b’dan li ġej:

 

32023 R 0894: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/894 tal-4 ta’ April 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni mill-impriżi tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom ta’ informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tagħhom u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 (ĠU L 120, 5.5.2023, p. 1).”

2.

It-test tal-punt 1r (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 jinbidel b’dan li ġej:

 

32023 R 0895: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/895 tal-4 ta’ April 2023 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formoli għad-divulgazzjoni mill-impriżi tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni tar-rapport tagħhom dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħhom u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 (ĠU L 120, 5.5.2023, p. 1597).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/894 u (UE) 2023/895 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 120, 5.5.2023, p. 1.

(2)   ĠU L 120, 5.5.2023, p. 1597.

(3)   ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1.

(4)   ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1119/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)