European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1116

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 284/2023

tas-27 ta’ Ottubru 2023

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2024/1116]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/944 tas-17 ta’ Jannar 2023 li jemenda u jikkoreġi l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ trasparenza applikabbli għal tranżazzjonijiet fi strumenti azzjonarji (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/945 tas-17 ta’ Jannar 2023 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/583 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ trasparenza applikabbli għal tranżazzjonijiet fi strumenti mhux azzjonarji (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/960 tal-1 ta’ Frar 2023 li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tad-data ta’ applikazzjoni annwali tal-kalkoli tal-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet ta’ ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża għall-finijiet tad-daqsijiet ta’ funzjonament (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bazd (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587):

“-

32023 R 0944: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/944 tas-17 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 131, 16.5.2023, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31baz (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/583):

“-

32023 R 0945: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/945 tas-17 ta’ Jannar 2023 (ĠU L 131, 16.5.2023, p. 17).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31baze (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588):

“-

32023 R 0960: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/960 tal-1 ta’ Frar 2023 (ĠU L 129, 16.5.2023, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2023/944, (UE) 2023/2087 u (UE) 2023/960 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 131, 16.5.2023, p. 1

(2)   ĠU L 131, 16.5.2023, p. 17.

(3)   ĠU L 129, 16.5.2023, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1116/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)