European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1114

16.5.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 288/2023

tas-27 ta’ Ottubru 2023

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2024/1114]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1973 tal-11 ta’ Ottubru 2022 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Unit skont id-Direttiva (UE) 2022/993 fir-rigward tas-sistema għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2022/993 tħassar id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Għaldaqstant, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 56j (id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

32022 L 0993: Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 45).

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56jx (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/501):

“56jy.

32022 D 1973: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1973 tal-11 ta’ Ottubru 2022 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Unit skont id-Direttiva (UE) 2022/993 fir-rigward tas-sistema għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 99).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) Nru 2022/993 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1973 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 169, 27.6.2022, p. 45.

(2)   ĠU L 270, 18.10.2022, p. 99.

(3)   ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1114/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)